European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5583

27.10.2025

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2025 – APEDA u O’Connor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-458/24)  (1)

(Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Adattament tat-talbiet - Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Assenza ta’ att separat - Inammissibbiltà manifesta - Talba għal ordni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

(C/2025/5583)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agricultural and Processed Food Products Export Development Authority (APEDA) (New Delhi, l-Indja), Bernard O’Connor (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Hommé u B. O’Connor, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Burón Pérez, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tal-1 ta’ Lulju 2024 li permezz tagħha din ċaħdet it-talba konfermattiva ta’ aċċess għad-dokumenti rreġistrata bir-referenza EASE 2024/1869 kif ukoll, wara modifika tat-talbiet tagħhom, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2024) 8058 final, tat-13 ta’ Novembru 2024, li permezz tagħha l-Kummissjoni tathom l-aċċess parzjali jew komplet għal uħud mid-dokumenti mitluba.

Apparat

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tal-1 ta’ Lulju 2024 li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal ċerti dokumenti rreġistrata bir-referenza EASE 2024/1869.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud parzjalment bħala ppreżentat quddiem qorti li manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu u parzjalment bħala manifestament inammissibbli.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C, C/2024/6942, 25.11.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5583/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)