|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5582 |
27.10.2025 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Awwissu 2025 – EV et vs Il-Kunsill
(Kawża T-446/24) (1)
(Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Projbizzjoni ta’ għoti ta’ aċċess għall-portijiet u għall-imgħalaq li jinstabu fit-territorju tal-Unjoni lil kull bastiment irreġistrat taħt il-bandiera tar-Russja, inklużi r-repliki ta’ bastimenti storiċi - Artikolu 4ha(3)(a) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Artikolu 3ea(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà)
(C/2025/5582)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EV, EW u EY (rappreżentant: H. over de Linden, avukata)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u E. Nadbath, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament kemm tal-Artikolu 4ha(3)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, u rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1744 tal-24 ta’ Ġunju 2024 (ĠU L, 2024/1744, u rettifika fil-ĠU L, 2024/90605), kif ukoll tal-Artikolu 3ea(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59, u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1745 tal-24 ta’ Ġunju 2024 (ĠU L, 2024/1745 u rettifiki fil-ĠU L, 2024/90435, fil-ĠU L, 2024/906062, u fil-ĠU L, 2024/90647), sa fejn il-kliem “inkluż repliki ta’ bastimenti storiċi” ġie miżjud fid-dispożizzjonijiet inkwistjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud parzjalment għaliex tressaq quddiem qorti li ma għandiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu u parzjalment bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
EV, EW u EY għandhom ibatu kemm l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess relatati mat-talba għal intervent. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5582/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)