European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5581

27.10.2025

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2025 – Landeshauptstadt München vs EUIPO – Potter Clarkson (Oktoberfest)

(Kawża T-315/24)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(C/2025/5581)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Landeshauptstadt München (rappreżentanti: A. Renck u C. Stöber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Potter Clarkson AB (Stokkolma, l-Isvezja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ April 2024 (Każ R 1843/2023–2).

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Landeshauptstadt München huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C, C/2024/4737, 5.8.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5581/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)