|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5578 |
27.10.2025 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2025 – Meta Platforms Ireland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-55/24) (1)
(Servizzi diġitali - Regolament (UE) 2022/2065 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa l-ammont tat-tariffa superviżorja għas-sena 2023 - Artikolu 43(3) sa (5) tar-Regolament 2022/2065 - Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1127 - Metodu għall-kalkolu tan-numru mensili medju ta’ riċevituri attivi - Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament)
(C/2025/5578)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti, Meta Platforms Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Komninos, G. Forwood, I. Sarmas u H. Gafsen, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Gariazzo, P.-J. Loewenthal u L. Armati, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 8176 final tas-27 ta’ Novembru 2023 li tiffissa l-ammont tat-tariffa superviżorja applikabbli għal Facebook u għal Instagram skont l-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 8176 tas-27 ta’ Novembru 2023 li tiffissa l-ammont tat-tariffa superviżorja applikabbli għal Facebook u għal Instagram skont l-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija annullata. |
|
2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2023) 8176 huma miżmuma sakemm jittieħdu l-miżuri neċessarji għall-konformità ma’ din is-sentenza, u dan fi żmien raġonevoli li ma jistax jaqbeż tnax-il xahar dekorribbli mill-jum li fih din is-sentenza issir definittiva. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5578/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)