|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5564 |
27.10.2025 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Lulju 2025 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – C.B.S.-2009 OOD vs Izpalnitelen direktor na Natsionalna agentsa za prihodite
(Kawżi magħquda C-687/24 u C-688/24 (1) , C.B.S.-2009 et)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Żieda ta’ 200 % tar-royalties għall-operat ta’ liċenzji għall-operat ta’ logħob tal-ażżard - Sitwazzjoni purament interna - Rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)
(C/2025/5564)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C.B.S.-2009 OOD
Konvenut: Izpalnitelen direktor na Natsionalna agentsa za prihodite
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Qorti Amministrattiva tal-Belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-4 ta’ Ottubru 2024, huma manifestament inammissibbli.
(1) Data tal-preżentata: 18.10.2024
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5564/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)