|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5511 |
13.10.2025 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima
(C/2025/5511)
WERREJ
|
I. |
Introduzzjoni | 3 |
|
II. |
Stabbiliment u ħatra tal-awtoritajiet | 3 |
|
a. |
Awtoritajiet involuti fl-eżekuzzjoni tal-SCP | 4 |
|
1. |
Awtoritajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-SCP | 4 |
|
2. |
Awtorità /Awtoritajiet responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talbiet għall-ħlas | 5 |
|
3. |
Korp/korpi responsabbli għas-sistemi u għall-operazzjonijiet tal-awditjar | 5 |
|
b. |
Korpi komplementari | 6 |
|
4. |
Korp responsabbli għall-koordinazzjoni tat-tħejjija u tal-monitoraġġ tal-SCP | 6 |
|
c. |
Ħatra mill-Istati Membri | 6 |
|
d. |
Ħidma tal-awditjar li għandha titwettaq fuq livell nazzjonali jekk l-awtoritajiet ma jkunux koperti mill-Artikolu 11(3) tar-Regolament SCF jew mill-RRF | 7 |
|
e. |
L-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tal-ħatra tal-awtoritajiet | 8 |
|
III. |
Tħejjija tal-implimentazzjoni tal-SCP | 8 |
|
a. |
Stabbiliment ta’ kumitat nazzjonali ta’ koordinazzjoni | 8 |
|
b. |
Involviment tal-awtoritajiet reġjonali/lokali, tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili | 9 |
|
IV. |
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni | 9 |
|
a. |
Indikaturi komuni | 10 |
|
b. |
Indikaturi komuni użati bħala objettivi intermedji u miri | 11 |
|
c. |
Rapportar biennali dwar il-progress fl-implimentazzjoni | 11 |
|
V. |
Impenji tal-allokazzjoni finanzjarja | 12 |
|
a. |
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni flimkien mad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament Pluriennali | 13 |
|
b. |
Impenn legali | 13 |
|
c. |
Impenji baġitarji individwali | 13 |
|
d. |
Diżimpenji u l-approprjazzjonijiet li jifdal | 14 |
|
VI. |
Talbiet għall-ħlas | 14 |
|
a. |
Preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlas | 14 |
|
b. |
Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni | 15 |
|
c. |
Sommarju tal-awditi | 15 |
|
VII. |
Valutazzjoni u pproċessar mill-Kummissjoni tat-talbiet għall-ħlas | 16 |
|
a. |
Definizzjoni ex ante tal-valuri tal-iżborż | 16 |
|
b. |
Valutazzjoni pożittiva u ħlas | 16 |
|
c. |
Ilħuq sodisfaċenti ta’ objettiv intermedju jew ta’ mira | 16 |
|
d. |
Valutazzjoni negattiva tal-objettivi intermedji u tal-miri, sospensjoni tal-ħlasijiet | 17 |
|
e. |
Devjazzjoni mill-kostijiet stmati inizjalment | 17 |
|
f. |
Ħlasijiet pro rata fil-każ ta’ riżorsi limitati | 17 |
|
g. |
Prestazzjoni ferm agħar minn dik mistennija u terminazzjoni tal-ftehim | 18 |
|
VIII. |
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE | 18 |
|
a. |
Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll | 18 |
|
b. |
Prevenzjoni tal-frodi | 19 |
|
c. |
Kunflitt ta’ interess | 19 |
| Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità | 20 |
|
d. |
Prevenzjoni tal-finanzjament doppju u komplementarjetà ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament | 20 |
| Fażi tat-tfassil | 21 |
| Fażi ta’ implimentazzjoni | 21 |
| Rwol tal-Kummissjoni | 21 |
|
e. |
Konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat | 21 |
|
f. |
Konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku | 23 |
|
IX. |
Sistema diġitali, ġbir u ħżin tad-data dwar ir-riċevituri finali tal-allokazzjoni finanzjarja | 24 |
|
a. |
Sistema diġitali unika għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni ta’ miżuri u ta’ investimenti | 24 |
|
b. |
Użu ta’ sistema elettronika għall-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni | 25 |
|
c. |
Ġbir, reġistrazzjoni u ħżin tad-data dwar ir-riċevituri finali | 26 |
|
X. |
Assigurazzjoni, awditjar u kontroll | 26 |
|
a. |
Valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll | 27 |
|
XI. |
Tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju u fl-irkupri | 28 |
|
XII. |
Evalwazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima u valutazzjoni tal-adegwatezza tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima | 29 |
|
a. |
Evalwazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima | 29 |
|
b. |
Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima | 30 |
|
c. |
Sostenibbiltà tal-investimenti | 30 |
|
XIII. |
Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità | 30 |
|
a. |
Viżibilità u informazzjoni għar-riċevituri finali | 30 |
|
b. |
Pubblikazzjoni ta’ data dwar ir-riċevituri finali u miżuri u investimenti implimentati taħt il-Fond Soċjali għall-Klima | 32 |
|
c. |
Strateġija ta’ komunikazzjoni dwar il-Pjan Soċjali għall-Klima | 32 |
|
d. |
Attivitajiet ta’ komunikazzjoni orizzontali fil-livell Ewropew | 33 |
I. Introduzzjoni
L-objettiv tal-Fond Soċjali għall-Klima (SCF, Social Climate Fund) stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament SCF) huwa li jikkontribwixxi għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn in-newtralità klimatika.
L-SCF huwa speċifikament maħsub biex jindirizza l-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq skont id-Direttiva 2003/87/KE (2) (id-Direttiva ETS). Is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS2, Emissions Trading System 2), maħluqa mill-Kapitolu IV(a) tad-Direttiva ETS, tkopri s-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u tal-industrija żgħira, li ma ġewx koperti mis-sistema eżistenti tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. L-SCF jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri biex dawn jgħinu lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-utenti tat-trasport vulnerabbli u lill-mikrointrapriżi affettwati b’mod partikolari miż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili u fil-kostijiet tat-trasport bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-ETS2.
L-iskop ta’ dan l-avviż ta’ gwida huwa li jgħin lill-Istati Membri jimplimentaw il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima (SCPs, Social Climate Plans) tagħhom f’konformità mar-Regolament SCF. Dan jikkomplementa l-avviż ta’ gwida dwar il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima (3) u l-avviż tal-Kummissjoni li jipprovdi gwida teknika dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (4) u l-annessi tiegħu (5).
Dan l-avviż ta’ gwida ma jantiċipa l-ebda dispożizzjoni legali futura fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) wara l-2027. Din il-gwida se tiġi riveduta – fejn neċessarju – biex tiġi allinjata ma’ kwalunkwe dispożizzjoni legali futura, applikabbli fil-kuntest tal-QFP wara l-2027, inklużi l-bidliet possibbli fil-metodu tal-implimentazzjoni, u biex jiġi żgurat li l-miżuri u l-investimenti jkomplu jiġu implimentati b’mod effettiv.
F’konformità mal-Artikolu 4(1) u mal-Premessa 17 tar-Regolament SCF, kull Stat Membru għandu jippreżenta l-SCP tiegħu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2025.
Se jiġu allokati EUR 65 biljun taħt l-SCF għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2032. B’kontribuzzjoni obbligatorja mill-Istati Membri li tammonta għal mill-inqas 25 % tal-kostijiet totali stmati tal-SCPs tagħhom, l-SCF se jammonta għal mill-inqas EUR 86,7 biljun. L-SCF huwa mistenni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2026, mill-inqas sena qabel ma l-ETS2 issir kompletament operazzjonali u sentejn qabel il-bidu tal-QFP l-ġdid fl-2028. Dan il-bidu bikri se jikkontribwixxi għall-introduzzjoni bla xkiel tal-ETS2.
L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/959 li tistabbilixxi l-ETS2 kienet it-30 ta’ Ġunju 2024 (6). Skont l-Artikolu 16(3)(a)(i) tar-Regolament SCF, il-Kummissjoni se tivvaluta r-rilevanza tal-SCP, filwaqt li tqis jekk dan iweġibx b’mod adegwat għall-impatti u għall-isfidi soċjali ffaċċjati mill-unitajiet domestiċi, mill-mikrointrapriżi u mill-utenti tat-trasport vulnerabbli mill-ETS2. Għalhekk, in-nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-ETS2 jirriżulta biex l-SCP ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżit tar-rilevanza u l-objettiv ġenerali tal-SCF.
Jekk Stat Membru jippreżenta formalment l-SCP tiegħu iżda ma jkunx ittraspona d-Direttiva (UE) 2023/959 li tistabbilixxi l-ETS2, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tivvaluta l-SCP ippreżentat. F’dan il-każ, speċjalment meta l-Istat Membru ma jkunx stabbilixxa l-obbligi legali għall-entitajiet regolati fit-territorju tiegħu biex iċedu l-kwoti tal-ETS2 ekwivalenti għall-emissjonijiet ivverifikati tagħhom, l-SCP jitqies irrilevanti minħabba li ma jista’ jintwera l-ebda impatt soċjali, kif meħtieġ skont l-Artikolu 16(3)(a)(i) tar-Regolament SCF. F’dan il-każ, il-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li jkun fiha valutazzjoni negattiva tal-SCP f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament SCF.
II. Stabbiliment u ħatra tal-awtoritajiet
F’konformità mal-Artikoli 11(3) u 21(1) u mal-Anness III tar-Regolament SCF, kull Stat Membru jeħtieġlu jistabbilixxi sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti. Din tinkludi l-ħatra tal-awtoritajiet u tal-korpi responsabbli għall-aspetti differenti tal-implimentazzjoni tal-SCP u l-awditjar tas-sistemi u tal-operazzjonijiet relatati mal-SCPs.
Sabiex jibnu fuq l-esperjenza eżistenti u jnaqqsu l-piż amministrattiv, l-Istati Membri jistgħu – soġġetti għall-oqfsa legali u regolatorji tagħhom u għall-konferma tal-Kummissjoni – jaħtru awtorità waħda biex twettaq il-funzjonijiet elenkati fit-taqsimiet a) u b) hawn taħt; tal-koordinazzjoni tat-tħejjija u tal-monitoraġġ tal-SCP, tal-implimentazzjoni tal-SCP, tal-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u tat-tħejjija tat-talbiet għall-ħlas lill-Kummissjoni. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lill-awtoritajiet maniġerjali tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jew tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) bl-implimentazzjoni tal-SCP. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jaħtru korp jew korpi li jwettqu l-awditi tas-sistemi u tal-operazzjonijiet b’tali mod li jiżguraw l-indipendenza funzjonali tagħhom.
a. Awtoritajiet involuti fl-eżekuzzjoni tal-SCP
Il-funzjonijiet li ġejjin tal-awtoritajiet involuti fl-eżekuzzjoni tal-SCP huma definiti b’mod speċifiku fir-Regolament SCF u fl-Anness III tiegħu. Iridu jitwettqu l-funzjonijiet li ġejjin:
1. Awtoritajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-SCP
|
— |
Il-ġestjoni tal-miżuri u/jew tal-investimenti deskritti fl-SCPs biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom u jiġu assenjati r-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet relatati. |
|
— |
L-iżgurar li jkunu stabbiliti sistemi robusti biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-UE, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni, fuq l-identifikazzjoni, fuq ir-rapportar u fuq il-korrezzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitti ta’ interess, u l-iżgurar tal-konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u dwar l-akkwist pubbliku. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u l-indirizzar minnufih ta’ kwalunkwe irregolarità. |
|
— |
L-istabbiliment ta’ miżuri u ta’ proċeduri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi, imfassla għar-riskji identifikati fi strateġija kontra l-frodi. |
|
— |
It-twettiq ta’ verifiki tal-ġestjoni biex jiġi kkontrollat, permezz ta’ eżamijiet dokumentarji u kontrolli fuq il-post, li l-objettivi intermedji u l-miri tal-SCF qed jintlaħqu u li ma hemm l-ebda irregolarità serja, jiġifieri frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interess, jew finanzjament doppju. |
|
— |
Il-konferma u l-preżentazzjoni ta’ evidenza lill-Kummissjoni li l-miri u l-objettivi intermedji fil-fatt qed jintlaħqu u l-involviment fi djalogu mal-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni. |
|
— |
L-iżgurar li r-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji jirċievu l-ammonti dovuti, soġġetti għad-disponibbiltà tal-finanzjament. |
|
— |
Il-ġbir u l-ħżin sigur tad-data u l-informazzjoni essenzjali l-oħra kollha, f’konformità mal-Artikolu 21(2)(d) tar-Regolament SCF, inklużi r-riżultati tal-awditjar u tal-kontroll u s-segwitu tagħhom, biex jiġi żgurat rendikont tal-entrati robust. |
|
— |
Il-ġbir u l-ħżin sigur tad-data dwar il-miżuri u l-investimenti, kif ukoll l-objettivi intermedji u l-miri tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 21(2)(d)(iv) tar-Regolament SCF. |
|
— |
Il-ġbir tad-data dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-SCP u dwar indikaturi komuni f’konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament SCF biex jiġi żgurat il-monitoraġġ effettiv. |
|
— |
L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni, ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament SCF, inkluża l-pubblikazzjoni tad-data dwar ir-riċevituri finali fuq sit web uniku, jekk dan il-kompitu ma jkunx inkarigat lil awtorità nazzjonali ta’ koordinazzjoni. |
L-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-SCP jistgħu jkunu awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, skont l-oqfsa legali u regolatorji nazzjonali fis-seħħ u skont it-tip ta’ miżuri u investiment inklużi fl-SCP. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu dwar kif jassenjaw ir-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet, filwaqt li jqisu l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-SCP sabiex l-unitajiet domestiċi, il-mikrointrapriżi u l-utenti tat-trasport vulnerabbli jibbenefikaw mill-miżuri u mill-investimenti.
Jekk l-awtoritajiet reġjonali jkollhom il-kompitu li jimplimentaw l-SCP, dawn ikollhom l-istess tipi ta’ responsabbiltajiet bħall-awtoritajiet nazzjonali.
2. Awtorità /Awtoritajiet responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talbiet għall-ħlas
L-awtorità/awtoritajiet responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talbiet għall-ħlas twettaq/iwettqu l-funzjonijiet elenkati hawn taħt.
|
— |
L-iżgurar li jiġu implimentati miżuri effettivi u proporzjonati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-UE, filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati. |
|
— |
Il-konsolidazzjoni u s-sorveljanza tal-ħidma tal-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-kwalità tal-SCP. |
|
— |
L-għoti tal-assigurazzjoni lill-Kummissjoni li l-implimentazzjoni tal-SCP tikkonforma mal-istandards, mar-regoli u mar-regolamenti applikabbli. |
|
— |
Il-konferma li t-talbiet għall-ħlas jinkludu biss objettivi intermedji u miri kompluti, li jiżguraw l-akkuratezza, l-affidabbiltà u l-awtentiċità tad-data. Dan jinkludi ż-żamma ta’ rekords elettroniċi tal-elementi kollha ta’ verifika f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri. |
|
— |
Il-verifika li l-irregolaritajiet identifikati fir-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontroll relatati mat-talbiet għall-ħlas ikunu ġew indirizzati u kkoreġuti kif xieraq fil-livell tar-riċevituri finali kkonċernati. |
Il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni fit-18 ta’ April 2023 (7) dwar il-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi skont l-Anness III tar-Regolament SCF. Din id-dikjarazzjoni tenfasizza li l-ħatra ta’ aktar minn awtorità waħda biex jiffirmaw dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni li jakkumpanjaw it-talbiet għall-ħlas tista’ twassal għal ineffiċjenzi u għal dilwizzjoni tar-responsabbiltajiet u toħloq konfużjoni dwar ir-rwoli tal-awtoritajiet.
3. Korp/korpi responsabbli għas-sistemi u għall-operazzjonijiet tal-awditjar
Il-korp(i) li jawditja(w) is-sistemi u l-operazzjonijiet hu(ma) responsabbli għall-kompiti indikati hawn taħt.
|
— |
It-twettiq tal-awditi tas-sistemi dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, u l-awditi tal-operazzjonijiet biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli lill-Kummissjoni li nkisbu l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fit-talbiet għall-ħlas. |
|
— |
Il-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u tal-proċess tal-ħatra tal-awtoritajiet f’konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fir-Regolament SCF u fl-Anness III tiegħu. |
|
— |
L-iżgurar li l-ħidma tagħhom tindirizza l-elementi rilevanti kollha biex jiġi ggarantit li l-interessi finanzjarji tal-UE jkunu protetti, billi tinkiseb l-assigurazzjoni li jkunu stabbiliti sistemi biex jipprevjenu, jidentifikaw, jirrapportaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess, u jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tas-suq uniku (ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat). |
|
— |
It-twettiq tal-attivitajiet kollha tal-awditjar f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. |
|
— |
L-għoti ta’ sommarju tal-awditi mwettqa u tal-miżuri implimentati, għal kull talba għall-ħlas, biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-UE, b’enfasi fuq:
|
L-awtorità tal-awditjar jeħtiġilha tkun awtorità pubblika, għalkemm kompiti speċifiċi tal-awditjar jistgħu jiġu ddelegati jew esternalizzati lil korpi pubbliċi jew privati taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà tagħha.
b. Korpi komplementari
Kif indikat fil-Gwida dwar l-SCPs, u meta titqies in-natura multisettorjali tal-SCF, l-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni għall-SCP.
1. Korp responsabbli għall-koordinazzjoni tat-tħejjija u tal-monitoraġġ tal-SCP
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament SCF jistabbilixxi li s-SCPs iridu jkunu konsistenti mal-informazzjoni inkluża fi programmi u f’leġiżlazzjoni oħra tal-UE u mal-impenji meħuda mill-Istati Membri fihom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu korp dedikat li jiżgura l-koordinazzjoni ġenerali fl-oqsma differenti.
Il-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni jista’ jwettaq il-funzjonijiet elenkati hawn taħt:
|
— |
jiżgura li l-SCP ikun allinjat ma’ inizjattivi ta’ politika nazzjonali oħra; |
|
— |
jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn l-SCP u l-pilastru Ewropew tal-pjan ta’ azzjoni għad-drittijiet soċjali, il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP, Recovery and Resilience Plan), il-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima (NECP, National Energy and Climate Plan) u l-pjan għal tranżizzjoni ġusta; |
|
— |
jikkoordina mal-awtoritajiet responsabbli għall-ippjanar u għall-eżekuzzjoni effettivi tal-azzjonijiet u mal-awtorità/awtoritajiet responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni biex it-talbiet għall-ħlas jingħataw segwitu effettiv; |
|
— |
joħloq medjazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni biex jiġu solvuti kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni; |
|
— |
jaġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt għad-dipartimenti tal-Kummissjoni, għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għal korpi jew għal istituzzjonijiet rilevanti oħra tal-UE; |
|
— |
jissorvelja l-monitoraġġ perjodiku, ir-rapportar (f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament SCF), u l-evalwazzjonijiet, kif neċessarju; |
|
— |
jiżgura l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni biex tinħoloq sensibilizzazzjoni dwar l-appoġġ tal-UE u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-azzjonijiet miksuba skont l-SCP; |
|
— |
jissorvelja l-pubblikazzjoni ta’ data dwar ir-riċevituri finali (u dwar il-kuntratturi u s-sottokuntratturi meta r-riċevitur finali jkun awtorità kontraenti) biex tinżamm it-trasparenza. |
Irrispettivament mill-awtorità jew mill-awtoritajiet li jwettqu dawn il-funzjonijiet ta’ ġestjoni, trid tiġi żgurata separazzjoni effettiva bejniethom u l-korp li jwettaq funzjonijiet tal-awditjar sabiex ikunu jistgħu jitwettqu awditi adegwati u indipendenti tas-sistemi u tal-operazzjonijiet.
c. Ħatra mill-Istati Membri
L-awtorità/awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) ta’ din it-taqsima jeħtiġilhom jinħatru f’konformità mal-Anness III tar-Regolament SCF u mal-qafas nazzjonali. Il-ħatra tal-korp ta’ koordinazzjoni skont il-punt (b) jeħtieġ li ssir f’konformità mal-qafas nazzjonali; il-proċedura tal-ħatra skont l-Anness III tar-Regolament SCF ma tapplikax.
F’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament SCF, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jassenja r-rwol ta’ awtorità inkarigata bl-implimentazzjoni tal-SCP lil awtorità maniġerjali tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni – RDK), il-Kummissjoni tqis is-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li diġà jkunu fis-seħħ bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament SCF.
Din id-dispożizzjoni tapplika għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew ta’ livell ieħor.
Filwaqt li tibni fuq is-sinerġiji pprovduti minn din id-dispożizzjoni u fuq in-natura tal-kompiti mwettqa minn tipi oħra ta’ awtoritajiet skont il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u l-RRF, il-Kummissjoni tista’ tapplika proċedura simplifikata f’diversi sitwazzjonijiet oħra, kif spjegat hawn taħt.
Awtoritajiet skont ir-RDK:
|
i. |
Awtorità maniġerjali skont ir-RDK tiġi assenjata r-rwol tal-awtorità responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talba għall-ħlas skont ir-Regolament SCF. |
|
ii. |
Korp intermedju skont ir-RDK jiġi assenjat ir-rwol tal-awtorità li timplimenta l-SCP skont ir-Regolament SCF, dment li l-korp intermedju jkun ġie delegat biex jissodisfa l-kompiti rilevanti kollha tal-awtorità maniġerjali għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. |
|
iii. |
Awtorità tal-awditjar skont ir-RDK tiġi assenjata r-rwol tal-korp li jwettaq l-awditi skont ir-Regolament SCF. |
Awtoritajiet skont l-RRF:
Minħabba s-similaritajiet mal-istrutturi u mal-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti fil-livell nazzjonali u reġjonali għall-ġestjoni tal-RRF, jistgħu jintużaw ukoll strutturi tal-RRF (jekk ikunu differenti mill-awtoritajiet li jimplimentaw il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni) biex jiġu implimentati direttament l-azzjonijiet skont l-SCPs. F’każijiet bħal dawn, is-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbiliti mill-Istati Membri se jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament SCF.
Kull Stat Membru jeħtieġlu jikkomunika formalment lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet responsabbli għall-kompiti tal-SCF, jew meta jippreżentaw l-SCP tagħhom jew aktar tard, qabel il-ħatra tagħhom, filwaqt li jiżgura li l-elementi li ġejjin ikunu ġew ikkontrollati u kkonfermati:
|
(a) |
l-awtoritajiet għandhom il-mandat legali fil-livell nazzjonali; |
|
(b) |
l-awtoritajiet għandhom ir-riżorsi u l-kapaċità neċessarji għall-kompiti addizzjonali li għandhom jitwettqu skont l-SCF; |
|
(c) |
l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-SCP ma tikkompromettix l-implimentazzjoni tal-fondi l-oħra tal-UE taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-SCF li jkunu għadhom kemm inħatru; u |
|
(d) |
l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu rrispettati r-rekwiżiti applikabbli tal-Anness III tar-Regolament SCF. |
Jekk l-awtoritajiet maħtura ma jkunux awtoritajiet maniġerjali tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament SCF, jew tal-RRF, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-adegwatezza tal-awtorità biex taqdi r-rwol assenjat mill-Istat Membru fuq bażi ta’ każ b’każ, kif deskritt fil-punt II.d ta’ din il-Gwida.
Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe awtorità involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u/jew tal-RRF b’nuqqasijiet sinifikanti kkonfermati mill-Kummissjoni, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew minn kwalunkwe korp nazzjonali ieħor tal-awditjar jeħtiġilha tiġi eskluża mill-proċess simplifikat tal-ħatra msemmi hawn fuq.
d. Ħidma tal-awditjar li għandha titwettaq fuq livell nazzjonali jekk l-awtoritajiet ma jkunux koperti mill-Artikolu 11(3) tar-Regolament SCF jew mill-RRF
Kwalunkwe entità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-SCP u/jew għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni skont l-SCF li ma kinitx involuta qabel fil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jew fl-RRF (kif deskritt hawn fuq) għandha tkun soġġetta għal awditu mill-awtorità tal-awditjar. Dan l-awditu għandu jivvaluta jekk l-awtoritajiet jissodisfawx il-kriterji tas-sistema ta’ kontroll intern stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament SCF, qabel ma jitlesta l-proċess tal-ħatra. Irid jitwettaq ukoll awditu fuq kwalunkwe entità b’nuqqasijiet sinifikanti kkonfermati (9) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni jew tal-RRF u li l-Istat Membru xorta jiddeċiedi li jaħtar.
Għandu jiġi nnotat li l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament SCF tirreferi għal jekk it-tfassil tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huwiex xieraq. Dan ifisser li, biex il-Kummissjoni taċċetta l-ħatra ta’ awtorità, hija teħtieġ opinjoni dwar l-istabbiliment tas-sistemi. Madankollu, f’dan l-istadju, ma teħtieġx opinjoni dwar l-effettività prattika tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. L-ambitu u l-objettivi ta’ dan l-awditu huma spjegati aktar fid-dettall fit-Taqsima X ta’ din il-gwida.
Jekk ma tkunx tista’ tinkiseb garanzija suffiċjenti qabel ma jiġi adottat l-SCP, l-SCP għandu jinkludi objettiv intermedju li għandu jintlaħaq qabel ma jsir kwalunkwe ħlas, li jirrikjedi opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata ta’ dawn l-entitajiet mill-awtorità tal-awditjar. Jekk l-Istat Membru ma jipproponix objettiv intermedju bħal dan fl-SCP, il-Kummissjoni titlob objettiv intermedju bħal dan meta tivvaluta l-SCP, kif stabbilit fl-Artikolu 17(3)(c) tar-Regolament SCF.
e. L-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tal-ħatra tal-awtoritajiet
Fil-prinċipju, il-Kummissjoni taċċetta l-proċess tal-ħatra kopert fil-punt (a) ta’ din it-taqsima mingħajr ħidma ta’ kontroll addizzjonali, meta l-awtorità tal-awditjar maħtura tkun diġà qed tipprovdi assigurazzjoni skont il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jew skont l-RRF.
Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li bħala l-awtorità tal-awditjar jaħtar entità ġdida li ma jkollhiex esperjenza preċedenti fl-awditjar tal-fondi ta’ koeżjoni jew tal-RRF, il-Kummissjoni tirrieżamina l-istabbiliment tal-awtorità tal-awditjar maħtura u possibbilment korpi oħra responsabbli għat-twettiq tal-SCP. Il-Kummissjoni tivverifika l-konformità mar-Regolament SCF u mal-istandards internazzjonali tal-awditjar mill-aktar fis possibbli u possibbilment bħala parti mill-valutazzjoni tal-SCP jew eżatt wara l-adozzjoni formali tiegħu.
L-Artikolu 17(3)(c) tar-Regolament SCF jirrikjedi li l-Istati Membri jindirizzaw kwalunkwe dgħufija fis-sistemi ta’ kontroll intern qabel ma jsir l-ewwel ħlas. Jekk ma tkunx tista’ tinkiseb garanzija suffiċjenti qabel l-adozzjoni tiegħu, l-SCP għandu jinkludi miżura addizzjonali (objettiv intermedju) li tirrikjedi l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni ta’ dawn l-awtoritajiet tal-awditjar li ma jkollhom l-ebda esperjenza preċedenti fl-awditjar jew tal-fondi ta’ koeżjoni u/jew tal-RRF. Jekk l-Istat Membru ma jipproponix objettiv intermedju bħal dan fl-SCP, il-Kummissjoni titlob wieħed meta tivvaluta l-SCP (Artikolu 17(3)(c) tar-Regolament SCF). Dan l-objettiv intermedju jrid jinkiseb qabel ma jsir l-ewwel ħlas.
III. Tħejjija tal-implimentazzjoni tal-SCP
a. Stabbiliment ta’ kumitat nazzjonali ta’ koordinazzjoni
L-Artikolu 21(1) tar-Regolament SCF jistabbilixxi l-ħtieġa li tiġi żgurata sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti. L-Anness III tar-Regolament SCF jistabbilixxi l-ħatra tal-awtoritajiet u l-proċeduri li jiżguraw li dawn l-awtoritajiet jiksbu assigurazzjoni.
Sabiex jiġi ffaċilitat l-involviment mal-partijiet ikkonċernati, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu pjattaforma għall-koordinazzjoni nazzjonali tal-implimentazzjoni tal-SCP, sabiex id-djalogu mal-partijiet ikkonċernati jiġi organizzat b’mod li joffri ċarezza dwar iż-żmien, dwar il-mod kif il-partijiet ikkonċernati jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu, u dwar il-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali. L-istabbiliment ta’ pjattaforma bħal din jiffaċilita l-ħidma tal-korp responsabbli għall-koordinazzjoni tat-tħejjija u tal-monitoraġġ tal-SCP nazzjonali.
Jista’ jiġi stabbilit kumitat nazzjonali ta’ koordinazzjoni, li jinkludi l-istrutturi stabbiliti mill-Istat Membru biex jimmaniġġja, jikkoordina u jimplimenta l-SCP tiegħu u biex jiddiskutih mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Minbarra l-appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-SCP, dan il-kumitat ta’ koordinazzjoni jiżgura li l-SCP ġie implimentat f’konformità ma’ strateġiji nazzjonali oħra u ma’ programmi ta’ finanzjament u ma’ politiki tal-UE.
Kumitat nazzjonali ta’ koordinazzjoni jista’ jwettaq, fost kompiti oħra, l-attivitajiet li ġejjin:
|
— |
il-monitoraġġ tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-SCP u l-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri; |
|
— |
l-indirizzar ta’ kwistjonijiet u ta’ sfidi speċifiċi li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-miżuri u tal-investimenti; |
|
— |
il-valutazzjoni tal-kontribut tal-SCP lejn l-indirizzar tal-isfidi identifikati fl-NECP tal-Istat Membru jew fi strumenti u fi programmi oħra li għandhom impatt fuq l-SCF; |
|
— |
il-monitoraġġ tal-progress li jkun sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet; |
|
— |
il-monitoraġġ tal-progress li jkun sar fir-rapportar dwar l-indikaturi tar-riżultati, tal-output u tal-kuntest, fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet u tas-sinteżijiet tal-evalwazzjonijiet, u fis-segwitu għas-sejbiet; |
|
— |
l-iżgurar li jittieħdu azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità u li jsir progress fil-bini tal-kapaċità amministrattiva tal-istituzzjonijiet pubbliċi; |
|
— |
il-monitoraġġ tal-involviment tas-sħab u tal-benefiċjarji, l-iżgurar tal-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, u t-trawwim tal-prinċipju tas-sħubija. |
Kumitat bħal dan jista’ jippromwovi wkoll skambju ta’ fehmiet dwar il-metodoloġija użata għar-rieżami tal-objettivi intermedji u tal-miri, u dwar ir-rapportar biennali dwar l-implimentazzjoni tal-SCP jew kwalunkwe bidla fl-SCP. Fl-aħħar nett, jista’ jressaq proposti lill-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni tal-SCP, b’mod partikolari dwar modi possibbli biex titnaqqas il-burokrazija għar-riċevituri finali u tittejjeb l-effettività tal-miżuri u tal-investimenti.
Il-kumitat nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jitfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi, l-oqfsa istituzzjonali u l-istrutturi ta’ governanza ta’ kull Stat Membru. Jekk kumitat bħal dan ikunx effettiv fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-SCP u fil-kisba tal-eżiti mixtieqa jiddependi minn fatturi bħal-livell ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati, l-effiċjenza tal-proċessi amministrattivi u l-adattabilità tiegħu.
L-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa biex jinkludu fil-kumitat nazzjonali ta’ koordinazzjoni tagħhom rappreżentanti mill-ministeri u mill-aġenziji rilevanti, mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, mis-sħab soċjali u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u mill-Kummissjoni.
Huwa rakkomandat li kull kumitat nazzjonali ta’ koordinazzjoni jadotta r-regoli ta’ proċedura speċifiċi, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess u l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trasparenza. Dawn ir-regoli ta’ proċedura jirregolaw il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kull kumitat nazzjonali f’konformità mal-qafas nazzjonali rilevanti. Il-kumitat għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, b’laqgħat ad hoc organizzati meta jkun hemm kwistjonijiet rilevanti li jaffettwaw il-progress tal-SCP fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu.
b. Involviment tal-awtoritajiet reġjonali/lokali, tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili
Sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni effettiva tal-SCP u monitoraġġ konsistenti, l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa biex jinvolvu lil partijiet ikkonċernati differenti, b’mod partikolari lill-partijiet ikkonċernati reġjonali u lokali, matul il-proċess ta’ implimentazzjoni.
L-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti matul l-implimentazzjoni tal-SCP (i) jiżgura s-sjieda tal-implimentazzjoni tal-SCP u l-impenn għal din; (ii) jgħin biex jiġi żgurat li l-miżuri u l-investimenti jkunu mmirati lejn unitajiet domestiċi u mikrointrapriżi vulnerabbli li fl-aħħar mill-aħħar għandhom jibbenefikaw mill-SCP; u (iii) jirrifletti l-fatt li ħafna investimenti tal-SCF jiġu implimentati fil-livell lokali u reġjonali (rinnovazzjonijiet enerġetiċi, trasport pubbliku eċċ.).
Minbarra l-partijiet ikkonċernati reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, ir-rappreżentanti settorjali, u entitajiet oħra li jistgħu jiżguraw firxa wiesgħa biżżejjed ta’ fehmiet u jwettqu monitoraġġ komprensiv tal-proċess tat-twettiq għandhom ikunu involuti matul l-implimentazzjoni tal-SCP.
IV. Monitoraġġ tal-implimentazzjoni
Il-qafas għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-SCP huwa stabbilit fl-Artikolu 24 tar-Regolament SCF. Dan jiddikjara li l-Istati Membri jeħtiġilhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-SCPs tagħhom fuq bażi biennali (kull sentejn), flimkien mar-rapport ta’ progress dwar l-NECPs integrati tagħhom. Fir-rapportar ta’ progress biennali tagħhom, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu l-indikaturi komuni rilevanti stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament SCF.
Il-Kummissjoni hija meħtieġa wkoll li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-SCF u tkejjel il-progress fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu. B’mod ġenerali, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat, u għandhom jiġu imposti obbligi ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri finali tal-finanzjament tal-SCF. Il-Kummissjoni se tuża l-indikaturi komuni għal skopijiet ta’ rapportar u għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-SCF.
Il-monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni tal-SCPs u r-rapportar ċar u trasparenti huma kruċjali biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-akkontabilità lejn il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku u għall-komunikazzjoni dwar il-progress u r-riżultati miksuba. Rapportar bħal dan fil-livell aggregat tal-SCF jirrikjedi data konsistenti u komparabbli, ibbażata fuq arranġamenti robusti ta’ monitoraġġ u ta’ ġbir tad-data. Il-monitoraġġ jista’ jgħin ukoll biex jiġu antiċipati l-ostakli fl-implimentazzjoni u biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni, jew min-naħa l-oħra, jgħin biex jiġu identifikati prattiki tajbin. B’monitoraġġ effettiv huwa possibbli wkoll li jitkejjel il-progress ġenerali tal-SCF lejn l-ilħuq ital-għanijiet tiegħu u li tiġi pprovduta bażi ta’ evidenza għal evalwazzjonijiet aktar tard tal-SCF (ara t-Taqsima VII). Iż-żewġ komponenti ewlenin tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-SCF huma ppreżentati fit-Tabella 1 hawn taħt.
Tabella 1
Komponenti ewlenin tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-SCF
|
|
Objettivi intermedji u miri |
Indikaturi komuni |
|
Talba għall-ħlas |
L-Istati Membri jipprovdu aġġornamenti (sa darbtejn fis-sena) dwar l-objettivi intermedji u l-miri milħuqa, inklużi dawk definiti minn indikaturi komuni, li l-Kummissjoni se tuża biex tikkontribwixxi għas-sistema ta’ monitoraġġ. |
|
|
Rapportar biennali |
L-Istati Membri jirrapportaw fuq bażi biennali dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-SCP, jiġifieri l-objettivi intermedji u l-miri kollha tagħhom. |
Fir-rapport biennali tagħhom dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-SCP, l-Istati Membri jirrapportaw ukoll dwar l-indikaturi kollha tal-kuntest komuni u dwar il-progress miksub lejn indikaturi komuni rilevanti tal-output u tar-riżultati. |
a. Indikaturi komuni
F’konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament SCF, fir-rapporti ta’ progress biennali tagħhom l-Istati Membri għandhom jinkludu l-indikaturi komuni rilevanti mill-Anness IV tar-Regolament SCF. Il-lista pprovduta f’dak l-Anness fiha total ta’ 39 indikatur tal-kuntest, tal-output u tar-riżultati li jkopru l-komponenti ewlenin tal-intervent tal-SCF (is-settur tal-bini, is-settur tat-trasport bit-triq, il-mikrointrapriżi, u l-appoġġ għall-introjtu dirett). Il-miżuri u l-investimenti fis-SCPs jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba ta’ diversi indikaturi komuni simultanjament.
L-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati meqjusa rilevanti għall-aktar tipi komuni ta’ miżuri u ta’ investimenti li potenzjalment jistgħu jiġu inklużi fl-SCPs u jintużaw għall-obbligi ta’ rapportar tal-SCP huma stabbiliti fl-Anness 1 ta’ din il-gwida. L-Istati Membri huma mistennija jirrapportaw dwar l-indikaturi komuni rilevanti meta jkunu pproponew miżuri u investimenti fl-SCP li jaqgħu fil-kategoriji skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament SCF. L-Anness IV tar-Regolament SCF jagħmilha ċara wkoll li, meta SCP ma jkun fih l-ebda miżura jew investiment li jikkontribwixxi għal xi wħud mill-indikaturi, l-Istati Membri jistgħu jindikaw dawk l-indikaturi komuni bħala mhux applikabbli.
L-indikaturi kollha tal-kuntest f’kull komponent jitqiesu bħala applikabbli b’mod awtomatiku, minħabba li jipprovdu informazzjoni dwar is-sitwazzjoni kurrenti fid-diversi setturi (jiġifieri valur ta’ bażi) u l-Istati Membri jeħtiġilhom jippreżentaw din l-informazzjoni fl-SCP tagħhom f’konformità mar-Regolament SCF (10).
L-indikaturi komuni se jintużaw mill-Kummissjoni biex timmonitorja u tevalwa l-SCF u l-progress li sar lejn l-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tiegħu (ara wkoll it-Taqsima VII ta’ din il-gwida).
b. Indikaturi komuni użati bħala objettivi intermedji u miri
Il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fl-SCPs għandu jiġi mmonitorjat permezz ta’ objettivi intermedji u miri. L-objettivi intermedji u l-miri għandhom jitfasslu biex jiżguraw li l-ilħuq tal-objettivi ta’ kull komponent fl-SCP ikun immonitorjat. L-objettivi intermedji u l-miri għandhom ikunu ċari, konċiżi, realistiċi, rilevanti, jistgħu jitkejlu, speċifiċi għall-attività appoġġata u robusti (11), b’indikatur rilevanti. Il-miri għandu jkollhom linja bażi ċara u metodoloġija sottostanti tajba.
F’konformità mal-Gwida dwar l-SCPs, l-Istati Membri huma mħeġġa ferm li jużaw il-lista tal-indikaturi komuni pprovduta fl-Anness IV tar-Regolament SCF meta jkunu qed ifasslu l-miri tagħhom. L-użu tal-indikaturi komuni biex jiġu stabbiliti l-miri tiżgura l-konsistenza u l-komparabbiltà tad-data tal-monitoraġġ fost l-Istati Membri u fil-livell tal-Fond. Għalhekk, jekk mira tikkontribwixxi għal wieħed mill-indikaturi elenkati fl-Anness IV tar-Regolament SCF, dan l-indikatur komuni għandu jintuża bħala opzjoni primarja għat-tħejjija tal-SCP (u jrid jiġi identifikat b’mod ċar fit-tabella li fiha l-objettivi intermedji u l-miri meta jiġi ppreżentat l-SCP).
Sabiex l-SCPs jiġu implimentati b’mod effettiv, huwa mistenni li l-biċċa l-kbira tal-miri tal-punt tan-nofs u dawk finali tal-investimenti jiġu espressi f’indikaturi tal-output. Jekk mira ma tkunx tista’ tiġi fformulata bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-indikaturi fl-Anness IV, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi addizzjonali, filwaqt li jagħtu prijorità lil dawk li ntużaw f’fondi, fi programmi u fi strumenti oħra tal-UE, bħall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jew l-RRF. Għandhom jiġu segwiti l-aħjar prattiki spjegati fil-Gwida dwar l-SCPs, inkluż għal kwalunkwe bidla fl-SCPs.
L-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri huwa prerekwiżit għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlas tal-SCF. F’konformità man-natura bbażata fuq il-prestazzjoni tal-SCF, il-preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlas timmarka punt importanti fl-implimentazzjoni tal-SCP, li fih l-Istati Membri jipprovdu aġġornamenti dwar l-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri tagħhom, u dwar l-indikaturi komuni, meta dawn ikunu ntużfaw biex jiġu stabbiliti l-miri (ara hawn taħt għal aktar informazzjoni).
Dan il-proċess regolari jipprovdi aġġornament dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-SCF. Dan l-aġġornament irid jiġi kkomplementat minn rapport ta’ progress imħejji mill-Istati Membri kull sentejn dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-SCP.
c. Rapportar biennali dwar il-progress fl-implimentazzjoni
Ir-rapportar biennali dwar il-progress fl-implimentazzjoni jikkostitwixxi l-komponent ewlieni tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-SCF. Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament SCF, dan ir-rapportar irid jitwettaq flimkien mar-rapportar ta’ progress dwar l-NECPs, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) (ir-Regolament dwar il-Governanza). Din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-NECPs tagħhom sal-15 ta’ Marzu 2023, u kull sentejn wara dan. Minħabba r-rabta maħluqa mir-Regolament SCF bejn ir-rapportar ta’ progress dwar l-SCPs u l-NECPs, l-ewwel rapport ta’ progress biennali dwar l-SCPs huwa mistenni sal-15 ta’ Marzu 2027. Il-perjodu ta’ rapportar ikopri l-perjodu mill-bidu tal-miżuri u l-investimenti eliġibbli (jiġifieri minn Ġunju 2024 ’il quddiem). Ir-rapportar biennali dwar il-progress ta’ implimentazzjoni tal-SCPs se jitwettaq bl-użu tal-għodda tal-IT (Information Technology) għall-SFC2021.
Sabiex jipprovdu stampa komprensiva tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri huma mistennija jipprovdu aġġornamenti dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha fl-SCP, inklużi dawk li ġew imdewma, dawk li għadhom ma nkisbux jew dawk li għadhom ma ġewx ivvalutati.
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-rapporti ta’ progress biennali tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għar-rapport ta’ progress tal-NECP, biex itejbu t-trasparenza.
Il-Kummissjoni se tipprovdi indikazzjonijiet aktar dettaljati u mudell għar-rapporti ta’ progress biennali tal-SCP, biex tiffaċilita l-proċess, tiżgura approċċ armonizzat għar-rapportar, u tissimplifika r-rapportar bir-rapportar integrat dwar l-NECP. Il-Kummissjoni se toħroġ nota metodoloġika dwar l-indikaturi komuni elenkati fl-Anness IV tar-Regolament SCF, biex tiżgura fehim komuni tad-definizzjonijiet tal-indikaturi u biex tiżgura li d-data li għandha tinġabar tkun robusta u affidabbli. Din il-metodoloġija se tiddependi – kemm jista’ jkun – fuq id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament SCF u f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-UE (13) u fuq id-definizzjonijiet applikati fil-livell nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kif japplikaw id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u tal-faqar tat-trasport fil-livell nazzjonali f’konformità mal-ispjegazzjoni pprovduta fl-SCPs tagħhom (14). Meta l-indikaturi jkunu simili għal dawk użati għal politiki oħra tal-UE (eż. kif trasposti mid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika) jew għal programmi ta’ finanzjament, l-Istati Membri għandhom jużaw metodoloġija simili biex jiġbru u jirrapportaw id-data relatata.
L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd huma kunsiderazzjonijiet importanti għall-monitoraġġ tal-SCF. Kif ġie enfasizzat fil-Premessa 24 tar-Regolament SCF, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd għandhom jiġu integrati u promossi matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-SCPs, biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Għalhekk, sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri huma mħeġġa jiddiżaggregaw id-data rrapportata fir-rapporti biennali tagħhom u fl-SCPs tagħhom skont il-ġeneru, l-età u l-istatus tad-diżabilità (b’mod partikolari għad-data rrapportata skont l-indikaturi komuni dwar l-unitajiet domestiċi, l-utenti tat-trasport u l-mikrointrapriżi vulnerabbli) (15). L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll, sa fejn ikun possibbli u rilevanti, li jispjegaw kif iqisu l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi u t-territorji, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, iż-żoni muntanjużi jew iż-żoni li għadhom lura fl-SCP tagħhom.
Fl-SCPs tagħhom, l-Istati Membri għandhom jispjegaw kif beħsiebhom jiżguraw li s-SCPs tagħhom jiġu mmonitorjati u implimentati b’mod effettiv, b’enfasi fuq l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ implimentazzjoni u fuq l-iskeda ta’ żmien (ara l-punt 4.1 tal-Anness V tar-Regolament SCF). Dawn għandhom jinkludu wkoll l-arranġamenti għall-ġbir tad-data rilevanti. Bħala parti mill-valutazzjoni tal-SCP ġenerali, il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-arranġamenti proposti jiżgurawx li l-SCP ikun jista’ jiġi implimentat u mmonitorjat b’mod effettiv (16). Il-korp li jikkoordina t-tħejjija u l-monitoraġġ tal-SCP (ara t-Taqsima II ta’ din il-gwida) jissorvelja l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-SCP, fost funzjonijiet oħra. Fin-nuqqas ta’ korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni, dawn il-kompiti għandhom jiġu assenjati lil korp(i) ta’ implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni torganizza djalogu regolari mar-rappreżentanti tal-Istati Membri possibbilment permezz ta’ grupp ta’ ħidma tekniku dedikat, biex tiddiskuti kwalunkwe kwistjoni u prattika tajba relatata mal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-SCF.
V. Impenji tal-allokazzjoni finanzjarja
L-SCF jiġi ffinanzjat b’mod eċċezzjonali u temporanju mid-dħul iġġenerat mill-irkantar ta’ 50 miljun kwota skont l-Artikolu 10a(8b) tad-Direttiva ETS, ta’ 150 miljun kwota skont l-Artikolu 30d(3) tad-Direttiva ETS u ta’ volum ta’ kwoti addizzjonali skont l-Artikolu 30d(4) tad-Direttiva ETS, li għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern.
Billi d-dħul assenjat estern għandu jsir disponibbli wara l-irkantar tal-kwoti skont l-Artikoli 10a(8b), 30d(3) u 30d(4) tad-Direttiva ETS, l-Artikolu 10(2) tar-Regolament SCF jipprovdi deroga mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) (ir-Regolament Finanzjarju). Skont din id-deroga, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn jistgħu jsiru disponibbli awtomatikament fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, mill-1 ta’ Jannar 2026. Għalhekk, se jkun possibbli li kull sena jiġu impenjati l-ammonti ta’ allokazzjoni annwali għal kull Stat Membru f’konformità mar-Regolament SCF.
a. Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni flimkien mad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament Pluriennali
Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-SCP ta’ Stat Membru permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament SCF. Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tinkludi l-elementi meħtieġa skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju u tikkostitwixxi d-deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira ta’ dak l-Artikolu, b’tali mod li “impenn baġitarju għandu jkun preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-istituzzjoni tal-Unjoni jew mill-awtorità li lilha jkunu ġew delegati setgħat mill-istituzzjoni tal-Unjoni”.
Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-SCF, id-deċiżjoni ta’ finanzjament għal kull Stat Membru tkun pluriennali u tkopri l-perjodu 2026-2032, filwaqt li tindika wkoll:
|
— |
l-Istat Membru ddefinit bħala l-benefiċjarju; |
|
— |
il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati; |
|
— |
il-kostijiet totali stmati tal-SCP u l-lista tal-objettivi intermedji u tal-miri; |
|
— |
id-durata totali tal-azzjoni; |
|
— |
l-allokazzjoni finanzjarja massima totali u l-allokazzjonijiet annwali korrispondenti għall-Istat Membru skont il-Fond li għandhom jitħallsu f’pagamenti parzjali; |
|
— |
il-valuri tal-iżborż għall-objettivi intermedji u għall-miri individwali; |
|
— |
il-kontribuzzjoni nazzjonali; |
|
— |
l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u għall-implimentazzjoni; |
|
— |
l-indikaturi rilevanti dwar l-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri previsti u l-valur tal-iżborż rispettiv tagħhom meta jintlaħqu; |
|
— |
l-arranġamenti għall-Kummissjoni biex tipprovdi aċċess għad-data rilevanti sottostanti; |
|
— |
il-linja baġitarja. |
Id-deċiżjoni ta’ finanzjament tinkludi anness bl-allokazzjonijiet annwali tal-Istat Membru (abbażi tal-Anness I tal-Gwida dwar l-SCP u filwaqt li jitqies l-Artikolu 17(3) tar-Regolament SCF). Dawn l-allokazzjonijiet jiġu nnotifikati formalment lil kull Stat Membru biex jintużaw bħala referenza għall-proċess ta’ implimentazzjoni finanzjarja u bħala bażi għat-tranżazzjonijiet finanzjarji.
Din id-Deċiżjoni tiġi adottata mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-ambitu tal-QFP li jkopri l-perjodu li jibda fl-2028.
b. Impenn legali
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament SCF, wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni pożittiva kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament SCF, hija tikkonkludi ftehim bilaterali mal-Istat Membru kkonċernat. Dan il-ftehim jinkludi (i) dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-SCP speċifiku, b’mod partikolari l-obbligi speċifiċi ta’ monitoraġġ, (ii) ir-regoli u l-proċeduri relatati mal-kontroll, (iii) il-korrezzjonijiet finanzjarji, u (iv) kwalunkwe element ieħor rilevanti għall-implimentazzjoni effettiva tal-appoġġ tal-UE.
Il-ftehim bilaterali konkluż jikkostitwixxi impenn legali individwali skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju għall-perjodu 2026-2032, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 30d(4), 30i u 30k tad-Direttiva ETS.
c. Impenji baġitarji individwali
Għall-finijiet tal-impenji baġitarji, l-ammont massimu ġenerali ta’ approprjazzjonijiet li għandhom jiġu żborżati għal SCP speċifiku, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament SCF, għandu jinqasam f’pagamenti parzjali annwali (l-Artikolu 19(2) tar-Regolament SCF).
L-impenji baġitarji individwali għal kull Stat Membru jsiru f’pagamenti parzjali annwali. Dawn ikunu bbażati fuq l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rispettiva li toħroġ valutazzjoni pożittiva tal-SCP, li taġixxi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament pluriennali għall-Istat Membru rilevanti.
Kif stabbilit fl-Artikolu 17(3)(a) tar-Regolament SCF, jekk il-kost totali stmat tal-SCP ta’ Stat Membru, bil-kontribuzzjoni nazzjonali mnaqqsa, ikun daqs jew jaqbeż l-allokazzjoni massima prevista fl-Anness I tal-Gwida tal-Kummissjoni dwar is-SCPs, l-impenji baġitarji individwali stabbiliti kull sena jkunu ekwivalenti għall-ammonti indikati kull sena f’dak l-Anness.
Jekk SCP ta’ Stat Membru jiġi approvat b’allokazzjoni finanzjarja massima aktar baxxa minn dik indikata fl-Anness I tal-Gwida tal-Kummissjoni dwar is-SCPs, kif stabbilit fl-Artikolu 17(3)(b) tar-Regolament SCF, l-impenji baġitarji individwali stabbiliti kull sena jitnaqqsu proporzjonalment, filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni totali tal-SCF fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament SCF.
Jekk Stat Membru ma jużax l-allokazzjoni sħiħa tiegħu f’sena partikolari, l-ammont mhux użat tal-impenn annwali jiġi riportat għas-snin ta’ wara sa tmiem il-perjodu ta’ finanzjament.
Fil-każijiet kollha, kif meħtieġ mill-Artikolu 15 tar-Regolament SCF, minimu ta’ 25 % tal-kost totali stmat ta’ kull SCP jeħtieġ li jiġi minn kontribuzzjoni mill-Istat Membru rilevanti.
d. Diżimpenji u l-approprjazzjonijiet li jifdal
Id-diżimpenji possibbli tal-allokazzjoni finanzjarja mhux użata jsiru f’konformità mal-Artikolu 20(10) tar-Regolament SCF fi tmiem il-perjodu eliġibbli u wara li jsiru l-pagamenti kollha sal-31 ta’ Diċembru 2033.
Jekk ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli lejn l-ilħuq ta’ kwalunkwe objettiv intermedju u mira rilevanti, fi żmien 15-il xahar mill-konklużjoni tal-impenn legali individwali, il-Kummissjoni tikkomunika l-valutazzjoni tagħha lill-Istat Membru u tagħtih xahrejn biex jipprovdi osservazzjonijiet, qabel ma tieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tal-impenn legali individwali u tiddiżimpenja l-ammont (l-Artikolu 20(7) tar-Regolament SCF).
B’deroga mill-Artikolu 12(4)(c) tar-Regolament Finanzjarju, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30d(4), is-sitt subparagrafu, tad-Direttiva ETS, il-Kummissjoni għandha talloka lill-Istati Membri l-ammonti li jikkorrispondu għal kwalunkwe approprjazzjoni li ma tkunx intużat sal-31 ta’ Diċembru 2033, f’konformità mar-regoli għad-distribuzzjoni tal-kwoti stabbiliti skont l-Artikolu 30d(5) tad-Direttiva ETS, sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament SCF.
VI. Talbiet għall-ħlas
a. Preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlas
Malli jintlaħqu l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti, l-Istati Membri jeħtiġilhom jippreżentaw talba għall-ħlas debitament motivata, sa darbtejn fis-sena (sal-31 ta’ Lulju u sal-31 ta’ Diċembru). Din it-talba għall-ħlas trid telenka l-objettivi intermedji u l-miri kollha li l-Istati Membri jqisu li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament SCF. It-talba għall-ħlas għandha tkun akkumpanjata mill-ġustifikazzjoni u mill-evidenza rilevanti assoċjati ma’ kull objettiv intermedju u mira milħuqa, f’konformità mal-ftehim bilaterali msemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament SCF. Il-preżentazzjoni ta’ kull sett sussegwenti ta’ objettivi intermedji u ta’ miri milħuqa tippresupponi u tikkonferma li l-miżuri relatati ma’ objettivi intermedji u ma’ miri milħuqa qabel b’mod sodisfaċenti ma treġġgħux lura mill-Istat Membru kkonċernat.
It-talbiet għall-ħlas għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-modulu dedikat fis-sistema tal-Kummissjoni SFC2021. Id-dokumenti ta’ sostenn kollha li jipprovdu evidenza tal-ilħuq b’suċċess tal-miri u l-objettivi intermedji relatati jridu jiġu ppreżentati wkoll permezz tal-SFC 2021 bħala parti integrali mit-talba għall-ħlas. Qabel ma tiġi ppreżentata t-talba, għandha titwettaq ħidma teknika biex jiġi vverifikat li l-objettivi intermedji u l-miri jkunu ntlaħqu.
Is-sistema tipprovdi konferma elettronika tar-riċevuta lill-Istat Membru fi żmien xieraq. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jikkoreġu jew jirtiraw it-talbiet għall-ħlas permezz ta’ din is-sistema jekk ikun meħtieġ, u qabel ma l-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni indikati fl-Artikolu 20(3) u 20(4) tar-Regolament SCF.
Jekk Stat Membru ma jikkunsidrax li jkunu ntlaħqu objettiv intermedju jew mira speċifika għal data speċifika, jew jekk ikun identifika problemi ta’ implimentazzjoni relatati magħhom (eż. ħidma pendenti ta’ awditjar jew ta’ kontroll, nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti jew għal kwalunkwe raġuni oħra), dan jista’ joqgħod lura milli jinkludihom f’talba għall-ħlas u xorta jitlob żborż għall-objettivi intermedji u għall-miri li jifdal dovuti għall-istess data u meqjusa bħala milħuqa bis-sħiħ. Qabel ma jippreżentaw talba għall-ħlas, huwa rakkomandat li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-Kummissjoni b’mod informali biex jiżguraw li l-fajl ikun tħejja kif xieraq.
Sabiex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament SCF, Stat Membru ma għandux jippreżenta miri individwali parzjalment milħuqa (eż. 8 minn 10 elementi impenjati antiċipati għal data speċifika). L-objettivi intermedji u l-miri milħuqa bis-sħiħ biss għandhom jiġu inklużi fit-talbiet għall-ħlas. Il-miri jew l-objettivi intermedji li ma nkisbux jew li sad-data speċifika jkunu nkisbu parzjalment biss għandhom jitkomplew u jiġu inklużi fit-talbiet għall-ħlas li jmiss mal-ilħuq sodisfaċenti tagħhom.
b. Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni
F’konformità mal-Artikolu 21(2) u mal-Anness III tar-Regolament SCF, l-Istati Membri jeħtiġilhom jakkumpanjaw kull talba għall-ħlas b’dikjarazzjoni ta’ ġestjoni ffirmata.
Din id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tiċċertifika li l-allokazzjonijiet finanzjarji ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għall-ħlas hija kompluta, akkurata u affidabbli, u li s-sistemi ta’ kontroll intern stabbiliti jagħtu l-assigurazzjonijiet neċessarji li l-allokazzjonijiet finanzjarji ġew ġestiti f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħra tal-UE f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.
Id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni għandu jkun fiha dawn li ġejjin:
|
(i) |
dikjarazzjoni li l-informazzjoni fit-talba għall-ħlas tiġi ppreżentata kif suppost u tkun kompluta u akkurata; |
|
(ii) |
dikjarazzjoni li l-fondi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, kif stabbilit fil-ftehim konkluż skont l-Artikolu 19 tar-Regolament SCF; |
|
(iii) |
dikjarazzjoni li s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, jiġifieri juru l-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri kkonċernati; |
|
(iv) |
dikjarazzjoni li, f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ jiffunzjonaw kif suppost u jagħtu l-assigurazzjonijiet neċessarji li l-appoġġ ikun qed jingħata f’konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u dwar l-akkwist, meta jkunu applikabbli. B’mod partikolari, is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ għandhom jiżguraw li l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess jiġu prevenuti, identifikati u kkoreġuti, u li jiġi evitat il-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħra tal-Unjoni; |
|
(v) |
dikjarazzjoni li l-objettivi intermedji u l-miri li ntlaħqu qabel ma treġġgħux lura minn meta l-ilħuq tagħhom ġie kkonfermat mill-Kummissjoni; |
|
(vi) |
konferma li l-irregolaritajiet identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-SCP ġew ikkoreġuti kif xieraq u l-ammonti rilevanti ġew irkuprati mingħand ir-riċevituri. |
Mudell għal din id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni huwa ppreżentat fl-Anness II.
c. Sommarju tal-awditi
Ma’ kull talba għall-ħlas, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll sommarju tal-awditi mwettqa mill-awtoritajiet ta’ kontroll f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.
Il-perjodu kopert jew l-ambitu tal-awditi koperti mis-sommarju tal-awditi jistgħu jkunu differenti mill-perjodu jew mill-ambitu kopert mill-miri u mill-objettivi intermedji milħuqa. Madankollu, biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, huwa mħeġġeġ li titwettaq ħidma tal-awditjar preventiva (eż. awditi biex jirrieżaminaw is-sistema skont liema jiġi implimentat l-SCF biex jiġi indikat kwalunkwe riskju possibbli fil-fażi bikrija tal-implimentazzjoni tal-SCF) qabel ma jiġu ppreżentati talbiet għall-ħlas lill-Kummissjoni. Jekk din il-ħidma tal-awditjar preventiva bikrija ma ssirx, ikun hemm obbligu li din il-ħidma titwettaq fi żmien xieraq u biex jiġu ppreżentati r-riżultati fit-talbiet sussegwenti għall-ħlas.
Is-sommarju jrid jinkludi, fost affarijiet oħra, l-ambitu tal-awditi (jiġifieri l-miżuri u l-investimenti koperti, u l-perjodu ta’ żmien kopert), analiżi tad-dgħufijiet identifikati, u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda. Ir-rapporti finali tal-awditjar jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali jistgħu jiġu inklużi wkoll bħala annessi għas-sommarju, għal skopijiet ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni.
VII. Valutazzjoni u pproċessar mill-Kummissjoni tat-talbiet għall-ħlas
Skont l-SCF ibbażat fuq il-prestazzjoni, l-iżborżi mhumiex marbuta mal-kostijiet reali jew stmati tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fl-SCPs. Minflok, l-ammont ta’ kull żborż huwa marbut mal-objettivi intermedji u mal-miri vvalutati mill-Kummissjoni bħala li ġew issodisfati b’mod sodisfaċenti.
a. Definizzjoni ex ante tal-valuri tal-iżborż
Il-valur tal-iżborż għal kull objettiv intermedju u mira se jiġi stabbilit ex ante fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (l-Artikolu 17 tar-Regolament SCF). It-terminu “valur tal-iżborż” jirreferi għall-valur tal-iżborż monetarju, marbut mal-ilħuq sodisfaċenti ta’ objettiv intermedju jew ta’ mira individwali inkluża fl-SCP, li l-Kummissjoni tħallas lill-Istat Membru wara valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni li l-objettiv intermedju jew il-mira rispettiva ntlaħqet b’mod sodisfaċenti.
Meta tiddetermina l-valur tal-iżborż ta’ kull objettiv intermedju u mira, matul il-proċess ta’ valutazzjoni tal-SCP il-Kummissjoni tqis l-importanza tal-miżura jew tal-investiment li miegħu jkunu marbuta u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-kriterji fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament SCF.
Il-valur tal-iżborż ta’ objettiv intermedju jew mira marbuta ma’ attività kkostjata jiġi ddeterminat abbażi tal-istima tal-kost ex ante tal-attività rilevanti. Fil-prinċipju, kwalunkwe miżura b’kost żero tkun marbuta, direttament jew indirettament, ma’ attività kkostjata waħda jew aktar b’kostijiet stmati fl-SCP. Meta jkun marbut direttament ma’ attività waħda jew aktar, il-valur tal-iżborż għall-objettivi intermedji jew għall-miri skont dawn il-miżuri jiġi stabbilit bħala sehem mill-ammont ippjanat għall-investiment marbut. Meta miżura tkun marbuta b’mod indirett ma’ diversi attivitajiet, il-valur tal-iżborż għall-objettivi intermedji jew għall-miri rispettivi jiġi ddefinit bħala perċentwal tal-ammonti ġenerali ppjanati għal dawn l-attivitajiet. F’każijiet eċċezzjonali, il-valur tal-iżborż tal-miżura b’kost żero jista’ jiġi ddefinit bħala perċentwal tal-pjan kollu.
b. Valutazzjoni pożittiva u ħlas
Kif stabbilit fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament SCF, ladarba l-Kummissjoni tiddetermina li l-objettivi intermedji u l-miri kollha rrapportati inklużi f’talba għall-ħlas ikunu ntlaħqu, hija tadotta deċiżjoni individwali li tawtorizza l-iżborż tal-pagament parzjali speċifiku bħala parti mill-allokazzjoni finanzjarja f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
Id-deċiżjoni ta’ żborż individwali tal-Kummissjoni trid tiġi adottata mhux aktar kmieni minn xahrejn u mhux aktar tard minn 3 xhur wara l-iskadenza rilevanti għall-preżentazzjoni tat-talba għall-ħlas f’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament SCF.
F’konformità mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament SCF, l-iskadenza għall-ħlas tal-pagament parzjali tibda tapplika mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-iżborż tal-pagament parzjali lill-Istat Membru. Il-ħlas tal-ammont eliġibbli huwa soġġett għad-disponibilità ta’ finanzjament mill-Kummissjoni u ammonti disponibbli suffiċjenti fl-impenji baġitarji individwali għall-Istat Membru rispettiv. Jekk ħlas ma jkunx jista’ jiġi implimentat minħabba nuqqas ta’ finanzjament jew minħabba insuffiċjenza ta’ impenji baġitarji disponibbli, dan jerġa’ jinbeda ladarba dan il-finanzjament isir disponibbli jew ikunu saru l-impenji l-ġodda, u qabel ma tiġi pproċessata kwalunkwe talba ġdida għall-ħlas.
Il-ħlasijiet isiru għal kull Stat Membru sal-limitu tal-impenji baġitarji individwali annwali tagħhom, li jkunu ġew stabbiliti minn qabel.
c. Ilħuq sodisfaċenti ta’ objettiv intermedju jew ta’ mira
Objettiv intermedju jew mira għandha tiqies bħala milħuqa b’mod sodisfaċenti jekk ikun inkiseb ir-riżultat maħsub tagħha, filwaqt li jitqiesu l-għan tal-objettiv intermedju jew tal-mira inklużi fl-SCP approvat, id-deskrizzjoni tagħha, l-iskop sottostanti tagħha u l-kuntest tal-miżura jew tal-investiment relatat.
Id-deskrizzjoni tal-miżura jew tal-investiment li għalih jappartjeni l-objettiv intermedju jew il-mira, kif ukoll kwalunkwe taqsima rilevanti oħra tal-SCP, jipprovdu l-kuntest u l-iskop sottostanti użati biex jiġi interpretat l-objettiv intermedju jew il-mira. Il-valutazzjoni tal-objettiv intermedju jew tal-mira għandha ssegwi loġika intenzjonata u tiffoka fuq jekk inkisibx ir-riżultat maħsub tal-objettiv intermedju jew tal-mira, aktar milli fuq l-issodisfar b’mod kumulattiv tar-rekwiżiti individwali kollha stabbiliti f’kull objettiv intermedju jew mira.
d. Valutazzjoni negattiva tal-objettivi intermedji u tal-miri, sospensjoni tal-ħlasijiet
Kif stabbilit fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament SCF, meta, bħala riżultat tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tistabbilixxi li kwalunkwe objettiv intermedju jew mira ppreżentata minn Stat Membru fit-talba għall-ħlas tiegħu ma tkunx intlaħqet b’mod sodisfaċenti, hija tindika l-intenzjoni tagħha li tissospendi l-ħlas tal-parti tal-allokazzjoni finanzjarja proporzjonali għall-ammont allokat għall-parti mhux milħuqa tal-mira jew tal-objettiv intermedju. Għall-objettivi intermedji u għall-miri meqjusa li ma ntlaħqux, il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istat Membru kkonċernat opinjoni motivata u tagħtih il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
Wara dan il-perjodu, il-Kummissjoni se tadotta d-deċiżjonijiet rilevanti li jawtorizzaw l-iżborż ta’ pagament parzjali ekwivalenti għall-valuri rispettivi tal-iżborż tal-miri u tal-objettivi intermedji kkunsidrati bħala milħuqa u li tissospendi l-iżborż għall-bqija tal-miri u tal-objettivi intermedji mhux milħuqa.
L-Istat Membru għandu sa 9 xhur mid-data li fiha jiġi nnotifikat bid-deċiżjoni ta’ sospensjoni biex jilħaq l-objettivi intermedji u l-miri sospiżi. Jekk fi tmiem dawn id-9 xhur l-objettiv intermedju u l-miri rilevanti jkunu għadhom ma ntlaħqux, il-Kummissjoni tikkomunika lill-Istat Membru s-sejbiet tagħha dwar in-nuqqas ta’ lħuq tagħhom. L-Istat Membru jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn minn din il-komunikazzjoni.
Meta, wara li tisma’ lill-Istat Membru, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-objettiv intermedju jew il-mira sospiża tkun għadha ma ntlaħqitx, il-Kummissjoni tnaqqas l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja b’mod proporzjonali f’konformità mal-Artikolu 20(6) tar-Regolament SCF. Fil-prinċipju, l-ammont li għandu jitnaqqas jikkorrispondi għall-ammont li kien ġie sospiż qabel, sakemm l-Istat Membru ma jurix li, fil-perjodu ta’ 9 xhur, xi wħud mill-objettivi intermedji jew mill-miri mhux milħuqa jkunu nkisbu b’mod sodisfaċenti jew ikun sar aktar progress fil-kisba tar-riżultat maħsub tagħhom, f’liema każ it-tnaqqis jista’ jiġi aġġustat kif xieraq.
Is-sospensjoni għandha titneħħa biss meta l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti jkunu ntlaħqu b’mod sodisfaċenti. F’dawk il-każijiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet ippreżentati fit-taqsima preċedenti, u l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni individwali li tawtorizza l-iżborż tal-ammonti sospiżi.
e. Devjazzjoni mill-kostijiet stmati inizjalment
Id-devjazzjonijiet bejn il-kostijiet stmati ppreżentati mal-verżjoni inizjali jew sussegwenti tal-SCP u l-ammonti mħallsa lir-riċevituri finali f’investiment speċifiku jridu jiġu vvalutati wkoll. Jekk, wara din il-valutazzjoni, jidher li l-kost inizjali ta’ investiment kien stmat iżżejjed bħala riżultat tal-iskrutinju mwettaq, tkun meħtieġa emenda tal-SCP biex jiġu kkoreġuti l-miri u l-objettivi intermedji ppjanati jew jiġi riallokat il-finanzjament li jifdal. F’dawk il-każijiet, fost sorsi oħra, id-data miġbura dwar il-ħlasijiet reali magħmula minn Stat Membru biex jiżborża l-allokazzjonijiet finanzjarji mill-fond lir-riċevituri finali (l-Artikolu 21(2)(d) tar-Regolament SCF), tista’ sservi bħala indikatur biex tiġi vverifikata l-akkuratezza tal-istimi tal-kostijiet ex ante, u b’hekk jiġi żgurat li l-fondi tal-SCF jintefqu b’mod effiċjenti.
f. Ħlasijiet pro rata fil-każ ta’ riżorsi limitati
F’konformità mal-Artikolu 20(9) tar-Regolament SCF, jekk f’ċiklu partikolari ta’ talbiet għall-ħlas, id-dħul assenjat lill-Fond ma jkunx biżżejjed biex ikopri t-talbiet għall-ħlas ippreżentati, il-Kummissjoni tħallas lill-Istati Membri fuq bażi pro-rata ddeterminata bħala sehem mid-disponibbiltajiet tal-ħlas għall-ħlasijiet approvati totali, sal-ammont tal-impenji annwali individwali tal-Istati Membri. Fiċ-ċiklu ta’ talbiet għall-ħlas li jkun imiss, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lil dawk l-Istati Membri bi ħlasijiet imdewma miċ-ċiklu preċedenti ta’ talbiet għall-ħlas, u t-talbiet għal ħlas li jkunu għadhom kif ġew ippreżentati tittrattahom biss aktar tard.
Jekk l-ammont tal-ħlas pro-rata allokat lil Stat Membru jaqbeż l-ammont tal-impenji baġitarji ta’ dak l-Istat Membru, is-saldu tal-ammont isir f’żewġ stadji: i) ammont sal-ammont tal-impenn baġitarju miftuħ jitħallas f’konformità mar-regoli għall-ħlasijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament SCF; u ii) il-parti li jifdal tal-ħlas approvat titħallas meta jsiru impenji ġodda fil-bidu tas-sena ta’ wara.
g. Prestazzjoni ferm agħar minn dik mistennija u terminazzjoni tal-ftehim
Kif indikat fl-Artikolu 20(7) tar-Regolament SCF, meta, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament SCF, ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe objettiv intermedju u mira rilevanti mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha ttemm il-ftehimiet stabbiliti u għandha tiddiżimpenja l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju.
Sabiex tipprevjeni sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ regolari sa mill-istadji bikrija ħafna tal-implimentazzjoni, anki qabel ma jiġu rrapportati l-ewwel objettivi intermedji u miri. Dan il-monitoraġġ isir f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u jista’ jieħu l-forma ta’ osservazzjonijiet bil-miktub, ta’ opinjonijiet kondiviżi fil-laqgħat operazzjonali u ta’ djalogu formali dwar l-implimentazzjoni mal-awtoritajiet maħtura tal-SCF, jew ta’ kwalunkwe struttura xierqa oħra.
F’konformità mal-Artikolu 20(7) tar-Regolament SCF, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni ta’ ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament SCF wara li tkun tat lill-Istat Membru l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli.
Sabiex tipprevjeni sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ regolari sa mill-istadji bikrija ħafna tal-implimentazzjoni, anki qabel ma jiġu rrapportati l-ewwel objettivi intermedji u miri. Dan il-monitoraġġ isir f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u jista’ jieħu l-forma ta’ osservazzjonijiet bil-miktub, ta’ opinjonijiet kondiviżi fil-laqgħat operazzjonali u ta’ djalogu formali dwar l-implimentazzjoni mal-awtoritajiet maħtura tal-SCF, jew ta’ kwalunkwe struttura xierqa oħra.
VIII. Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE
Fl-implimentazzjoni tas-SCPs, l-Istati Membri, bħala benefiċjarji tal-fondi, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE.
B’mod aktar speċifiku, huwa importanti li jiġi żgurat li l-użu tal-allokazzjonijiet finanzjarji jikkonforma mal-liġi applikabbli tal-UE u ma’ dik nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, tal-identifikazzjoni u tal-korrezzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitti ta’ interess, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament SCF. Dan ir-rekwiżit japplika għal miżuri u għal investimenti appoġġati mill-Fond, inklużi dawk imwettqa minn entitajiet pubbliċi jew privati minbarra unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli.
a. Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti, f’konformità mal-oqfsa istituzzjonali, legali u finanzjarji tagħhom. Is-sistema ta’ kontroll intern għandha tinkludi separazzjoni tal-funzjonijiet u arranġamenti ta’ rapportar, ta’ superviżjoni u ta’ monitoraġġ.
Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll iridu jkunu kapaċi jipprovdu lill-awtoritajiet b’assigurazzjoni li l-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fl-SCP ikunu ntlaħqu, li l-fondi jkunu ġew ġestiti f’konformità mal-liġi applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u dwar l-akkwist pubbliku, u li l-kunflitti ta’ interess, il-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju jkunu ġew prevenuti, identifikati u kkoreġuti matul l-implimentazzjoni u qabel ma tiġi ppreżentata t-talba għall-ħlasijiet lill-Kummissjoni flimkien mal-evidenza li jkunu ntlaħqu l-miri u l-objettivi intermedji.
L-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu kontrolli ta’ ġestjoni xierqa biex jikkonfermaw li ntlaħqu l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fl-SCPs u li ma jkun hemm l-ebda irregolarità serja, jiġifieri frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess jew finanzjament doppju. Il-kontrolli jistgħu jinkludu, pereżempju, eżamijiet dokumentarji, kontrolli fuq il-post u kontrolli tematiċi.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni, u kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jiġi evitat b’mod effettiv il-kunflitt ta’ interess. Jeħtiġilhom jieħdu wkoll azzjoni legali biex jirkupraw fondi li jkunu ġew miżapproprjati. Barra minn hekk, irid isir provvediment għal sett speċifiku ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni kontra l-frodi, abbażi ta’ valutazzjoni adegwata tar-riskju tal-frodi. Is-sistemi ta’ ġestjoni jridu jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri effettivi u li l-każijiet kollha ta’ frodi, ta’ korruzzjoni u ta’ kunflitt ta’ interess jiġu rrapportati u kkoreġuti kif xieraq permezz ta’ rkupri.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u tas-sommarju tal-awditi mwettqa fil-livell nazzjonali u għaż-żamma tal-informazzjoni sottostanti kollha meħtieġa għar-rendikont tal-entrati.
b. Prevenzjoni tal-frodi
Għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-frodi u għall-finijiet tal-iskrutinju ġenerali, l-Istati Membri, meta jippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju tal-awditi lill-Kummissjoni, huma mitluba jirrapportaw dwar id-dgħufijiet identifikati u l-azzjonijiet korrettivi meħuda. Dawn id-dgħufijiet jinkludu:
|
(a) |
irregolaritajiet li kienu s-suġġett tal-ewwel valutazzjoni bil-miktub minn awtorità kompetenti, jew amministrattiva jew ġudizzjarja, li fuq il-bażi ta’ fatti speċifiċi tkun ikkonkludiet li twettqet irregolarità, irrispettivament mill-possibilità li din il-konklużjoni jista’ jkollha tiġi riveduta jew irtirata sussegwentement minħabba żviluppi matul il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja; |
|
(b) |
irregolaritajiet li jagħtu lok għall-bidu ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji fil-livell nazzjonali sabiex tiġi stabbilita l-preżenza ta’ frodi jew ta’ reati kriminali oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punti (a) u (b), u fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 u fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tal-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (1) għall-Istati Membri mhux marbuta b’dik id-Direttiva; |
|
(c) |
irregolaritajiet li jsiru qabel falliment; |
|
(d) |
irregolaritajiet jew gruppi ta’ irregolaritajiet speċifiċi li għalihom il-Kummissjoni tippreżenta talba bil-miktub għal informazzjoni lill-Istat Membru wara r-rapportar inizjali minn Stat Membru. |
Ir-responsabbiltà għar-rapportar tal-irregolaritajiet tkun tal-Istat Membru li fih in-nefqa irregolari tiġġarrab mir-riċevitur finali u titħallas matul l-operazzjoni.
Huwa rrakkomandat li Stat Membru jirrapporta minnufih lill-Kummissjoni l-irregolaritajiet skoperti jew li suppost seħħew, filwaqt li jindika kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, jekk ikollhom riperkussjonijiet barra mit-territorju tiegħu.
Sabiex jirrapportaw l-irregolaritajiet, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jibbażaw il-preżentazzjoni tagħhom fuq il-mudell standard approvat bħala l-Anness XII tar-RDK, bl-adattamenti pertinenti għas-suġġett tal-SCP. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni tirrakkomanda bil-qawwa li tintuża s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, li tippermetti wkoll l-esportazzjoni tal-irregolaritajiet f’fajl mehmuż mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u mas-sommarju tal-awditi.
L-informazzjoni rrapportata għandha tintuża f’konformità ma’ dak indikat fit-Taqsima 1.5 tal-Anness XII fir-RDK.
c. Kunflitt ta’ interess
Kunflitt ta’ interess jinħoloq meta xi ħadd involut fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE ma jkunx jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod imparzjali u oġġettiv minħabba interessi personali. Kif definit fl-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju, jeżisti kunflitt meta dawn id-dmirijiet jiġu kompromessi għal raġunijiet bħar-rabtiet familjari, l-involviment emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interessi ekonomiċi, jew kwalunkwe gwadann personali dirett jew indirett ieħor. Dawk li jimplimentaw l-SCF jeħtieġ li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu kunflitt ta’ interess u biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti b’mod oġġettiv bħala kunflitt ta’ interess.
Eżempji tipiċi ta’ kunflitti ta’ interess jinkludu:
|
— |
benefiċċju personali (finanzjarju jew mod ieħor); |
|
— |
relazzjonijiet (eż. membri tal-familja, ħbieb, eks impjegaturi); |
|
— |
rwoli doppji (eż. xi ħadd li jaġixxi kemm bħala uffiċjal pubbliku kif ukoll bħala benefiċjarju tal-proġett). |
Ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess japplikaw għall-individwi u għall-entitajiet kollha involuti fil-ġestjoni u fis-sorveljanza tal-SCF. Għalhekk, dan huwa applikabbli għal individwi li jaħdmu għall-awtoritajiet imsemmija taħt il-paragrafu dwar il-ħatra ta’ din in-nota ta’ Gwida.
Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-integrità u l-fiduċja pubblika, il-korpi ta’ implimentazzjoni tal-SCF għandhom jimplimentaw l-azzjonijiet preventivi li ġejjin.
|
(a) |
Valutazzjoni tar-riskju
|
|
(b) |
Kodiċijiet ta’ kondotta u dikjarazzjonijiet
|
|
(c) |
Segregazzjoni tad-dmirijiet
|
|
(d) |
Trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet
|
|
(e) |
Taħriġ u sensibilizzazzjoni
|
Identifikazzjoni u ġestjoni
Jekk ikun hemm suspett jew jiġi identifikat kunflitt ta’ interess:
|
— |
l-individwu involut jeħtieġlu jirrapporta s-sitwazzjoni minnufih; |
|
— |
l-awtorità rilevanti jeħtiġilha tieħu azzjoni minnufih biex telimina r-riskju, bħall-assenjazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet jew it-tneħħija tal-persuna mill-proċess; |
|
— |
l-inċidenti kollha jridu jiġu rreġistrati kif xieraq. |
Meta jkun hemm suspett ta’ frodi, il-kwistjoni għandha tiġi rriferita lill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF, Office européen de lutte antifraude) (ara t-taqsima dwar il-frodi).
Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità
In-nuqqas tal-indirizzar jew tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess jista’ jkollu konsegwenzi finanzjarji serji u jwassal għal irkupru ta’ fondi mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament SCF.
d. Prevenzjoni tal-finanzjament doppju u komplementarjetà ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament
Il-prevenzjoni ta’ finanzjament doppju hija kritika biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi tal-UE. Il-finanzjament doppju jirreferi għal sitwazzjonijiet li fihom l-istess kostijiet ikunu koperti minn sorsi multipli ta’ finanzjament tal-UE, li jwasslu għal ineffiċjenzi u għal ġestjoni finanzjarja ħażina.
Skont l-SCF, il-miżuri u l-investimenti jistgħu jirċievu appoġġ komplementari minn fondi oħra tal-UE. Madankollu, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament SCF, l-appoġġ mill-SCF irid ikun addizzjonali għall-appoġġ minn programmi oħra tal-UE u mhux ikopri l-istess kostijiet bħal dan l-appoġġ.
B’mod simili għall-RRF, taħt l-SCF, il-finanzjament doppju jista’ jseħħ f’żewġ livelli.
|
— |
Fil-livell tal-Istati Membri. L-Istati Membri huma meħtieġa jidentifikaw fl-SCPs tagħhom “finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi oħra tal-UE, internazzjonali, pubbliċi jew, meta rilevanti, privati li jikkontribwixxu għall-miżuri u għall-investimenti stabbiliti fil-Pjan.” Wara l-approvazzjoni tal-SCP, kwalunkwe appoġġ addizzjonali minn fondi oħra tal-UE biex jiġu koperti l-kostijiet diġà inklużi fl-istima tal-kost tal-SCP iwassal biex l-Istat Membru jirċievi appoġġ minn żewġ sorsi ta’ finanzjament tal-UE differenti biex jiġu koperti l-istess kostijiet. |
|
— |
Fil-livell tar-riċevituri finali. Riċevitur finali ma għandux jirċievi appoġġ biex ikopri l-istess kostijiet kemm mill-SCF – permezz tal-Istat Membru – kif ukoll minn fondi oħra tal-UE. |
Dan li ġej jistabbilixxi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, għall-identifikazzjoni u għall-korrezzjoni ta’ każijiet ta’ finanzjament doppju.
Fażi tat-tfassil
|
— |
L-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu informazzjoni komprensiva fl-SCPs tagħhom dwar kwalunkwe finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-UE. Dan jiżgura t-trasparenza u jgħin biex jiġi identifikat it-trikkib potenzjali fi stadju bikri. |
|
— |
Kull SCP irid ikun dettaljat biżżejjed biex juri li l-ebda kost ma huwa kopert minn aktar minn sors ta’ finanzjament wieħed tal-UE. Minħabba n-natura bbażata fuq il-prestazzjoni tal-SCF, meta jiġi kkombinat l-appoġġ tal-SCF ma’ appoġġ minn fondi oħra tal-UE, l-approċċ prestabbilit biex jiġi evitat finanzjament doppju huwa li ssir delineazzjoni ċara tal-kostijiet ex ante. Għal miżuri li huma biss parzjalment iffinanzjati mill-SCF, l-Istati Membri għandhom jiddelinjaw b’mod ċar bejn il-partijiet tal-proġett li huma ffinanzjati mill-SCF u dawk li huma ffinanzjati minn fondi oħra tal-UE. Għandhom jindikaw din id-delineazzjoni meta jippreżentaw l-istimi tal-kostijiet ex ante tagħhom u jipprovdu identifikazzjoni differenzjata tal-objettivi intermedji u tal-miri li għandhom jiġu rrapportati skont l-istrumenti differenti tal-UE. Tista’ tiġi stabbilita delineazzjoni tal-kostijiet ex ante, pereżempju, billi jiġu identifikati fażijiet distinti ta’ implimentazzjoni ta’ miżura kofinanzjata, jew billi jiġu sseparati kategoriji differenti tal-kostijiet u billi dawn jiġu attribwiti lill-istrumenti ta’ finanzjament rispettivi tal-UE. |
|
— |
L-SCPs għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istrutturi, il-proċeduri u l-mekkaniżmi ta’ kontroll stabbiliti fil-livelli nazzjonali u reġjonali għall-prevenzjoni tal-finanzjament doppju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jiġu integrati f’sistemi ta’ kontroll usa’. |
Fażi ta’ implimentazzjoni
|
— |
L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja għall-monitoraġġ tal-użu tal-fondi tal-SCF matul l-implimentazzjoni. Dan jinkludi l-iżgurar li l-investimenti u l-miżuri kollha jiġu ffinanzjati skont l-SCP u t-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi jekk jiġi identifikat finanzjament doppju. |
|
— |
Huwa essenzjali li l-Istati Membri jwettqu kontrolli u awditi regolari tal-ġestjoni, inkluż fil-livell tar-riċevituri finali, biex jidentifikaw u jikkoreġu kwalunkwe każ ta’ finanzjament doppju. Is-sejbiet u l-miżuri korrettivi għandhom jiġu rrapportati fid-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u fis-sommarji tal-awditi. |
|
— |
Mekkaniżmi ta’ Identifikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw metodoloġiji robusti għall-ġbir tad-data u għall-kontroverifika tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom. B’mod partikolari, l-użu ta’ sistema integrata tal-IT huwa mħeġġeġ biex jiġi żgurat li kwalunkwe trikkib ma’ fondi oħra tal-UE jiġi identifikat b’mod rapidu. Fil-livell tar-riċevituri finali, il-kontrolli għandhom jinkludu l-korroborazzjoni tal-awtodikjarazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ finanzjament doppju b’informazzjoni addizzjonali xierqa, pereżempju l-kontroverifika ma’ bażijiet ta’ data disponibbli jew is-sistema ta’ kontabilità tar-riċevituri finali. |
|
— |
Azzjonijiet korrettivi. Fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ finanzjament doppju, l-Istati Membri jeħtiġilhom jibdew proċeduri ta’ rkupru biex jitolbu lura fondi mingħand ir-riċevituri finali. Is-sors ta’ finanzjament li għalih id-deċiżjoni ta’ finanzjament ittieħdet l-aħħar għandu jaġġusta, filwaqt li jimxi mar-regoli għall-programm tal-UE inkwistjoni. |
Rwol tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni żżomm rwol superviżorju, filwaqt li tivvaluta d-delineazzjoni u l-adegwatezza ex ante tal-arranġamenti ta’ kontroll stabbiliti fl-SCPs u timmonitorja l-kontrolli u l-awditi tal-Istati Membri matul l-implimentazzjoni. Hija tista’ titlob informazzjoni addizzjonali u tintervjeni jekk l-Istati Membri ma jwettqux il-miżuri korrettivi neċessarji.
Il-Kummissjoni tista’ twettaq l-awditi tagħha stess u tinforza l-irkupru tal-fondi meta jiġi identifikat finanzjament doppju, biex tipproteġi l-baġit tal-UE.
e. Konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat
Kif stabbilit fil-Premessa 40 tar-Regolament SCF, il-miżuri u l-investimenti ta’ appoġġ, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, iridu jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.
Meta l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom diskrezzjoni dwar kif jintużaw il-fondi tal-UE, dawn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfati l-kriterji l-oħra kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Minħabba n-natura kumulattiva tal-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jekk wieħed mill-kriterji ma jiġix issodisfat, il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat tista’ tiġi eskluża (18)
Pereżempju, l-appoġġ għal attivitajiet, li mhumiex ta’ natura ekonomika (jiġifieri ma jintużawx biex jipprovdu prodotti jew servizzi fis-suq) ma jitqiesx bħala għajnuna mill-Istat. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, għal appoġġ lill-unitajiet domestiċi għar-rinnovazzjoni tar-residenza tagħhom stess, dment li ma jikruhiex u ma jużawhiex għal attivitajiet ekonomiċi oħra. Madankollu, meta jingħata appoġġ lis-sidien li jkunu qed jikru l-proprjetà tagħhom lil unitajiet domestiċi vulnerabbli, jeħtieġ li jitqiesu r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għal każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipprovdu appoġġ bħal dan f’konformità mar-Regolament de minimis ġenerali, li jipprevedi, fost l-oħrajn, li l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lil intrapriża waħda ma jistax jaqbeż it-EUR 300 000 fi kwalunkwe perjodu ta’ 3 snin (19).
Meta għajnuna mill-Istat tkun verifikata, l-appoġġ għall-miżuri u għall-investimenti jrid jiġi nnotifikat u approvat mill-Kummissjoni qabel ma l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu l-għajnuna, sakemm dawk il-miżuri u l-investimenti ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet applikabbli ta’ regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija, b’mod partikolari r-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (GBER, General Block Exemption Regulation) li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, jew jaqgħu taħt ir-Regolament de minimis.
Fuq din il-bażi, fl-SCPs għal kull miżura u investiment, l-Istati Membri huma mistiedna:
|
— |
jispeċifikaw jekk l-appoġġ għall-miżura jew għall-investiment ikunx se jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE10; jew |
|
— |
jispeċifikaw jekk il-miżura jew l-investiment ikunx se jiġi ffinanzjat fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna mill-Istat eżistenti li taqa’ taħt regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija, b’mod partikolari l-GBER jew skema de minimis ġenerali, jew approvat minn deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat (li tipprovdi n-numru ta’ referenza għal skema bħal din) jew; |
|
— |
jispeċifikaw jekk il-miżura jew l-investiment jirriżultax f’miżura ġdida ta’ għajnuna mill-Istat, u jipprovdu spjegazzjoni ta’ jekk jikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija jew tal-GBER (filwaqt li jindikaw liema Artikolu), jew tar-Regolament de minimis ġenerali; jew |
|
— |
jispeċifikaw jekk il-miżura jew l-investiment jeħtieġx notifika ta’ għajnuna mill-Istat u, jekk iva, jipprovdu indikazzjoni ta’ meta l-Istat Membru jippjana li jinnotifika minn qabel jew jinnotifika lill-Kummissjoni l-miżura jew l-investiment ippjanat u d-dettalji tal-istrument ta’ għajnuna mill-Istat applikabbli li jiżgura l-kompatibbiltà tiegħu mar-regoli tas-suq intern. |
Ta’ min jinnota li jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jiġu rrispettati, kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku fit-trasport fuq l-art ikun eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE (20).
Jekk l-Istat Membru ma jkunx ċert jekk il-miżura jew l-investiment jinvolvix għajnuna mill-Istat jew jekk huwiex kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, huwa għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni dwar il-kwistjoni.
L-Istati Membri huma meħtieġa jinnotifikaw il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni qabel ma jaġġudikawhom, skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
Meta Stat Membru jipprovdi għajnuna mill-Istat skont ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija jew skont ir-Regolament de minimis, huwa responsabbli biex jiżgura li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha (21).
f. Konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku
Fl-interessi ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u f’konformità man-natura bbażata fuq il-prestazzjoni tal-Fond, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-ħlasijiet, għas-sospensjoni, u għall-irkupru tal-fondi, kif ukoll għat-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-użu ta’ fondi fir-rigward ta’ miżuri appoġġati mill-Fond jikkonforma mal-liġi applikabbli tal-UE u dik nazzjonali relatata mal-applikazzjoni tiegħu, inkluż fil-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku u l-obbligi ta’ servizz pubbliku fit-trasport bit-triq (22). L-Istati Membri huma meħtieġa wkoll jistabbilixxu sistemi ta’ kontroll intern biex jipprovdu assigurazzjoni dwar din il-konformità.
Meta jistabbilixxu s-sistema ta’ kontroll, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jivvalutaw ir-riskji inerenti tal-miżuri differenti u jevalwaw jekk id-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku japplikawx permezz ta’ rabta diretta bejn l-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-objettivi intermedji u għall-miri u l-proċeduri tal-akkwist pubbliku, u l-firxa tal-kontrolli li għandhom jitwettqu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju xierqa.
L-arranġamenti mressqa biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji identifikati, u l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll robusta għandha tiġi kkorraborata permezz ta’ awditi tas-sistema mill-korpi tal-awditjar maħtura. L-assigurazzjoni tista’ tinkiseb ukoll minn ħidma tal-awditjar relatata ma’ fondi oħra, dment li s-sistema ta’ kontroll għall-akkwist pubbliku tkun identika għas-sistema użata għall-SCF.
Minħabba n-natura tal-SCF, jiġifieri li l-ħlasijiet huma marbuta mal-issodisfar tal-objettivi intermedji u tal-miri, ma hemm l-ebda rekwiżit li jiġu vverifikati l-proċeduri kollha tal-akkwist pubbliku marbuta mal-miżuri implimentati. Madankollu, meta jkun hemm rabta diretta bejn l-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-objettivi intermedji u għall-miri u l-proċeduri tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu proċeduri ċari biex jispeċifikaw, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-firxa tal-ħidma li għandha titwettaq fir-rigward tal-proċedura tal-akkwist pubbliku inkluż fir-rigward tal-fażi tal-implimentazzjoni tal-kuntratti.
L-irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku identifikati jew irrapportati lill-awtoritajiet nazzjonali jiġu ddeterminati meta jkun hemm rabta diretta bejn l-attivitajiet u l-proċeduri irregolari tal-akkwist pubbliku. Isseħħ rabta diretta ċara, pereżempju, meta tiġi identifikata irregolarità f’kuntratt ta’ akkwist pubbliku għar-rinnovazzjoni tal-bini jekk fil-pjan l-investiment relatat ikun fuq ir-rinnovazzjoni enerġetika.
Jekk jiġu identifikati irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku mill-korpi nazzjonali (jew mill-Kummissjoni), ikun hemm bżonn li jsiru korrezzjonijiet proporzjonati biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE u tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-UE u dik nazzjonali.
Jekk ma jkunx possibbli li jiġu kkwantifikati b’mod preċiż l-impatti finanzjarji minħabba n-natura tal-irregolarità fil-proċedura tal-akkwist pubbliku, jeħtieġ li tiġi applikata korrezzjoni b’rata fissa fuq bażi rilevanti. Barra minn hekk, il-korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu applikati biss jekk l-irregolarità jkollha jew jista’ jkollha impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-linji gwida għal fondi oħra tal-UE (23) huma xierqa għad-determinazzjoni ta’ korrezzjoni proporzjonata.
Meta jiddefinixxu l-bażi għal korrezzjoni finanzjarja, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu n-natura u l-gravità tal-irregolarità fuq il-miżura kkonċernata u l-objettivi intermedji u l-miri relatati. Ksur li jitqies bħala tal-ogħla gravità (eż. li jwassal għal korrezzjoni ta’ 100 % abbażi tal-linji gwida ċċitati) għandu, fil-prinċipju, iwassal għal korrezzjoni sħiħa tan-nefqa sottostanti marbuta mal-objettivi intermedji/mal-miri rilevanti. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu jistgħu juru li l-korrezzjonijiet ġew implimentati fuq il-bażi t-tajba u kienu proporzjonati għall-ksur identifikat.
IX. Sistema diġitali, ġbir u ħżin tad-data dwar ir-riċevituri finali tal-allokazzjoni finanzjarja
Bħala parti mis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom, l-Istati Membri għandhom iżommu sistema effettiva għaż-żamma tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha meħtieġa għall-finijiet tar-rendikont tal-entrati.
L-Istati Membri jeħtiġilhom iżommu rekords f’konformità mal-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju, fejn il-punt ta’ referenza jkun it-tranżazzjoni tal-ħlas rilevanti għall-miżura jew l-investiment rispettiv, magħmul mill-Kummissjoni.
a. Sistema diġitali unika għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni ta’ miżuri u ta’ investimenti
F’konformità mar-rekwiżiti regolatorji, l-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu sistema diġitali unika għar-reġistrazzjoni u għall-monitoraġġ ta’ miżuri u ta’ investimenti. Din is-sistema diġitali hija komponent ewlieni tal-ambjent nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll skont l-SCF, fl-interessi ta’ implimentazzjoni trasparenti, effiċjenti u responsabbli tal-SCPs.
Is-sistema trid tiġi żviluppata billi tiġi segwita metodoloġija internazzjonali vvalidata ta’ żvilupp diġitali u trid tiġi b’deskrizzjoni dettaljata tas-sistema elettronika inkluża dijagramma sekwenzjali (sistema tan-network ċentrali jew komuni jew sistema deċentralizzata b’rabtiet bejn is-sistemi). L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jiddeskrivu b’mod ċar il-proċeduri għall-iżgurar tas-sigurtà, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tas-sistemi elettroniċi fl-SCPs tagħhom.
Is-sistemi jistgħu jvarjaw fit-tfassil u fil-funzjonalità tagħhom iżda tipikament għandhom jinkludu l-karatteristiċi li ġejjin.
|
i. |
Reġistrazzjoni tal-miżuri u tal-investimenti: modulu għar-reġistrazzjoni u għall-katalogar tal-investimenti u tal-miżuri kollha approvati għall-implimentazzjoni u inklużi fl-SCP, b’informazzjoni dettaljata dwar kull proġett, inklużi l-objettivi, l-iskedi ta’ żmien, il-baġits, l-eżiti mistennija, ir-riċevitur finali tal-appoġġ, eċċ. |
|
ii. |
Monitoraġġ u rapportar: għodod għat-traċċar tal-progress tal-proġetti, inklużi l-istatus tal-implimentazzjoni, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa, u l-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri. Dan jippermetti traċċar f’ħin reali u l-identifikazzjoni rapida ta’ kwalunkwe dewmien jew kwistjoni. |
|
iii. |
Data dwar indikaturi: ir-reġistrazzjoni u l-ħżin kompjuterizzati ta’ data dwar parteċipanti individwali, li għandha tiġi rrapportata bħala parti mill-indikaturi komuni dwar l-unitajiet domestiċi flimkien ma’ indikaturi oħra tal-output u tar-riżultati. |
|
iv. |
Rekords kontabilistiċi jew kodiċijiet kontabilistiċi separati li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni ta’ appoġġ finanzjarju mħallsa lir-riċevituri finali, ikkwotati f’talbiet għall-ħlas lill-Kummissjoni. |
|
v. |
Analitika u viżwalizzazzjoni tad-data: il-kapaċitajiet għall-analiżi u għall-viżwalizzazzjoni tad-data dwar il-prestazzjoni tal-proġett, li jistgħu jgħinu fl-identifikazzjoni tax-xejriet, tal-mudelli u tal-oqsma għat-titjib. Dan jista’ jinforma t-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aġġustamenti tal-politika. |
|
vi. |
Trasparenza u akkontabilità: karatteristiċi li jiżguraw it-trasparenza, bħad-dashboards pubbliċi u l-portali tad-data miftuħa, fejn il-pubbliku u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jaċċessaw informazzjoni dwar kif qed jintuża l-SCF. Dan isaħħaħ l-akkontabilità u l-fiduċja fil-ġestjoni tal-fond. |
|
vii. |
Interoperabbiltà ma’ sistemi oħra nazzjonali u tal-UE: Il-kapaċità li tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma’ sistemi nazzjonali oħra (eż. l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni finanzjarja) u pjattaformi tal-UE (eż. Kohesio, Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja tal-UE, Arachne eċċ.), biex tiġi żgurata l-koerenza u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw u jadattaw is-sistemi diġitali eżistenti, bħas-sistemi applikabbli għall-RRF jew għall-programmi tal-politiki ta’ koeżjoni, sabiex ikollhom ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet kollha ffinanzjati minn dawk l-istrumenti, ikunu jistgħu jiksbu komplementarjetà akbar u jimmonitorjaw b’mod strett l-evitar ta’ finanzjament doppju għall-istess proġetti. Jekk ikun hemm bżonn li tiġi żviluppata sistema ġdida, huwa importanti ħafna li tiġi integrata mal-għodod eżistenti, sabiex, pereżempju, ikun hemm informazzjoni dettaljata dwar proġetti ffinanzjati skont l-RRF u li dawn jistgħu jiġu allinjati mal-investimenti li għandhom jiġu żviluppati taħt l-SCP.
b. Użu ta’ sistema elettronika għall-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
Sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti u sigur tad-data, il-Kummissjoni installat modulu dedikat fis-sistema tal-SFC2021 għall-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-SCPs. Din is-sistema diġà se tintuża għall-preżentazzjoni tal-SCPs u mbagħad għall-komunikazzjonijiet formali kollha bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-SCPs (emendi, ħlasijiet, rapportar, eċċ.)
F’termini ġenerali, il-mudell tal-SCP SFC2021 jinkludi:
|
(a) |
formoli interattivi jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema abbażi tad-data diġà rreġistrata fis-sistema; |
|
(b) |
kalkoli awtomatiċi, li jnaqqsu x-xogħol tat-tidħil taċ-ċifri mill-utenti; |
|
(c) |
kontrolli integrati awtomatiċi biex jiġi vverifikat li d-data trażmessa tkun internament konsistenti u tikkonforma mar-regoli applikabbli; |
|
(d) |
allerti ġġenerati mis-sistema li jwissu lill-utenti tal-SFC2021 li ċerti azzjonijiet jistgħu jew ma jistgħux jitwettqu; |
|
(e) |
it-traċċar online tal-istatus tal-informazzjoni li tkun qed tiġi pproċessata fis-sistema; |
|
(f) |
id-disponibilità ta’ data storika fir-rigward tal-informazzjoni kollha mdaħħla għal programm; |
|
(g) |
id-disponibilità ta’ firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, li tiġi rikonoxxuta bħala evidenza fi proċedimenti legali. |
Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema, jeħtieġ li tiġi stabbilita politika ta’ sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni xierqa għall-SFC 2021 fil-livell nazzjonali. Il-politika, li għandha tkopri wkoll lill-persunal li juża s-sistema, għandha tkun konformi mar-regoli rilevanti tal-UE, b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (24) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha. Għal dan l-għan, kull Stat Membru se jkollu bżonn jaħtar u jżomm lista ta’ persuni responsabbli għad-definizzjoni, għall-manutenzjoni u għall-iżgurar tal-applikazzjoni korretta tal-politika ta’ sigurtà għall-SFC2021 fil-livell nazzjonali (25). Dawn in-nies jistgħu jwettqu wkoll l-istess kompiti għal fondi oħra ġestiti skont is-sistema.
Se tkun responsabbiltà importanti tal-Istati Membri li jżommu l-lista tal-awtoritajiet identifikati biex iwettqu ċerti kompiti skont ir-Regolament SCF aġġornata, u li jivverifikaw l-informazzjoni ppreżentata minn persuna oħra li ma tkunx il-persuna li ppreżentatha. Barra minn hekk, se jkun hemm obbligu li jiġu pprovduti arranġamenti għas-separazzjoni tal-kompiti msemmija hawn fuq permezz tas-sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istat Membru konnessi awtomatikament mal-SFC2021. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali għall-individwi, u tal-kunfidenzjalità kummerċjali għall-entitajiet ġuridiċi f’konformità mad-Direttiva 2002/58/KE, ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2018/1972.
B’mod aktar speċifiku, l-awtoritajiet nazzjonali jeħtiġilhom jipproduċu dokumentazzjoni aġġornata li tistabbilixxi kif is-sistemi tal-kompjuter nazzjonali, reġjonali jew lokali l-oħra se jiġu konnessi mal-SFC2021 permezz ta’ interfaċċa teknika, pereżempju għall-iskambju tad-data. Id-dokumentazzjoni trid tkopri wkoll miżuri ta’ sigurtà għal dawk is-sistemi f’konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-SFC2021. B’mod speċifiku, trid tkopri:
|
(i) |
is-sigurtà fiżika |
|
(ii) |
il-mezz tad-data u l-kontroll tal-aċċess |
|
(iii) |
il-kontroll tal-ħżin |
|
(iv) |
il-kontroll tal-aċċess u tal-password |
|
(v) |
il-monitoraġġ |
|
(vi) |
l-interkonnessjoni mal-SFC2021 |
|
(vii) |
l-infrastruttura tal-komunikazzjoni |
|
(viii) |
il-ġestjoni tar-riżorsi umani qabel, matul u wara l-impjieg |
|
(ix) |
il-ġestjoni tal-inċidenti. |
Fid-dawl tas-similarità tal-ħtiġijiet għall-SCF u għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, lista komprensiva ta’ obbligi fir-rigward tal-użu tas-sistema komuni tal-SFC2021 tista’ tinstab fl-Anness XV tar-RDK. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jipprovdu speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-data li għandha tinġabar mill-Istati Membri.
c. Ġbir, reġistrazzjoni u ħżin tad-data dwar ir-riċevituri finali
Skont l-Artikolu 21(2)(d) tar-Regolament SCF, l-awtoritajiet nazzjonali huma meħtieġa jiġbru, jirreġistraw u jaħżnu f’sistema elettronika u jiżguraw l-aċċess għal kategoriji standardizzati ta’ data għar-riċevituri finali kif ukoll xi elementi ewlenin oħra fl-implimentazzjoni tal-SCP. Biex jiġi żgurat li d-data maħżuna hija aċċessibbli, it-trasferimenti tad-data għandhom jitwettqu permezz ta’ interfaċċa interattiva tal-utent (jiġifieri applikazzjoni tal-web) jew permezz ta’ interfaċċa teknika bl-użu ta’ protokolli definiti minn qabel (jiġifieri servizzi tal-web) li tippermetti s-sinkronizzazzjoni u t-trażmissjoni awtomatiċi tad-data bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Istati Membri u l-SFC2021 tal-Kummissjoni.
Id-data li ġejja jeħtieġ li tinġabar bħala rekwiżit minimu:
|
— |
l-isem tar-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji (li għandhom jinftiehmu bħala l-individwu jew l-entità li tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-awtorità li tagħti l-appoġġ tal-SCF u li tirċievi direttament l-allokazzjoni finanzjarja) (26), in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom u l-ammont tal-allokazzjonijiet finanzjarji mill-Fond; |
|
— |
l-isem tal-kuntrattur(i) u tas-sottokuntrattur(i) u n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom u l-valur tal-kuntratt(i) meta r-riċevitur finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji jkun awtorità kontraenti f’konformità mal-liġi tal-UE jew dik nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku; |
|
— |
l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet), id-data/i tat-twelid u n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, tas-sid(ien) benefiċjarju/i tar-riċevitur tal-allokazzjonijiet finanzjarji jew tal-kuntrattur, kif definit fl-Artikolu 3(6), tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27); |
|
— |
lista ta’ kwalunkwe miżura u investiment implimentat taħt il-Fond bl-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku ta’ dawk il-miżuri u l-investimenti u li tindika l-ammont ta’ fondi mħallsa taħt fondi oħra ffinanzjati mill-baġit tal-UE. |
X. Assigurazzjoni, awditjar u kontroll
Sabiex tikseb assigurazzjoni għall-objettivi intermedji u għall-miri u għall-pagamenti relatati, il-Kummissjoni twettaq l-attivitajiet tal-awditjar li ġejjin.
|
Awditi dwar l-ilħuq tal-objettivi intermedji u tal-miri (skont il-mudell tal-RRF) |
Kull sena, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, wara li jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għall-ħlas (flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni) u s-sommarju annwali tal-awditi. L-awditu jivvaluta l-livell ta’ tlestija, l-ilħuq tal-objettiv intermedju u/jew tal-mira, u l-issodisfar ta’ miżura. Il-bażi għall-valutazzjoni tal-SCP għandha tiġi awditjata għal kull SCP. Fir-rigward tal-RRF, il-pjan annwali tal-awditjar għandu jistabbilixxi mira ta’ mill-inqas żjara annwali fil-livell tal-Istati Membri. |
Barra minn hekk, sabiex tipproteġi l-interess finanzjarju tal-UE, il-Kummissjoni twettaq l-attivitajiet ta’ awditjar li ġejjin.
|
Awditi tas-sistemi: awditi dwar il-konformità u tematiċi (inkluż dwar oqsma bħall-finanzjament doppju, l-awditjar mill-Istat, l-akkwist pubbliku, il-kunflitt ta’ interess, il-korruzzjoni, il-frodi). Dawn huma awditi fuq is-sistemi stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri (korpi li jimplimentaw l-SCP, osservazzjoni tar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti, rekwiżit orizzontali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni fir-rigward tal-benefiċjarji). |
Kull sena, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Dan it-tip ta’ awditjar huwa meħtieġ skont l-Artikolu 21 tar-Regolament SCF dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u Artikoli oħra li jirreferu għalih indirettament (eż. l-Artikolu 17). L-esperjenza tal-RRF uriet li dawn l-awditi jeħtieġ li jsiru kmieni inkella jkun hemm riskju li tirriżulta diskrepanza fl-assigurazzjoni, li tkun diffiċli ħafna li titneħħa wara. Speċifikament għall-każijiet remoti li fihom l-awtoritajiet tal-awditjar ma kinux involuti qabel fl-implimentazzjoni tal-RRF jew tal-politika ta’ koeżjoni, se jkun hemm awditu tas-sistema biex tiġi vvalutata t-tħejjija tagħhom għall-ipproċessar tal-SCP. |
a. Valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
L-Istati Membri huma meħtieġa mir-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament SCF li jwettqu awditi adegwati u indipendenti tas-sistemi u tal-operazzjonijiet.
L-awditi tas-sistema għandhom jinkludu l-ittestjar tal-kontroll imwettaq għall-operazzjonijiet u għat-tranżazzjonijiet fil-livell xieraq. Il-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tad-daqs tal-kampjun għat-testijiet tal-kontrolli użati fl-awditi tas-sistemi u tal-operazzjonijiet hija mistennija li tkun konformi mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.
Dawn it-testijiet, flimkien ma’ elementi kwalitattivi u ma’ proċeduri ta’ awditjar oħra, jiffurmaw il-bażi tal-valutazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ikkonċernata.
L-awtorità tal-awditjar se jkollha l-ewwel tfassal il-konklużjonijiet tagħha għal kull kriterju ta’ valutazzjoni, imbagħad għal kull rekwiżit ewlieni, imbagħad għal kull awtorità. Dan l-approċċ pass pass se jippermettilhom ifasslu konklużjoni ġenerali dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Il-konklużjonijiet ġenerali se jużaw il-kategoriji ġeneralment applikabbli li ġejjin.
|
— |
Kategorija 1 — Taħdem sew. Le jew hemm bżonn biss ta’ xi titjib żgħir. Ma hemm l-ebda nuqqas jew instabu biss nuqqasijiet żgħar. Dawn in-nuqqasijiet ma għandhom l-ebda impatt, jew għandhom impatt żgħir fuq il-funzjonament effettiv tar-rekwiżiti ewlenin / tal-awtoritajiet / tas-sistema vvalutata. |
|
— |
Kategorija 2 — Taħdem. Huwa meħtieġ xi titjib. Hemm nuqqas wieħed jew aktar (mhux serju/i). Dawn in-nuqqasijiet għandhom impatt moderat fuq il-funzjonament effettiv tar-rekwiżiti ewlenin / tal-awtoritajiet / tas-sistema vvalutata. Ġew ifformulati rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni mill-korp awditjat. |
|
— |
Kategorija 3 — Taħdem parzjalment. Hemm bżonn ta’ titjib sostanzjali. Hemm nuqqas serju wieħed jew aktar li jesponu l-fondi għar-riskju ta’ irregolaritajiet. L-impatt fuq il-funzjonament effettiv tar-rekwiżiti ewlenin / tal-awtoritajiet / tas-sistema vvalutata huwa sinifikanti. Ġew ifformulati rakkomandazzjonijiet għat-titjib sostanzjali tas-sistema għall-implimentazzjoni mill-korp awditjat. |
|
— |
Kategorija 4 — Ma taħdimx. Hemm numru kbir ta’ nuqqasijiet serji u/jew b’impatt mifrux li jesponu l-fondi għar-riskju ta’ irregolaritajiet. L-impatt fuq il-funzjonament effettiv tar-rekwiżiti ewlenin / tal-awtoritajiet / tas-sistema vvalutata huwa sinifikanti; ir-rekwiżiti ewlenin / l-awtoritajiet / is-sistema vvalutata tiffunzjona ħażin jew ma tiffunzjonax. Ġew ifformulati rakkomandazzjonijiet għat-titjib jew għar-riforma radikali tas-sistema mill-korp awditjat. |
L-awdituri għandhom jużaw il-ġudizzju professjonali tagħhom biex jaslu għall-konklużjoni xierqa għal kull awtorità, filwaqt li jqisu kwalunkwe evidenza oħra tal-awditjar disponibbli, inklużi, fejn xieraq, ir-riżultati rilevanti tal-awditi mwettqa skont il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jew l-RRF.
L-awtorità tal-awditjar jeħtiġilha tiġbor u tirreġistra evidenza tal-awditjar xierqa, inklużi d-dokumenti ta’ ħidma kollha, il-listi ta’ kontroll li jirriżultaw, ir-rapporti preliminari kif ukoll id-dokumentazzjoni minn kwalunkwe proċedura kontradittorja mal-awtoritajiet.
Ir-riżultati dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għandhom jintużaw biex tiġi ddeterminata l-firxa tal-ittestjar tal-awditi tal-operazzjonijiet biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli lill-Kummissjoni li nkisbu l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fit-talbiet għall-ħlas.
Wara li tlesti l-awditi tas-sistemi u tal-operazzjonijiet, l-awtorità tal-awditjar għandha żżomm tabella ta’ valutazzjoni aġġornata tal-livell ta’ assigurazzjoni mill-awtorità.
L-awtorità tal-awditjar għandha tabbozza regolarment rapport tal-awditjar li jiġbor fil-qosor l-awditi mwettqa f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment u tibagħtu lill-awtorità responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni. Ir-rapport għandu jkopri l-ambitu tal-awditi f’termini tal-ammont ta’ nfiq u l-perjodu ta’ żmien kopert, analiżi tad-dgħufijiet identifikati, u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Ir-rapport tal-awditjar għandu jinkludi wkoll konklużjoni tal-awditjar, li tiddikjara jekk, permezz tal-ħidma tagħha, l-awtorità tal-awditjar tkunx kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fit-talba għall-ħlas ikunu nkisbu. Dan ir-rapport tal-awditjar għandu jakkumpanja t-talba għall-ħlas lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 21(2)(c) tar-Regolament dwar l-SFC (ara t-taqsima dwar it-tħejjija tat-talba għall-ħlas għal aktar informazzjoni).
XI. Tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju u fl-irkupri
Skont il-ftehim bilaterali konkluż mal-Istat Membru u l-Artikolu 21(4) tar-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas proporzjonalment l-appoġġ taħt il-Fond u tirkupra kwalunkwe ammont dovut għall-baġit tal-UE, f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew kunflitt ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE li ma ġewx ikkoreġuti u/jew irkuprati mill-Istat Membru, jew fil-każ ta’ ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehimiet bilaterali msemmija fl-Artikolu 19(1).
Meta tiddeċiedi dwar l-ammont tal-irkupru jew tat-tnaqqis, il-Kummissjoni tuża, bħala referenza, il-valuri tal-iżborż għall-objettivi intermedji u għall-miri fil-miżura jew fl-investiment speċifiku affettwat jew, għal aktar minn miżura u/jew investiment wieħed affettwat, pro rata tal-valuri tal-iżborż għall-objettivi intermedji u għall-miri rilevanti. Dan għandu jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u jqis is-serjetà tal-frodi, tal-korruzzjoni jew tal-kunflitt ta’ interess li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE, jew ta’ ksur ta’ obbligu.
Madankollu, f’każijiet li jinvolvu frodi, il-korrezzjoni finanzjarja sħiħa tal-ammonti għandha tapplika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-baġit tal-UE, irrispettivament minn kwalunkwe kunsiderazzjoni proporzjonali.
Għat-tnaqqis fl-appoġġ, se jitqiesu l-elementi li ġejjin:
|
— |
il-gravità tan-nuqqasijiet serji fil-kuntest tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll inġenerali; |
|
— |
il-frekwenza u l-firxa ta’ nuqqasijiet serji; |
|
— |
il-grad ta’ preġudizzju finanzjarju għall-baġit tal-UE. |
Każ jista’ jinvolvi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: frodi, erruri sostanzjali, irregolaritajiet, nuqqas ta’ rispett tal-obbligi legali matul il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, in-nuqqas ta’ rispett tal-obbligi legali matul l-implimentazzjoni tal-aġġudikazzjoni, l-implimentazzjoni mhux xierqa tal-azzjoni, ir-rapportar ħażin tad-data, eċċ.
Meta jkunu se jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati, ir-riżultati tal-eżami tal-kampjun rappreżentattiv jiġu estrapolati lejn il-bqija tal-popolazzjoni tal-miri u tal-objettivi intermedji li minnha ttieħed il-kampjun sabiex tiġi ddeterminata l-korrezzjoni finanzjarja.
Meta jridu jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevedibbiltà fl-applikazzjoni tagħhom, il-livell tagħhom jiġi ddeterminat kif ġej:
|
(a) |
jekk in-nuqqasijiet serji jkunu daqstant fundamentali, frekwenti jew mifruxa, li jirrappreżentaw falliment totali tas-sistema li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tal-allokazzjoni kollha kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 100 %; |
|
(b) |
jekk in-nuqqasijiet serji jkunu daqstant frekwenti u mifruxa li jirrappreżentaw falliment serju ħafna tas-sistema li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità ta’ proporzjon għoli ħafna tal-allokazzjoni kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 50 %; |
|
(c) |
jekk in-nuqqasijiet serji jkunu daqstant frekwenti u mifruxa li jirrappreżentaw falliment serju tas-sistema li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità ta’ proporzjon għoli ħafna tal-allokazzjoni kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 25 %; |
|
(d) |
jekk in-nuqqasijiet serji jkunu minħabba li s-sistema ma tkunx qed tiffunzjona għalkollox, jew tkun qed tiffunzjona tant ħażin jew b’mod tant infrekwenti li tpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità ta’ proporzjon għoli tal-allokazzjoni kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 10 %; |
|
(e) |
jekk in-nuqqasijiet serji jkunu minħabba li s-sistema ma tkunx qed tiffunzjona b’mod konsistenti b’tali mod li tpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità ta’ proporzjon sinifikanti tal-allokazzjoni kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 5 %. |
Jekk, minħabba nuqqas mill-awtoritajiet responsabbli li jieħdu miżuri korrettivi wara l-applikazzjoni ta’ tnaqqis f’kampanja waħda tal-awditjar, l-istess nuqqasijiet serji jiġu identifikati fil-ħidmiet sussegwenti tal-awditjar, ir-rata ta’ korrezzjoni tista’, minħabba l-persistenza tan-nuqqasijiet serji, tiżdied għal livell li ma jaqbiżx dak tal-kategorija ogħla li jmiss.
Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma jsir it-tnaqqis. Kwalunkwe osservazzjoni tiġi analizzata fid-dettall qabel deċiżjoni finali dwar it-tnaqqis tal-għotjiet.
Meta l-livell tar-rata fissa jkun sproporzjonat wara kunsiderazzjoni tal-elementi elenkati hawn fuq u l-osservazzjonijiet ipprovduti mill-Istat Membru, ir-rata ta’ korrezzjoni tista’ titnaqqas.
XII. Evalwazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima u valutazzjoni tal-adegwatezza tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima
a. Evalwazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima
Il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq żewġ evalwazzjonijiet tal-Fond Soċjali għall-Klima (SCF). L-Artikolu 27 tar-Regolament SCF jistipula li l-Kummissjoni l-ewwel twettaq evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-SCF sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-SCPs (28) u evalwazzjoni ex post sa tmiem l-2033. Ir-rapporti ta’ progress biennali (kull sentejn) prodotti minn kull Stat Membru (ara t-Taqsima IV.c ta’ din il-gwida) se jkunu sorsi importanti ta’ informazzjoni għall-evalwazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni.
L-ewwel evalwazzjoni li għandha titwettaq mill-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli. L-iskadenza regolatorja bikrija għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu (jiġifieri sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-SCPs) tagħmilha probabbli ħafna li l-implimentazzjoni tal-miżuri tkun biss fi stadji inizjali jew intermedji. F’dak il-kuntest, l-ewwel rapporti ta’ progress mill-Istati Membri li għandhom isiru sal-15 ta’ Marzu 2027 se jkunu sors ewlieni ta’ informazzjoni għall-kejl tal-progress u għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-miżuri u l-investimenti inizjali, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi tal-Fond.
Il-Kummissjoni tikkunsidra li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti minn ħafna qabel biex tiġbor data komplementari rigward l-implimentazzjoni tal-Fond. Se titqies ukoll kwalunkwe analiżi robusta oħra mwettqa fil-livell nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Fond u dwar l-ewwel riżultati miksuba. Dawn tal-aħħar għandhom ikunu disponibbli sa mhux aktar tard minn nofs l-2027, biex jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni, u jekk ikun xieraq, biex jipprovdi evidenza għal kwalunkwe proposta għal emendi tar-Regolament SCF.
Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni ex post sal-aħħar tal-2033 li se tipprovdi valutazzjoni globali tal-SCF, inkluża informazzjoni dwar l-impatt tiegħu (29).
Barra minn hekk, biex jiġi evalwat l-impatt aktar fit-tul tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fl-SCPs, l-Istati Membri huma mħeġġa jwettqu l-evalwazzjonijiet tagħhom stess tal-impatt tal-miżuri u tal-investimenti nazzjonali tagħhom iffinanzjati mill-SCF, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi komuni elenkati fl-Anness IV tar-Regolament SCF, mill-inqas darba matul il-ħajja tal-Fond, u preferibbilment qabel tmiem l-2032, li jippermettu lill-Kummissjoni tqis dawn ir-riżultati fl-evalwazzjoni ex post tagħha tal-Fond.
Filwaqt li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu responsabbli għat-twettiq u għall-koordinazzjoni ta’ tali evalwazzjonijiet, kwalunkwe kwistjoni u skambju ta’ prattiki tajbin jiġu diskussi fil-forum regolari stabbilit mill-Kummissjoni biex jiġu diskussi l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-SCF. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tesplora modi kif tipprovdi appoġġ metodoloġiku u tekniku u tistabbilixxi riżorsi (pereżempju, dwar evalwazzjonijiet tal-impatt kontrofattwali).
b. Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima
Kif meħtieġ mill-Artikolu 18(5) tar-Regolament SCF, sal-15 ta’ Marzu 2029, l-Istati Membri jeħtiġilhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport li għandu jivvaluta l-adegwatezza ta’ kull SCP fid-dawl tal-effetti diretti reali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ETS fl-Istat Membru rispettiv. Dan ir-rapportar għandu jitħejja flimkien u bħala parti mir-rapport biennali li għandu jsir sal-15 ta’ Marzu 2029 skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament SCF.
c. Sostenibbiltà tal-investimenti
Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu s-salvagwardji meħtieġa biex jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-investimenti, pereżempju, fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ infrastruttura għal akkomodazzjoni soċjali ġdida jew affordabbli effiċjenti fl-użu tal-enerġija jew adattament tal-bini għal akkomodazzjoni soċjali jew affordabbli effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
XIII. Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità
a. Viżibilità u informazzjoni għar-riċevituri finali
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lir-riċevituri finali tal-Fond dwar l-oriġini tal-appoġġ, inkluż meta jibbenefikaw minn dak l-appoġġ permezz ta’ intermedjarji. Din l-informazzjoni għar-riċevituri għandha tinkludi l-emblema tal-UE u dikjarazzjoni xierqa li tistipula “ iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea – il-Fond Soċjali għall-Klima ” fuq dokumenti u materjal ta’ komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-miżura u l-investiment maħsuba għar-riċevituri f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-użu tal-emblema tal-UE kif definit fl-Anness III ta’ din il-gwida.
L-awtorità ta’ koordinazzjoni jew l-awtorità ta’ implimentazzjoni responsabbli maħtura għandha, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-deċiżjoni li tapprova l-SCP (30), tattiva sit web nazzjonali dwar l-SCP. Dan irid jiġi aġġornat regolarment b’informazzjoni dwar il-miżuri u l-investimenti, koperti mill-SCP, l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli u l-kisbiet tiegħu. Dan is-sit web irid jinkludi l-SCPs (verżjoni approvata inizjalment u verżjonijiet emendati sussegwenti), id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan, id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar emendi tal-pjan, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iżborż, il-ftehimiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru li jikkostitwixxu impenji legali individwali, u kwalunkwe notifika ta’ emendi żgħar tal-pjan.
L-awtorità ta’ koordinazzjoni għandha żżomm dan is-sit web dedikat aġġornat bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti ġdida. Għandha tużah ukoll biex tippubblika r-rapporti biennali tal-Istat Membru meħtieġa skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament SCF, u kwalunkwe analiżi jew evalwazzjoni mwettqa fil-livell nazzjonali dwar il-funzjonament tal-Fond u dwar ir-riżultati miksuba.
Sabiex iżommu kuntatt dirett mar-riċevituri finali potenzjali u mal-gruppi fil-mira, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw sistema awtomatika ta’ notifika u ta’ abbonament u preżenza tal-media soċjali relatata. Dawn il-preżenza u l-involviment tal-media soċjali għandhom jippermettu lir-riċevituri finali potenzjali japplikaw u jirċievu aġġornamenti f’waqthom.
L-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-UE b’materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità, inklużi dawk immirati lejn ir-riċevituri finali, fuq talba. L-UE jeħtiġilha tingħata liċenzja mingħajr ħlas ta’ royalties, mhux esklużiva u irrevokabbli biex tuża tali materjali u kwalunkwe dritt preeżistenti mehmuż magħhom fuq talba. Dan ma għandux jirrikjedi kostijiet addizzjonali sinifikanti jew piż amministrattiv sinifikanti għar-riċevituri jew għall-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni.
Ir-riċevituri finali tal-appoġġ huma meħtieġa li jiżguraw li l-finanzjament tal-UE jkun viżibbli, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku.
Dan l-obbligu ma japplikax meta l-appoġġ jingħata lil persuni fiżiċi jew meta jkun hemm riskju li informazzjoni kummerċjalment sensittiva ssir pubblika (Artikolu 23(2) tar-Regolament SCF).
Ir-riċevituri u l-korpi li jimplimentaw miżuri u investimenti se jirrikonoxxu l-appoġġ mill-Fond, billi:
|
(a) |
jipprovdu fuq is-sit web uffiċjali u l-kontijiet tal-media soċjali tal-benefiċjarju, deskrizzjoni qasira tal-miżuri u l-investimenti, proporzjonata għal-livell ta’ appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħhom, filwaqt li jenfasizzaw l-appoġġ finanzjarju mill-UE; |
|
(b) |
jipprovdu dikjarazzjoni li tenfasizza l-appoġġ mill-UE b’mod viżibbli fuq dokumenti u fuq materjali għall-komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-investimenti, maħsuba għall-pubbliku jew għall-parteċipanti. |
b. Pubblikazzjoni ta’ data dwar ir-riċevituri finali u miżuri u investimenti implimentati taħt il-Fond Soċjali għall-Klima
F’konformità mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament SCF, l-awtorità ta’ koordinazzjoni jew l-awtorità maħtura fdata bl-implimentazzjoni għandha tippubblika d-data ta’ referenza meħtieġa fuq sit web uniku ta’ Stat Membru (imsemmija fit-Taqsima XIII.A ta’ din il-gwida dwar viżibilità u informazzjoni għar-riċevituri finali) f’formati miftuħa li jinqraw mill-magni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). Dan jippermetti li d-data tiġi sseparata, titfittex, tiġi estratta, titqabbel u tintuża mill-ġdid. Il-Kummissjoni tipprovdi struzzjonijiet metodoloġiċi dwar il-format u l-istruttura biex id-data ssir kompatibbli u riutilizzabbli bejn il-pjattaformi ta’ komunikazzjoni, inklużi s-siti web tal-Kummissjoni u faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b’mod aggregat.
L-awtorità ta’ koordinazzjoni jew l-awtorità maħtura fdata bl-implimentazzjoni tal-pjan għandha tippubblika l-lista ta’ miżuri u ta’ investimenti fl-SCP fuq is-sit web u żżomm il-lista aġġornata permezz ta’ reviżjoni regolari. Il-lista trid tinkludi l-miżuri u l-investimenti kollha implimentati taħt il-Fond, filwaqt li tistabbilixxi l-ammont totali ta’ finanzjament riċevut mill-SCF, l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku għal dawk il-miżuri u l-investimenti (li jinkludi l-kontribuzzjoni nazzjonali għall-SCP) u l-ammont ta’ fondi mħallsa taħt fondi oħra ffinanzjati mill-baġit tal-UE.
L-informazzjoni dwar ir-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji (kif imsemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament SCF) trid tiġi inkluża, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament SCF, fil-lista ppubblikata mill-Istat Membru mill-aktar fis possibbli wara li tiġi żborżata l-kontribuzzjoni għar-riċevitur finali. Jekk għal xi riċevituri finali l-allokazzjoni finanzjarja mill-Fond ma tiġix żborżata, minħabba tħassib dwar l-implimentazzjoni, irregolaritajiet, awditjar jew kwistjonijiet finanzjarji, dawk ir-riċevituri finali jeħtiġilhom jitneħħew mil-lista u ma jkunux inklużi fil-kalkolu tal-miri li għandhom jiġu rrapportati jew jintużaw għal finijiet ta’ viżibilità u ta’ komunikazzjoni.
Il-lista għandu jkun fiha d-data li ġejja:
|
(a) |
l-isem tar-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji, in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom u l-ammont tal-allokazzjonijiet finanzjarji mill-Fond riċevuti għal kull investiment jew miżura; |
|
(b) |
l-isem tal-kuntrattur(i) u tas-sottokuntrattur(i) u n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom u l-valur tal-kuntratt(i) meta r-riċevitur finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji jkun awtorità kontraenti f’konformità mal-liġi tal-UE jew dik nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku; |
|
(c) |
indikatur tal-post jew ġeolokalizzazzjoni tal-belt, tar-reġjun u tal-pajjiż fejn tiġi implimentata l-operazzjoni. |
L-informazzjoni msemmija fil-lista ta’ hawn fuq ma għandhiex tiġi ppubblikata meta tikkonċerna l-eċċezzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
— |
appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lil unitajiet domestiċi vulnerabbli; |
|
— |
is-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari: (i) appoġġ finanzjarju pprovdut permezz ta’ strumenti finanzjarji għal ammont inqas minn EUR 500 000; (ii) meta d-divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni jew tal-entitajiet ikkonċernati kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri; (iii) meta tikkonċerna r-remunerazzjoni ta’ esperti esterni magħżula abbażi tal-kapaċità professjonali tagħhom, filwaqt li tirrispetta l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trattament ugwali u ta’ nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess; (iv) kuntratti ta’ valur baxx ħafna taħt l-ammont imsemmi fil-punt 14.4 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju. |
c. Strateġija ta’ komunikazzjoni dwar il-Pjan Soċjali għall-Klima
Wara l-approvazzjoni tal-SCP nazzjonali, l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni jew il-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandhom ifasslu strateġija nazzjonali ta’ komunikazzjoni, li deskrizzjoni tagħha għandha tiġi inkluża fl-SCP. Id-deskrizzjoni ġenerali tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja: l-objettivi, il-messaġġi ewlenin, l-udjenzi fil-mira, l-attivitajiet/il-mezzi ta’ komunikazzjoni, il-baġit ippjanat, il-proġetti ewlenin magħżula, l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni mal-Kummissjoni, u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. L-implimentazzjoni tagħha għandha tibda mill-aktar fis possibbli wara d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-SCP biex tkun żgurata s-sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-finanzjament tal-UE fuq il-ħajja ta’ kuljum tan-nies. L-awtorità ta’ implimentazzjoni hija mħeġġa tikkonforma mal-istess rekwiżiti minimi ta’ komunikazzjoni li huma applikabbli skont il-baġit tal-UE għall-2021-2027 (32).
Peress li l-SCF huwa strument ġdid li huwa relatat mill-qrib mal-introduzzjoni tal-ETS2, l-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha toħloq sensibilizzazzjoni u tiżgura r-rikonoxximent tal-kontribut tal-SCF għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn in-newtralità klimatika billi tindirizza l-impatti soċjali tal-ETS2, fil-livell tal-proġetti u tal-Istati Membri. L-istrateġija nazzjonali ta’ komunikazzjoni għandha tispeċifika kif għandhom jiġu implimentati azzjonijiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-Kummissjoni u mar-Rappreżentanza tagħha fil-pajjiż u fir-reġjun rispettivi kif ukoll azzjonijiet ta’ komunikazzjoni lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lir-rappreżentanti tas-sħab ekonomiċi u soċjali, lill-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u magħhom.
Peress li l-SCPs se jkunu strument pluriennali, l-istrateġija nazzjonali ta’ komunikazzjoni għandha tinkludi pjan ta’ komunikazzjoni b’sett ta’ attivitajiet annwali wara l-adozzjoni tal-SCP, li jista’ jservi bħala indikazzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni futuri fis-snin ta’ wara.
L-Istati Membri jistgħu jippromwovu wkoll “pjattaformi ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati” usa’ biex irawmu l-inklużività u t-trasparenza. Dawn il-pjattaformi jappoġġaw il-ġbir flimkien ta’ perspettivi diversi u jiżguraw li l-ħtiġijiet ta’ gruppi kkonċernati differenti jiġu kkunsidrati kif xieraq. Dawn imorru lil hinn mill-konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati rappreżentati fil-livell nazzjonali.
Fl-aħħar nett, l-istrateġija tista’ tenfasizza l-għażla ta’ interventi speċifiċi u ta’ prattiki tajbin li jkunu rilevanti għall-awtorità ta’ implimentazzjoni, li jkollha l-intenzjoni li tippromwovi u tikkomunika b’mod aktar attiv, u li fuqhom tkun ippjanata komunikazzjoni koordinata mal-Kummissjoni.
Sabiex jiġu żgurati d-disseminazzjoni u l-akkontabilità adegwati għall-ħidma ta’ komunikazzjoni mwettqa, l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni huma mħeġġa jinfurmaw il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni (ara t-Taqsima III.a dwar l-implimentazzjoni) mill-inqas darba fis-sena dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni, kif ukoll dwar l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ewlenin ippjanati li għandhom jitwettqu fis-sena ta’ wara.
Sabiex ikun jista’ jsir l-iskambju tal-aħjar prattiki u jiġu kkoordinati l-attivitajiet konġunti fir-rigward tal-SCF, l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni huma meħtieġa jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ kuntatt għall-koordinatur nazzjonali tal-komunikazzjoni li se jservi bħala l-punti ta’ kuntatt għall-Kummissjoni u għal Stati Membri oħra. L-awtoritajiet għandhom jipprovduhom mill-aktar fis possibbli wara l-approvazzjoni tal-SCP.
d. Attivitajiet ta’ komunikazzjoni orizzontali fil-livell Ewropew
Il-Kummissjoni se timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Fond u mar-riżultati miksuba. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu, meta xieraq u bil-qbil tal-awtoritajiet nazzjonali, attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni fl-Istati Membri kkonċernati (l-Artikolu 23(3) tar-Regolament SCF).
Sabiex jiġi żgurat approċċ koordinat bejn l-isforzi ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tistabbilixxi:
|
— |
is-sit web għall-Fond Soċjali għall-Klima. Dan jinkludi, pereżempju, informazzjoni ġenerali dwar il-Fond, ir-referenza għall-SCP adottat minn kull Stat Membru u d-dettalji tiegħu (inkluż il-pjan innifsu ladarba jiġi approvat mill-Kummissjoni), lista tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-SCPs u sottotaqsima ddedikata għal prattiki tajbin dwar il-miżuri u l-investimenti. Il-Kummissjoni se tirrieżamina regolarment din il-paġna web dedikata bl-informazzjoni pubblika rilevanti kollha; |
|
— |
network ta’ koordinaturi nazzjonali tal-komunikazzjoni biex jikkondividu l-aħjar prattiki u jorganizzaw attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti. Il-Kummissjoni torganizza laqgħat man-network u tistabbilixxi ambjent diġitali għall-iskambju tal-informazzjoni. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(3) C(2025) 881 final.
(4) C(2025) 880 final.
(5) C(2025) 880 final Annessi 1 sa 2.
(6) L-Artikolu 3, it-tieni subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2023/959.
(7) Brussell, it-18 ta’ April 2023, (OR. en, pl) 7984/23 ADD 1, fajl interistituzzjonali: 2021/0206(COD).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(9) Ara l-Kategoriji 3 u 4 fit-taqsima dwar il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll hawn taħt.
(10) L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament SCF jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni fl-SCP tagħhom rigward in-numru stmat ta’ unitajiet domestiċi, ta’ mikrointrapriżi u ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli. L-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament SCF – informazzjoni dwar l-istima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet li tirriżulta mill-EU ETS2 fuq l-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari fuq l-inċidenza tal-faqar enerġetiku u tal-faqar tat-trasport, u fuq il-mikrointrapriżi. L-Artikolu 8(2) tar-Regolament SCF – informazzjoni dwar is-sehem ta’ appoġġ temporanju għall-introjtu dirett fil-kostijiet totali stmati tal-pjan.
(11) Aktar gwida dwar it-tfassil tal-objettivi intermedji u tal-miri hija disponibbli fil-Gwida dwar il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima C(2025) 881 final.
(12) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(13) Pereżempju, “faqar enerġetiku” skont l-Artikolu 2(52) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika ((UE) 2023/1791); “unità domestika” skont l-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) 2019/1700 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi; u “mikrointrapriża”, li tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbżux iż-EUR 2 miljun, ikkalkolati f’konformità mal-Artikoli minn 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern.
(14) Ara l-Artikolu 6(f).
(15) Ara l-indikaturi komuni mill-Anness IV elenkati taħt in-numri 1, 2, 3, 11, 13, 18, 19, 20, 29, 30, 32, 33, 34, 36 u 37.
(16) F’konformità mal-Artikolu 16(3)(b) tar-Regolament SCF.
(17) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024).
(18) Gwida ulterjuri dwar liema miżuri jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, b’eżempji, hija disponibbli fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2016/C 262/01), li jirrifletti l-esperjenza tal-każijiet miksuba sal-2016. Barra minn hekk, il-mudelli ta’ gwida tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza dwar l-għajnuna mill-Istat jipprovdu eżempji dwar id-differenzjazzjoni ta’ każijiet ta’ għajnuna u l-ebda għajnuna u jipprovdu informazzjoni dwar il-proċeduri u l-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat potenzjalment applikabbli, b’mod partikolari:
|
— |
|
— |
|
— |
Guiding template: Premiums for the acquisition of zero- and low-emission road vehicles. |
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 2023/2831, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2831/oj).
(20) Gwida ulterjuri hija disponbbli fl-avviż tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida interpretattivi li jikkonċernaw ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (ĠU C 222, 26.6.2023, p. 1).
(21) Gwida ulterjuri dwar liema miżuri jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, b’eżempji, hija disponibbli fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2016/C 262/01), li jirrifletti l-esperjenza tal-każijiet miksuba sal-2016. Barra minn hekk, il-mudelli ta’ gwida tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza dwar l-għajnuna mill-Istat jipprovdu eżempji dwar id-differenzjazzjoni ta’ każijiet ta’ għajnuna u l-ebda għajnuna u jipprovdu informazzjoni dwar il-proċeduri u l-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat potenzjalment applikabbli, b’mod partikolari:
|
— |
|
— |
|
— |
Guiding template: Premiums for the acquisition of zero- and low-emission road vehicles |
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ sejħiet għall-offerti obbligatorji għal kuntratti pubbliċi ta’ servizz fit-trasport bit-triq. Ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti, meta jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku jew jikkonkludu kuntratti għal obbligi ta’ servizz pubbliku, jikkumpensaw lill-operaturi ta’ servizz pubbliku għall-kostijiet imġarrba u/jew jagħtu drittijiet esklużivi bħala kumpens għall-operat ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku.
(23) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Mejju 2019 li tistabbilixxi l-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru għan-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.
(24) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
(25) Lista dettaljata tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-persuna ta’ kuntatt nazzjonali hija stabbilita fl-Anness XV tar-Regolament dwar ir-RDK.
(26) Pereżempju, l-unitajiet domestiċi li jirċievu vawċers għat-trasport pubbliku jitqiesu bħala r-riċevitur finali. Fl-istess ħin, entità pubblika li tirċievi appoġġ għax-xiri ta’ vetturi titqies bħala r-riċevitur finali.
(27) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE.
(28) Ara l-Artikolu 27 tar-Regolament SCF.
(29) Ara l-Artikolu 27(3) tar-Regolament tal-UE 2023/955: “Sal-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni ex post indipendenti. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-Fond u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu”.
(30) L-iskadenza ta’ 6 xhur hija konformi mar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet maniġerjali taħt il-fondi ta’ koeżjoni tal-UE kif stipulat fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament dwar Dispożizzjoni Komuni.
(31) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(32) https://commission.europa.eu/funding-tenders/managing-your-project/communicating-and-raising-eu-visibility_en?prefLang=mt.
ANNESS 1
Lista ta’ indikaturi komuni rilevanti għal kull miżura u investiment eliġibbli (kif speċifikat fl-Artikolu 8 tal-SCF)
L-Anness IV tar-Regolament SCF jistabbilixxi indikaturi komuni u jipprevedi li, meta SCP ta’ Stat Membru ma jkunx fih miżura jew investiment li jikkontribwixxi għal xi wħud mill-indikaturi, l-Istati Membri jistgħu jindikaw dawk l-indikaturi komuni bħala mhux applikabbli. F’dan ir-rigward, it-tabella ta’ hawn taħt tidentifika liema indikaturi komuni elenkati fl-Anness IV jitqiesu bħala rilevanti għal kull tip ta’ miżura jew ta’ investiment għall-finijiet tar-rapportar ta’ progress biennali skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament SCF. Jekk l-SCP ta’ Stat Membru jkun fih miżura jew investiment li jaqa’ fi ħdan it-tipi identifikati ta’ miżuri/investimenti, dan għandu jiġbor informazzjoni dwar l-indikatur(i) komuni mmarkat(i) hawn taħt u jinkludi d-data rilevanti li tkejjel il-progress lejn l-indikatur(i) komuni fir-rapporti ta’ progress biennali tiegħu.
|
Komponent tal-bini |
Indikatur tal-output 3 |
Indikatur tal-output 4 |
Indikatur tal-output 5 |
Indikatur tal-output 6 |
Indikatur tal-output 7 |
Indikatur tal-output 8 |
Indikatur tal-output 9 |
Indikatur tal-output 10 |
||
|
Numru ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli |
Numru ta’ bini - rinnovazzjoni profonda |
Erja tal-art (rinnovazzjoni profonda) |
Numru ta’ bini (rinnovazzjoni enerġetika oħra) |
Erja tal-art - rinnovazzjoni enerġetika oħra |
Numru ta’ installazzjonijiet tat-tisħin bil-fjuwils fossili sostitwiti |
Kapaċità addizzjonali għall-enerġija rinnovabbli (MW) |
Kapaċità addizzjonali għall-enerġija rinnovabbli (unitajiet) |
|||
|
x |
x (*1) |
x (*1) |
x (*2) |
x (*2) |
(x) |
(x) |
(x) |
||
|
x |
|
|
|
|
(x) |
(x) |
(x) |
||
|
x |
|
|
|
|
(x) |
(x) |
(x) |
||
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
(x) |
(x) |
(x) |
(x) |
(x) |
(x) |
(x) |
||
|
||||||||||
|
Komponent tal-bini |
Indikatur tar-riżultati 11 |
Indikatur tar-riżultati 12 |
Indikatur tar-riżultati 13 |
Indikatur tar-riżultati 14 |
Indikatur tar-riżultati 15 |
Indikatur tar-riżultati 16 |
Indikatur tar-riżultati 17 |
||
|
Tnaqqis fl-unitajiet domestiċi vulnerabbli (%) |
Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-bini |
Tnaqqis fin-numru ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku (%) |
Iffrankar fil-konsum tal-enerġija primarja annwali (MWh/sena) |
Iffrankar fil-konsum tal-enerġija primarja annwali (kWh/m2) |
Iffrankar fil-konsum tal-enerġija finali annwali (kWh/m2) |
Iffrankar fil-konsum tal-enerġija finali annwali (MWh/sena) |
|||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
(x) (*3) |
x |
(x) (*3) |
(x) (*3) |
(x) (*3) |
(x) (*3) |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
(x) |
x |
(x) |
(x) |
(x) |
(x) |
||
|
|||||||||
|
Komponent tat-trasport bit-triq |
Indikatur tal-output 20 |
Indikatur tal-output 21 |
Indikatur tal-output 22 |
Indikatur tal-output 23 |
Indikatur tal-output 24 |
Indikatur tal-output 25 |
Indikatur tal-output 26 |
Indikatur tal-output 27 |
Indikatur tal-output 28 |
||
|
Numru ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli |
Numru ta’ vetturi b’emissjonijiet żero mixtrija |
Numru ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi mixtrija |
Numru ta’ roti mixtrija |
Numru ta’ punti tar-riforniment tal-fjuwil u tal-irriċarġjar |
Biljetti tat-trasport pubbliku bi prezz imnaqqas jew b’xejn (numru ta’ utenti) |
Soluzzjonijiet addizzjonali ta’ mobilità kondiviża u ta’ mobilità bħala servizz (numru ta’ utenti) |
Soluzzjonijiet addizzjonali ta’ mobilità kondiviża u ta’ mobilità bħala servizz (unitajiet) |
Infrastruttura għaċ-ċikliżmu dedikata appoġġata (km) |
|||
|
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
(x) |
(x) |
(x) |
(x) |
|
|
|
(x) |
||
|
x |
|
|
|
|
(x) |
(x) |
(x) |
|
||
|
|||||||||||
|
|
Indikatur tar-riżultati 29 |
Indikatur tar-riżultati 30 |
Indikatur tar-riżultati 31 |
||
|
Tnaqqis fin-numru ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli (%) |
Tnaqqis fin-numru ta’ unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport (%) |
Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fit-trasport bit-triq |
|||
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
|
Barra minn hekk, għall-mikrointrapriżi |
Indikatur tal-output 33 |
Indikatur tar-riżultati 34 |
||
|
Numru ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli |
Tnaqqis fin-numru ta’ mikrointrapriżi (%) |
|||
|
(x) |
(x) |
||
|
|
|
||
|
(x) |
(x) |
||
|
(x) |
(x) |
||
|
(x) |
(x) |
||
|
(x) |
(x) |
||
|
(x) |
(x) |
||
|
||||
|
Appoġġ dirett għall-introjtu (DIS, direct income support) temporanju |
Indikatur tal-output 36 |
Indikatur tal-output 37 |
Indikatur tar-riżultati 38 |
Indikatur tar-riżultati 39 |
|
Numru ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli li jirċievu DIS |
Numru ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli li jirċievu DIS |
DIS medju għal kull unità domestika vulnerabbli (f’euro) |
DIS medju għal kull utent tat-trasport vulnerabbli (f’euro) |
|
|
Artikolu 2 — Miżuri li jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu |
x |
x |
x |
x |
Jista’ jkun hemm każijiet li fihom il-ġbir ta’ data eżatta dwar l-indikaturi komuni ma jkunx fattibbli. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jipproponu li jirrapportaw stimi, abbażi ta’ ġustifikazzjoni ċara tan-nuqqas ta’ fattibbiltà tal-ġbir eżatt tad-data u ta’ metodoloġija ta’ stima tajba li għandha tiġi miftiehma mal-Kummissjoni minn qabel.
(*1) Għal bini li jkun għadda minn rinnovazzjoni profonda biss. Bħala kjarifika, għalkemm fid-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (Artikolu 2(20)) “rinnovazzjoni profonda” hija ddefinita bħala rinnovazzjoni li twassal għal-livell ta’ bini b’emissjonijiet żero, ir-rinnovazzjonijiet biex jinkiseb bini b’emissjonijiet żero mhux dejjem jistgħu jkunu fattibbli. Għalhekk, tnaqqis ta’ 60 % fl-użu tal-enerġija primarja jista’ jitqies ukoll bħala rinnovazzjoni profonda għall-finijiet tal-abbozzar u tal-implimentazzjoni tal-SCPs.
(*2) Għal bini li jkun għadda minn rinnovazzjoni enerġetika oħra biss.
(*3) Dawn l-indikaturi huma rilevanti biss għall-adattament tal-bini għal skop ġdid (mhux għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid).
ANNESS II
Mudell għad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja talba għall-ħlas skont l-Artikolu 20.1
Jiena/Aħna, il-firmatarju/i (isem/ismijiet), l-ewwel isem/ismijiet, it-titolu/i, jew il-funzjoni(jiet)), il-Kap tal-awtorità maħtura biex tiffirma d-Dikjarazzjonijiet ta’ Ġestjoni għall-Pjan Soċjali għall-Klima għal XXX (numru tas-CCI)
abbażi tal-implimentazzjoni tal-pjan soċjali għall-klima għal XXX matul il-perjodu minn XX-XX-XXX sa YY-YY-YYY, abbażi tal-ġudizzju tiegħi/tagħna stess u tal-informazzjoni kollha disponibbli għalija/għalina fid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-ħlas lill-Kummissjoni, inklużi r-riżultati mill-verifiki tal-ġestjoni mwettqa u mill-awditi relatati man-nefqa inkluża fl-applikazzjonijiet għall-ħlas ippreżentati lill-Kummissjoni għall-perjodu minn VV-VV-VVVV sa ZZ-ZZ-ZZZZ,
u meta jitqiesu l-obbligi tiegħi/tagħna skont ir-Regolament (UE) 2023/995
b’dan niddikjara(w) li:
|
(a) |
l-informazzjoni fit-talba għall-ħlas hija ppreżentata sewwa, kompluta u akkurata f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2023/995; |
|
(b) |
in-nefqa mġarrba għall-ilħuq tal-miri u tal-objettivi intermedji milħuqa bis-sħiħ tikkonforma mal-liġi applikabbli u ntużat għall-iskop maħsub tagħha; |
|
(c) |
il-miżuri relatati mal-objettivi intermedji u mal-miri milħuqa b’mod sodisfaċenti minn qabel ma treġġgħux lura mill-Istat Membru kkonċernat. |
Jien/Aħna nikkonferma(w) li l-irregolaritajiet identifikati fir-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontroll fir-rigward ta’ talbiet għall-ħlas preċedenti jiġu ttrattati kif xieraq. Jien/Aħna nikkonferma(w) ukoll li l-miri jew l-objettivi intermedji li huma soġġetti għal valutazzjoni kontinwa tal-legalità u tar-regolarità tagħhom ġew esklużi mit-talba għall-ħlas sakemm tiġi konkluża l-valutazzjoni, għall-inklużjoni possibbli f’applikazzjoni għall-ħlas sussegwenti.
Barra minn hekk, jiena/aħna nikkonferma(w) l-affidabbiltà tad-data relatata mal-indikaturi, u l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan.
Jiena/aħna nikkonferma(w) ukoll li jeżistu miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi u li dawn iqisu r-riskji identifikati f’dak ir-rigward.
Fl-aħħar nett, jiena/aħna nikkonferma(w) li jiena/aħna ma naf(u) bl-ebda kwistjoni ta’ reputazzjoni mhux divulgata relatata mal-implimentazzjoni tal-programm.
ANNESS III
Komunikazzjoni u viżibilità – l-Artikolu 23
L-użu u l-karatteristiċi tekniċi tal-emblema tal-UE (“l-emblema”)
|
1.1. |
L-emblema trid tidher b’mod prominenti fuq il-materjali ta’ komunikazzjoni kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, għall-pubbliku jew għall-parteċipanti, bħal prodotti stampati jew diġitali u siti web, inklużi verżjonijiet għall-mowbajl. |
|
1.2. |
Id-dikjarazzjoni “Iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea – il-Fond Soċjali għall-Klima” għandha tinkiteb b’mod sħiħ u titqiegħed ħdejn l-emblema. |
|
1.3. |
It-tipa li għandha tintuża flimkien mal-emblema tista’ tkun kwalunkwe waħda minn dawn it-tipi: Arial, Auto, Calibri, Garamond, Trebuchet, Tahoma, Verdana jew Ubuntu. Ma għandhomx jintużaw varjazzjonijiet jew effetti tat-tipa bħall-korsiv jew is-sottolinjar. |
|
1.4. |
Il-pożizzjoni tat-test fir-rigward tal-emblema bl-ebda mod ma għandha tfixkel l-emblema. |
|
1.5. |
Id-daqs tat-tipa użat irid ikun proporzjonat għad-daqs tal-emblema. |
|
1.6. |
Il-kulur tat-tipa għandu jkun blu reflex, iswed jew abjad, skont l-isfond. |
|
1.7. |
L-emblema ma għandhiex tiġi mmodifikata jew tingħaqad ma’ xi elementi grafiċi jew testi oħra. Jekk jintwerew logos oħrajn apparti l-emblema, l-emblema trid tkun mill-inqas tal-istess daqs, imkejjel f’għoli u f’wisa’, daqs l-akbar wieħed mil-logos l-oħra. Apparti l-emblema, l-ebda identità viżiva oħra jew logo ieħor ma għandu jintuża sabiex jintwera l-appoġġ mill-UE. |
|
1.8. |
Meta diversi operazzjonijiet ikunu qed iseħħu fl-istess post, appoġġati mill-istess strumenti ta’ finanzjament jew minn strumenti ta’ finanzjament differenti, jew meta jingħata finanzjament ulterjuri għall-istess operazzjoni f’data aktar tard, għandha tintwera mill-inqas plakka waħda jew kartellun wieħed. |
|
1.9. |
Standards grafiċi għall-emblema u d-definizzjoni tal-kuluri standard huma kif ġej. |
A DESKRIZZJONI SIMBOLIKA
Fuq sfond ta’ sema blu, 12-il stilla tad-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli tal-Ewropa. In-numru ta’ stilel hu fiss u 12 huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u tal-unità.
B. DESKRIZZJONI ERALDIKA
Fuq sfond ikħal, ċirku ta’ 12-il stilla tad-deheb li l-ponot tagħhom ma jmissux.
C. DESKRIZZJONI ĠEOMETRIKA
L-emblema għandha l-forma ta’ bandiera rettangolari blu bil-wisa’ tal-perpura (in-naħa ta’ barra) darba u nofs l-għoli tal-bandiera l-eqreb lejn l-arblu. Tnax-il stilla tad-deheb li jinsabu f’intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt fejn jaqsmu d-djagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirku huwa daqs terz tal-għoli tal-bandiera l-eqreb lejn l-arblu. Kull stilla għandha ħames ponot li jinsabu fuq iċ-ċirkonferenza ta’ ċirku inviżibbli li r-raġġ tiegħu huwa daqs wieħed minn tmintax tal-għoli tal-bandiera l-eqreb lejn l-arblu. L-istilel kollha huma rashom ’il fuq, jiġifieri b’ponta vertikali u b’żewġ ponot f’linja dritta f’angoli retti mal-arblu. Iċ-ċirku huwa rranġat sabiex l-istilel jidhru fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta’ arloġġ. In-numru tagħhom ma jinbidilx.
D. KULURI REGOLAMENTARI
L-emblema għandha dawn il-kuluri: Il-PANTONE BLU REFLEX għall-wiċċ tar-rettangolu; PANTONE ISFAR gћall-istilel
E. IL-PROĊESS TA’ ERBA’ KULURI
Jekk jintuża l-proċess ta’ erba’ kuluri, erġa’ oħloq iż-żewġ kuluri standard billi tuża l-erba’ kuluri tal-proċess ta’ erba’ kuluri.
Il-PANTONE ISFAR jinkiseb bl-użu ta’ 100 % “Process Yellow”.
Il-PANTONE BLU REFLEX jinkiseb bit-taħlita ta’ 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”.
L-INTERNET
Il-PANTONE BLU REFLEX jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web għal RGB:0/51/153 (eżadeċimali: 003399) u PANTONE ISFAR jikkorrispondi fil-paletta tal-web għall-kulur RGB: 255/204/0 (eżadeċimali: FFCC00).
IL-PROĊESS TAR-RIPRODUZZJONI MONOKROMATIKA
Bl-użu tal-iswed, pinġi r-rettangolu bl-iswed u stampa l-istilel bl-iswed fuq l-abjad.
Meta tuża l-blu (Blu Reflex), uża 100 % bl-istilel riprodotti f’abjad negattiv.
IR-RIPRODUZZJONI FUQ SFOND IKKULURIT
Jekk ma hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, poġġi bordura bajda madwar ir-rettangolu, b’wisa’ tal-bordura li għandha tkun 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.
Il-prinċipji għall-użu tal-emblema tal-UE minn partijiet terzi huma stabbiliti fil-ftehim amministrattiv mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-użu tal-emblema Ewropea minn pajjiżi terzi (ĠU C 271, 8.9.2012, p. 5.).
|
2. |
Il-liċenzja fuq id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 49(6) tagħti lill-UE mill-inqas id-drittijiet li ġejjin: |
|
2.1. |
l-użu intern, jiġifieri d-dritt li tirriproduċi, tikkopja u tagħmel disponibbli l-materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u lill-impjegati tagħhom; |
|
2.2. |
ir-riproduzzjoni tal-materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità b’kull mezz u f’kull forma, b’mod sħiħ jew parzjali; |
|
2.3. |
il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità bi kwalunkwe u b’kull mezz ta’ komunikazzjoni; |
|
2.4. |
id-distribuzzjoni lill-pubbliku tal-materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità (jew kopji tagħhom) fi kwalunkwe u f’kull forma; |
|
2.5. |
il-ħżin u l-arkivjar ta’ materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità; |
|
2.6. |
is-sottoliċenzjar tad-drittijiet dwar il-materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibilità lil partijiet terzi. |
ABBREVJAZZJONIJIET U TITOLI QOSRA
Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) – Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
DNSH – Il-Prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH, do no significant harm”) għall-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika – Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1).
Id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija – Id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024).
Id-Direttiva ETS (Emissions Trading System) – Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
ETS2 (Emissions Trading System 2) – Is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali stabbilita fil-Kapitolu IV.a tad-Direttiva 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).
Ir-Regolament Finanzjarju – Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024).
Il-Fond, SCF (Social Climate Fund) – il-Fond Soċjali għall-Klima.
GBER (General Block Exemption Regulation) – Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (GBER, General Block Exemption Regulation)) (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
Ir-Regolament dwar il-Governanza – Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
QFP – qafas finanzjarju pluriennali.
Pjan(ijiet), SCP(s) (Social Climate Plan(s)) – pjan(ijiet) soċjali għall-klima.
Ir-Regolament RRF (Recovery and Resilience Facility) – Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
Ir-Regolament SCF (Social Climate Fund) – Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1).
Ir-Regolament dwar it-Tassonomija – Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5511/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)