European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5438

20.10.2025

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fid-29 ta’ Lulju 2025 – Soces Srls vs Ministero della Difesa, Aeronautica Militare – 3 Reparto Genio

(Kawża C-518/25, Soces – II)

(C/2025/5438)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Soces Srls

Konvenut: Ministero della Difesa, Aeronautica Militare – 3 Reparto Genio

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 57(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħall-Artikolu 94(6) tad-decreto legislativo [n.] 36/2023) (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 36/2023) li jipprevedi, b’riferiment għan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, li l-estinzjoni, il-ħlas jew l-impenn tal-ħlas iridu jkunu saru qabel l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-offerta?

u, jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fis-sens li d-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju:

2)

L-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħall-Artikolu 94(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 36/2023) li timponi l-esklużjoni awtomatika ta’ operatur ekonomiku għal irregolaritajiet fil-kontribuzzjonijiet tiegħu, mingħajr il-possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni sussegwenti, anki fejn l-operatur ikun irregolarizza l-pożizzjoni tiegħu qabel l-għoti finali tal-kuntratt?


(1)   ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifiki fil-ĠU 2015, L 275, p. 68, fil-ĠU L, 2023/90063 u fil-ĠU L, 2025/90115.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5438/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)