|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5426 |
8.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12168 – PERMIRA / GA / PROPERTY FINDER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5426)
1.
Fit-30 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Permira Holdings Limited (“ ‘Permira’ ”, Guernesey), |
|
— |
General Atlantic PF B.V. (“ ‘GA’ ”, In-Netherlands), |
|
— |
Property Finder International Ltd (“ ‘Property Finder’ ”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) bħalissa kkontrollata b’mod konġunt minn GA u s-Sur Michael Lahyani, nazzjonal tal-Iżvizzera. |
Permira, GA u s-Sur Michael Lahyani se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Property Finder.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Permira hija negozju tal-ekwità privata, involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ portafolji lil għadd ta’ fondi ta’ investiment. |
|
— |
GA tipprovdi kapital u appoġġ strateġiku għal kumpaniji li qed jikbru f’sitt setturi: il-klima, il-konsumatur, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, ix-xjenzi tal-ħajja, u t-teknoloġija. |
|
— |
Property Finder hija attiva bi pjattaforma online li tgħaqqad lil persuni li jfittxu proprjetà ma’ aġenti, żviluppaturi u sidien professjonali. Hija attiva l-aktar fl-Emirati Għarab Magħquda kif ukoll f’pajjiżi oħra tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12168 — PERMIRA / GA / PROPERTY FINDER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5426/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)