European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5238

25.9.2025

Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati tal-imgħax fuq l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2025

(Ippubblikat f’konformità mar-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004  (1) )

(C/2025/5238)

Ir-rati bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-ESA Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu l-marġini xierqa mar-rata bażi skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.7.2025 –

9,27

1,09

4,71


(1)   ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE tal-ĠU Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5238/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)