![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/5205 |
6.10.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Dresden (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2025 – Ersatz-Pilot GmbH vs Ryanair DAC
(Kawża C-444/25, Ersatz-Pilot)
(C/2025/5205)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Dresden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ersatz-Pilot GmbH
Konvenut: Ryanair DAC
Domanda preliminari
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija adita b’rinviju sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar:
— |
jekk, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (1), il-formola tat-talba ma tkunx imtliet sewwa fil-każ li l-formola stess ma tinkludix dikjarazzjoni tar-raġunijiet għat-talba, iżda r-rikorrent sempliċement jirreferi għal anness insostenn tat-talba? |
— |
jekk talba li sempliċement tirreferi għal anness insostenn tagħha għandhiex tiġi miċħuda bħala inammissibbli? |
(1) ĠU 2007, L 199, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 141, p. 118.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5205/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)