![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/5201 |
6.10.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante (Spanja) fit-13 ta’ Ġunju 2025 – Bodegas Sanviver, SL vs Bodegas Vega Sicilia, SA
(Kawża C-392/25, Bodegas Sanviver)
(C/2025/5201)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Alicante
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Bodegas Sanviver, SL
Appellata: Bodegas Vega Sicilia, SA
Domandi preliminari
1) |
Ladarba jkunu nbdew proċedimenti ta’ ksur ta’ trademark, il-konvenut jista’ jressaq applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem il-EUIPO abbażi tal-Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) meta huwa seta’ jressaq kontrotalba bl-istess għan quddiem il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni hekk kif jippermettu l-Artikoli 58(1), 59(1), 60(1), 124(d) u 128 tal-istess regolament u l-Artikoli 17(2), 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? |
2) |
Fil-każ fejn ma jkunx ressaq kontrotalba fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ ksur, il-konvenut jista’ jressaq, abbażi tal-Artikolu 132(1) tar-Regolament 2017/1001, applikazzjoni għal revoka u għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem il-EUIPO, bl-effett li l-proċedimenti ġudizzjarji jiġu sospiżi sakemm id-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni ssir definittiva? |
3) |
Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv, sa liema stadju tal-proċedimenti ġudizzjarji jista’ l-konvenut iressaq l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għal revoka quddiem il-EUIPO u jagħti lok, b’dan il-mod, għas-sospensjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji? |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5201/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)