|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5166 |
24.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 11939 — FRIESLANDCAMPINA / MILCOBEL)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5166)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Zuivelcoöperatie FrieslandCampina U.A. (“FrieslandCampina”, in-Netherlands) |
|
— |
Milcobel CV (“Milcobel”, il-Belġju) |
FrieslandCampina u Milcobel se jingħaqdu bejniethom totalment fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
FrieslandCampina hija kooperattiva tal-ħalib min-Netherlands li tikkonsisti f’madwar 14 000 bidwi tal-ħalib fin-Netherlands, fil-Ġermanja u fil-Belġju. FrieslandCampina tforni prodotti għall-konsumatur, bħall-ħalib, il-jogurt, il-ġobon, in-nutrizzjoni tat-trabi u d-deżerti, prodotti għas-suq professjonali, bħal prodotti tal-krema u tal-butir, ingredjenti u prodotti nofshom lesti għall-produtturi tan-nutrizzjoni tat-trabi, l-industrija tal-ikel u s-settur farmaċewtiku. |
|
— |
Milcobel hija kooperattiva tal-ħalib Belġjana li tikkonsisti f’madwar 1 400 bidwi tal-ħalib fil-Belġju, fi Franza u fin-Netherlands. Milcobel tifforma kumpanija multinazzjonali li tiżviluppa, tipproduċi u tbigħ firxa ta’ prodotti tal-ħalib għall-konsumaturi u l-ingredjenti għall-klijenti professjonali u industrijali madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11939 — FRIESLANDCAMPINA / MILCOBEL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5166/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)