|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5102 |
15.9.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1895, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1894 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2025/5102)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1895 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1894 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar tard, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni tal-UE li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) ĠU L, 2025/1895, 15.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1895/oj.
(4) ĠU L, 2025/1894, 15.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1894/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5102/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)