European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5081

29.9.2025

Appell ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2025 minn Alfa-Bank JSC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-4 ta’ Ġunju 2025 fil-Kawża T-271/23, Alfa-Bank vs Il-Kunsill

(Kawża C-547/25 P)

(C/2025/5081)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Alfa-Bank JSC (rappreżentanti: M. Campa, avvocato, D. Rovetta, avocat, M. Moretto, avvocato, V. Villante, avvocato, T. Bontinck, avocat, M. Brésart, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla (i) id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/432 tal-25 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/429 tal-25 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn dawn jinkludu lill-appellanti fil-lista ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi; (ii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (3), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (4), sa fejn dawn iżommu lill-appellanti fil-lista ta’ entitajiet suġġetti għal sanzjonijiet, (iii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (5), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (6), sa fejn dawn iżommu lill-appellanti fil-lista ta’ entitajiet suġġetti għal sanzjonijiet;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żbalji ta’ liġi u fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi mwettqa mill-Qorti Ġenerali meta hija ċaħdet il-motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. L-appellanti tqis ukoll li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea meta huwa adotta l-atti kkontestati fis-sentenza appellata, sa fejn dawn jikkonċernaw lill-appellanti. L-appellanti tinvoka wkoll in-nuqqas ta’ kompetenza tal-korpi deċiżjonali f’dan il-qasam.

It-tielet aggravju bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ inklużjoni (g) taħt id-Deċiżjoni 2014/145/PESK (7) u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif stabbilit fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-appellanti tinvoka wkoll ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)   ĠU 2023, L 59I, p. 437, rettifiki fil-ĠU 2023, L 67, p. 61, fil-ĠU 2023, L 100, p. 98 u fil-ĠU 2023, L 234, p. 206.

(2)   ĠU 2023, L 59I, p. 278, rettifiki fil-ĠU 2023, L 67, p. 61, fil-ĠU 2023, L 100, p. 98 u fil-ĠU 2023, L 234, p. 206.

(3)   ĠU 2023 L 226, p. 104.

(4)   ĠU 2023 L 226, p. 3.

(5)  ĠU L, 2024/847.

(6)  ĠU L, 2024/849.

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5081/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)