|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5070 |
29.9.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ April 2025 – Rikorrent I et vs Konvenut I et
(Kawża C-285/25, Lurdos (1) )
(C/2025/5070)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Gyulai Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rikorrent I, rikorrent II, rikorrent III, rikorrent VI, rikorrent VII u rikorrent VIII
Konvenuti: Konvenut I, konvenut II, konvenut III, konvenut IV, konvenut V, konvenut VI, konvenut VII, konvenut VIII, konvenut IX, konvenut X, konvenut XI, konvenut XII, konvenut XIII, konvenut XIV u konvenut XV
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/104 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (2), l-Artikolu 101 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi, għall-azzjonijiet għad-danni minħabba ksur tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni, terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li jibda jiddekorri sa mill-mument li fih jiġi prodott id-dannu, irrispettivament minn jekk il-parti leża hijiex konxja mid-dannu u mill-identità tal-persuna responsabbli għall-ħlas tal-kumpens u minn jekk kinitx konxja mill-fatt li l-aġir inkwistjoni jikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, u mingħajr ma jkun neċessarju li dan il-ksur ikun intemm, terminu ta’ preskrizzjoni li — skont interpretazzjoni ġudizzjarja li hija vinkolanti għall-qrati— jiġi sospiż, fil-każ tal-azzjonijiet għad-danni tat-tip follow-on, minħabba l-eżistenza ta’ ostakolu għall-eżerċizzju tal-azzjoni, sakemm il-persuna leża ssir konxja miċ-ċirkustanzi kollha rilevanti relatati mal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, b’tali mod li l-ostakolu għall-eżerċizzju tal-azzjoni jkompli jeżisti sad-data tal-pubblikazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni li fiha tiġi ddikjarata l-eżistenza tal-ksur (jew, minn tal-inqas, tas-sunt ta’ din id-deċiżjoni), u li l-azzjoni għad-danni minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tista’ tiġi eżerċitata fi żmien sena minn din id-data, anki jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni jkun skada jew ikun għad fadal inqas minn sena sakemm dan jiskadi? |
|
2) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali fil-każ fejn din il-leġiżlazzjoni ma tipprevedix, fil-każ ta’ azzjoni għad-danni relatata ma ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni li ntemm qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva u li tressqet wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva fid-dritt nazzjonali, is-sospensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni matul minn tal-inqas sena b’effett mid-data li fiha d-deċiżjoni li tiddikjara l-eżistenza ta’ dan il-ksur ssir finali, jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għal tali azzjoni skont il-leġiżlazzjoni preċedenti jkun għadu ma skadiex qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva? |
|
3) |
Fid-dawl, barra minn hekk, tal-Artikolu 267 TFUE, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru — li għaldaqstant tista’ ma tiġix applikata — li tipprevedi li l-qorti hija marbuta minn deċiżjoni intiża għal interpretazzjoni uniformi tal-liġi mogħtija minn qorti suprema, anki meta tqis li l-evalwazzjonijiet sostantivi magħmula fl-imsemmija deċiżjoni la jiggarantixxu, fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-effettività tad-dritt tal-Unjoni u lanqas il-ħarsien tad-drittijiet mogħtija lill-partijiet f’kawża? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5070/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)