|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4992 |
12.9.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) flimkien mal-Artikolu 25(4) ta’ dak ir-Regolament
(C/2025/4992)
Wara din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, oppożizzjoni lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA
(Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Colli Aprutini”
Nru tal-UE: PGI-IT-A0884-CANCEL — 23.5.2025
1. Isem reġistrat propost għall-kanċellazzjoni
Colli Aprutini
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP ☐ IĠP ☒ IĠ ☐
3. Settur
|
☐ |
prodotti agrikoli |
|
☒ |
inbejjed |
|
☐ |
xarbiet spiritużi |
4. L-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika
L-Italja
5. L-isem tal-awtorità tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li tissottometti t-talba għall-kanċellazzjoni lill-Kummissjoni jew l-indikazzjoni li t-talba għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni hija sottomessa direttament lill-Kummissjoni mill-produtturi ta’ pajjiż terz tal-prodott ikkummerċjalizzat taħt l-isem reġistrat u l-isem tal-aġent b’mandat mill-produtturi biex jibgħat it-talba (l-obbligu li jingħata mandat lil aġent ma japplikax fil-każ ta’ produttur uniku)
L-ITALJA — IL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, GĦAS-SOVRANITÀ TAL-IKEL U GĦALL-FORESTRIJA
6. F’każ ta’ talba minn Stat Membru, indika jekk it-talba għall-kanċellazzjoni fl-istadju nazzjonali tal-proċedura saritx mill-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat skont l-isem reġistrat jew mill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut ta’ dak il-prodott. F’dan il-każ daħħal l-isem tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut
|
☒ |
Talba magħmula mill-produtturi |
|
☐ |
Talba magħmula mill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut: |
7. Klassifikazzjoni tal-prodott f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL
2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
8. Tip ta’ kanċellazzjoni
It-talba għall-kanċellazzjoni ssir f’konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
It-talba għall-kanċellazzjoni ffirmata u datata.
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4992/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)