|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4985 |
22.9.2025 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2025 – Magic Box Int. Toys vs EUIPO – KMA Concepts (SUPERZINGS RIVALS OF KABOOM)
(Kawża T-528/25)
(C/2025/4985)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Magic Box Int. Toys SL (Sant Cugat del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: M. Monteagudo Monedero, F. García Pérez u M. Calvo i Carmona, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KMA Concepts Ltd (Kowloon, Hong Kong, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali SUPERZINGS RIVALS OF KABOOM – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 132 862
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2025 fil-Każ R 1606/2024-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4985/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)