European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4976

22.9.2025

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Ġunju 2025 – Minister van Asiel en Migratie; partijiet oħra: A, ukoll għan-nom ta’ uliedha, B

(Kawża C-394/25, Volta  (1) )

(C/2025/4976)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister van Asiel en Migratie

Parti oħra fil-proċedura: A, ukoll għan-nom ta’ uliedha, B

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(4)(a) u (5) kif ukoll l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (2), moqrija fid-dawl tal-Artikoli 7, 20, 21 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik li tinsab fl-Artikolu 16(1)(h), moqri flimkien mal-Artikolu 17(1)(a) tal-Vreemdelingenwet 2000 (il-Liġi tal-Barranin tal-2000) li, abbażi ta’ ftehimiet bilaterali fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali, għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza provviżorja, tagħmel distinzjoni abbażi tan-nazzjonalità bejn iċ-ċittadini barranin li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ integrazzjoni ċivika barra mill-pajjiż u dawk li huma eżentati minnu?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4976/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)