|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4872 |
3.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12095 — ICG / GALA / MAGELLAN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4872)
1.
Fil-21 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ICG plc (“ICG”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Gala Investment (“Gala”, Franza), ikkontrollata mill-familja Zeitoun. |
ICG u Gala se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Magellan Partners (“Magellan”, Franza), attwalment ikkontrollata minn Gala.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
ICG hija maniġer tal-assi alternattivi globali f’ekwità strutturata u privata, dejn privat, assi reali u kreditu, |
|
— |
Gala hija kumpannija azzjonarja kkontrollata mill-familja Zeitoun. Hija għandha interessi f’kumpaniji tal-proprjetà ċivili (Sociétés Civiles Immobilières – SCI), kif ukoll ishma minoritarji f’kumpanija ta’ investiment u f’sussidjarji tal-Magellan Group. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Magellan huma dawn li ġejjin: Magellan huwa grupp ta’ servizzi ta’ konsulenza u tal-IT li jispeċjalizza fil-konsulenza organizzazzjonali u fis-sistemi ta’ informazzjoni, primarjament attiv fi Franza.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12095 — ICG / GALA / MAGELLAN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4872/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)