|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4868 |
8.9.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1790, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1789 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(C/2025/4868)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1790 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1789 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel it-22 ta' Settembru 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(2) ĠU L, 2025/1790, 5.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1790/oj.
(3) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(4) ĠU L, 2025/1789, 5.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1789/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4868/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)