European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4792

8.9.2025

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2025 – CW vs Europol u Eurojust (EncroChat)

(Kawża T-148/24)  (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pulizija u awtoritajiet oħra ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri - Allegat ipproċessar illegali ta’ data personali - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Assenza ta’ dannu morali mġarrab minħabba Europol - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

(C/2025/4792)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: CW (rappreżentant: J. Reisinger, avukat)

Konvenuti: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (rappreżentanti: J. Carmona Bermejo u N. Kyriacou, aġenti, assistiti minn S. Raes, S. van den Brande u P. Van Muylder, avukati), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: A. Nunzi, aġent, assisitit minn G. Ziegenhorn, M. Kottmann u T. Shulman, avukati)

Intervenjent insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A Gavela Llopis, aġent), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, kumpens, li jammonta għal EUR 10 000, għad-danni morali li huwa jqis li ġarrab minħabba atti mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u minn ċerti Stati Membri.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa indirizzat kontra l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust).

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt sa fejn huwa indirizzat kontra l-Aġenzija Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol).

3)

CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Eurojust u minn Europol.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)   ĠU C, C/2024/3175, 21.5.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4792/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)