European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4781

8.9.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Lulju 2025 – Glaxo Group vs EUIPO –Cipla Europe (Forma ta’ inalatur)

(Kawża T-432/24)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ inalatur - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Assenza ta’ karattru distintiv miuksub permezz tal-użu - Artrikolu 7(3) u Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 40/94 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament ta’ deċiżjoni preċedenti min-naħa tal-Qorti Ġenerali - Awtorità ta’ res judicata - Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

(C/2025/4781)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. de Haan, F. Verhoestraete u S. Vandezande, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Ġunju 2024 (Każ R 1835/2016-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Glaxo Group Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Cipla Europe NV.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)   ĠU C, C/2024/5657, 30.9.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4781/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)