European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4768

8.9.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2025 – Bouwbenodigdheden Hoogeveen vs EUIPO – Pürschel (BIENENBEISSER)

(Kawża T-144/24)  (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIENENBEISSER - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin - Użu għall-prodotti li għalihom it-trade mark hija rreġistrata - Rwol tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice - Kategorija omoġenja ta’ prodotti - Għatat għall-ventilazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(C/2025/4768)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bouwbenodigdheden Hoogeveen BV (Hoogeveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: H. Roerdink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sören Pürschel (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Jannar 2024 (Każ R 793/2023-5).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Jannar 2024 (Każ R 793/2023-5) hija annullata sa fejn tiċħad l-appell ippreżentat quddiemha minn Bouwbenodigdheden Hoogeveen BV għall-“materjali għall-bini (mhux tal-metall), inklużi l-prodotti li ġejjin: “ventilaturi tal-arja”, inklużi fil-klassi 19.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Bouwbenodigdheden Hoogeveen.


(1)   ĠU C, C/2024/2787, 29.4.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4768/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)