European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4760

8.9.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Lulju 2025 – BT GS Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1081/23)  (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi trans-Ewropej għat-telematika bejn l-amministrazzjonijiet - Estensjoni tal-ġenerazzjoni ġdida (TESTA-ng II Ext) - Direttiva 2014/24/UE - Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 - Deċiżjoni li timmodifika l-kuntratt pendenti mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għal offerti ġdid - Ċirkustanzi imprevedibbli - Rikors għal annullament - Locus standi - Inċidenza individwali - Ammissibbiltà)

(C/2025/4760)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BT Global Services Belgium (Machelen, il-Belġju) (rappreżentanti: V. Dor, A. Lepièce u M. Vilain XIIII, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André, M. Ilkova u S. Romoli, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Awwissu 2023 li permezz tagħha din tal-aħħar immodifikat il-kuntratt bir-referenza DIGIT/A3/PN/2019/026, intitolat “Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika Bejn l-Amministrazzjonijiet – Estensjoni ta’ Ġenerazzjoni Ġdida (TESTA-ng II Ext)” (ĠU 2023/S 158-500221), mingħajr it-tnedija ta’ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BT Global Services Belgium hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C, C/2024/750, 22.1.2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4760/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)