|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4755 |
8.9.2025 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2025 – Almaghout vs Il-Kunsill
(Kawża T-437/23) (1)
(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonimiċi - Restrizzjonijiet fir-rigward tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri - Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li huma suġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-listi - Żball ta’ evalwazzjoni)
(C/2025/4755)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Hala Almaghout [kunfidenzjali] (rappreżentanti: M. Lester, D. Birdling, barristers, u G. Symeonidis, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas u B. Driessen, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, J. Schmoll u C. Leeb, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1035 tal-25 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2023, L 139, p. 49), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1027 tal-25 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2023, L 139, p. 1), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1510 tas-27 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L, 2024/1510), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1517 tas-27 ta’ Mejju 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L, 2024/1517), sa fejn dawk l-atti jikkonċernawha.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1035 tal-25 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1027 tal-25 ta’ Mejju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Hala Almaghout. |
|
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1510 tas-27 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1517 tas-27 ta’ Mejju 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Hala Almaghout. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jsostni, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Hala Almaghout. |
|
4) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha ssostni l-ispejjeż tagħha stess. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4755/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)