European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4720

8.9.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil- is-Slovenja) – Farmacija, d.o.o. vs Občina Benedikt

(Kawża C-715/23, Farmacija)  (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni - Direttiva 2014/23/UE - Artikolu 4(2) - Servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali - Artikolu 19 - Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn - Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet - Attività ta’ operazzjoni ta’ spiżerija)

(C/2025/4720)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Farmacija, d.o.o.

Konvenut: Občina Benedikt

fil-preżenza ta’: MN

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-attività li tikkonsisti fl-operat ta’ spiżerija, li l-parti essenzjali tagħha tikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, suġġetti jew le għal preskrizzjoni medika, kif ukoll fil-provvista ta’ pariri dwar l-użu korrett u sigur ta’ dawn il-prodotti mediċinali, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2014/23,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-attività li tikkonsisti fl-operat ta’ spiżerija, li l-parti essenzjali tagħha tikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, suġġetti jew le għal preskrizzjoni medika, kif ukoll fil-provvista ta’ pariri dwar l-użu korrett u sigur ta’ dawn il-prodotti mediċinali, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali” imsemmi f’dan l-Artikolu 19.


(1)  ĠU C, C/2024/1086.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4720/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)