|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4581 |
25.8.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – Sezione staccata di Brescia (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2025 – Keritaly SpA vs Provincia di Mantova et
(Kawża C-383/25, Keritaly)
(C/2025/4581)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Keritaly SpA
Konvenuti: Provincia di Mantova, Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA) – Lombardia, Agenzia di Tutela della Salute (ATS) Val Padana, Comune di Gonzaga
Domanda preliminari
L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru (bħall-Artikolu 29h(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006 fis-seħħ fl-Italja) li tipprovdi li, meta l-operatur jindirizza l-awtorità kompetenti b’komunikazzjoni li tinformaha bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel bidla fl-istallazzjoni tiegħu li huwa jkun ikklassifika bħala mhux sostanzjali, din il-bidla, fis-silenzju ta’ din l-awtorità, tiġi fi kwalunkwe każ awtorizzata taċitament fl-iskadenza ta’ terminu ta’ sittin jum, u dan anki jekk sussegwentement din tirriżulta li tkun bidla sostanzjali?
(1) ĠU 2010, L 334, p. 17, rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4581/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)