|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4524 |
12.8.2025 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Dokument ta’ gwida (1)
għar-regolament (UE) 2023/1115 dwar prodotti mingħajr deforestazzjoni (2)
(C/2025/4524)
Werrej
|
1. |
DEFINIZZJONIJIET TA’ “INTRODUZZJONI FIS-SUQ”, “TQEGĦID FIS-SUQ” U “ESPORTAZZJONI” | 3 |
|
a) |
Introduzzjoni fis-suq | 4 |
|
b) |
Tqegħid fis-suq | 4 |
|
c) |
Esportazzjoni | 5 |
|
2. |
DEFINIZZJONI TA’ “OPERATUR” | 5 |
|
3. |
DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ u PERJODU TA’ ŻMIEN GĦALL-APPLIKAZZJONI | 6 |
|
4. |
DILIĠENZA DOVUTA U DEFINIZZJONI TA’ “RISKJU NEGLIĠIBBLI” | 9 |
|
a) |
Valutazzjoni tar-riskju | 9 |
|
b) |
Riskju negliġibbli | 11 |
|
c) |
Rwol tan-negozjanti li huma SMEs u li mhumiex SMEs | 11 |
|
d) |
Interazzjoni mad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva | 12 |
|
5. |
KJARIFIKA TAL-“KUMPLESSITÀ TAL-KATINA TAL-PROVVISTA” | 12 |
|
6. |
LEGALITÀ | 13 |
|
a) |
Leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni | 13 |
|
b) |
Diliġenza dovuta fir-rigward tal-legalità | 15 |
|
7. |
AMBITU TAL-PRODOTT | 16 |
|
a) |
Kjarifika — Materjali tal-ippakkjar u għall-imballaġġ | 16 |
|
b) |
Kjarifika — Skart u prodotti rkuprati u riċiklati | 17 |
|
8. |
MANUTENZJONI REGOLARI TA’ SISTEMA TA’ DILIĠENZA DOVUTA | 19 |
|
9. |
PRODOTTI KOMPOSTI | 19 |
|
10. |
IR-RWOL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONIJIET U L-ISKEMI TA’ VERIFIKA MINN PARTIJIET TERZI FIL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU U FIL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU | 21 |
|
a) |
Rwol taċ-ċertifikazzjonijiet u l-iskemi ta’ verifika minn partijiet terzi | 22 |
|
b) |
Informazzjoni ġenerali | 24 |
|
11. |
UŻU AGRIKOLU | 25 |
|
1. |
Introduzzjoni | 25 |
|
2. |
Kjarifika tal-konverżjoni ta’ foresta f’art li l-fini tagħha mhuwiex użu agrikolu | 26 |
|
3. |
Definizzjoni ta’ “Foresta” | 27 |
|
4. |
Definizzjoni ta’ “Użu agrikolu” u eċċezzjonijiet | 28 |
|
a) |
Kjarifika tal-fini tal-agrikoltura | 28 |
|
b) |
Kjarifika tal-użu predominanti tal-art | 29 |
|
c) |
Definizzjoni ta’ “Pjantaġġun agrikolu” | 30 |
|
d) |
Kjarifika tas-“Sistema agroforestali” | 30 |
|
5. |
Kjarifika tal-użu tal-art f’każ ta’ diversi tipi ta’ użu tal-art fl-istess żona u l-użu ta’ reġistri tal-artijiet u mapep katastali | 31 |
| ANNESS I | 32 |
| ANNESS II | 39 |
INTRODUZZJONI
L-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2023/1115 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-EUDR, European Union Deforestation Regulation) jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tiżviluppa linji gwida sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni armonizzata tar-Regolament.
Dan id-dokument ta’ gwida mhuwiex legalment vinkolanti; l-uniku skop tiegħu huwa li jipprovdi informazzjoni dwar ċerti aspetti tal-EUDR. Ma jiħux post id-dispożizzjonijiet tal-EUDR, li jistabbilixxi l-obbligi legali, u lanqas ma jżid xejn magħhom jew jemendahom. Dan id-dokument ta’ gwida ma għandux jitqies b’mod iżolat; irid jintuża flimkien mal-leġiżlazzjoni u mhux bħala referenza “awtonoma”.
Madankollu, dan id-dokument ta’ gwida huwa materjal ta’ referenza utli għal kull min jeħtieġlu jikkonforma mal-EUDR peress li jkompli jiċċara partijiet iddedikati tat-test leġiżlattiv, li jfisser li jista’ jiggwida lill-operaturi u lin-negozjanti. Dan jista’ jiggwida wkoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-korpi tal-infurzar kif ukoll lill-qrati nazzjonali fil-proċess tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-EUDR.
Il-kwistjonijiet indirizzati f’dan id-dokument ġew diskussi u żviluppati f’kooperazzjoni mar-rappreżentanti maħtura tal-Istati Membri. Kwistjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu indirizzati ladarba jkun hemm aktar esperjenza fl-applikazzjoni tal-EUDR, u f’dan il-każ id-dokument ta’ gwida jiġi rivedut kif xieraq.
Għall-kwistjonijiet kollha indirizzati f’dan id-dokument ta’ gwida għandu jiġi nnutat li f’konformità mal-Premessa (43), id-definizzjonijiet tar-Regolament jibnu fuq il-ħidma tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO, Food and Agriculture Organization), il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC, Intergovernmental Panel on Climate Change), il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP, United Nations Environment Programme), u l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN, International Union for the Conservation of Nature).
It-tieni edizzjoni tad-dokument ta’ gwida ttejjeb iċ-ċarezza, inkluż dwar l-iskedi ta’ żmien għall-applikazzjoni, il-preċiżjoni tad-dispożizzjonijiet għall-operaturi u n-negozjanti, filwaqt li tiffaċilita d-diliġenza dovuta u t-traċċabbiltà sempliċi u effiċjenti.
Il-prinċipju tal-proporzjonalità huwa wieħed mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li japplika għall-interpretazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (3), li jinkludi l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni mill-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat.
1. DEFINIZZJONIJIET TA’ “INTRODUZZJONI FIS-SUQ”, “TQEGĦID FIS-SUQ” U “ESPORTAZZJONI”
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 2 — Definizzjonijiet; l-Artikolu 4 — Obbligi tal-operaturi |
L-obbligi fuq l-operaturi li japplikaw skont l-Artikolu 4 jidħlu fis-seħħ meta l-prodotti rilevanti jkunu maħsuba biex jiġu jew huma “introdotti fis-suq” jew “esportati”. L-obbligi fuq in-negozjanti li japplikaw skont l-Artikolu 5 jidħlu fis-seħħ meta l-komoditajiet rilevanti jew il-prodotti rilevanti jkunu maħsuba li jitqiegħdu fis-suq jew “tqiegħdu fis-suq” (ara wkoll il-Kapitolu 4 c) ta’ dan id-Dokument ta’ gwida).
Ħarsa ġenerali lejn ix-xenarji, li tispjega l-obbligi li l-operaturi u n-negozjanti li huma SMEs u li mhumiex SMEs iridu jissodisfaw meta jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw il-prodotti rilevanti mis-suq tal-Unjoni hija pprovduta fl-Anness I ta’ dan id-Dokument ta’ gwida. Ix-xenarji juru wkoll il-modifiki tal-obbligi għall-operaturi li huma SMEs aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista (l-Artikolu 4(8)) u għall-operaturi u n-negozjanti li mhumiex SMEs (l-Artikolu 4(9)).
a) Introduzzjoni fis-suq
Skont l-Artikolu 2(16), komodità jew prodott rilevanti jiġu “introdotti fis-suq” jekk jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba. Il-komoditajiet rilevanti jew il-prodotti rilevanti li diġà ġew introdotti fis-suq tal-Unjoni mhumiex koperti hawnhekk. Il-kunċett ta’ “introduzzjoni fis-suq” jirreferi għal kull komodità jew prodott rilevanti individwali, mhux għal tip ta’ prodott, kemm jekk ġie manifatturat bħala unità individwali kif ukoll bħala serje.
b) Tqegħid fis-suq
Skont l-Artikolu 2(18), prodott rilevanti “jitqiegħed fis-suq” jekk jiġi fornut:
|
— |
fis-suq tal-Unjoni għad-distribuzzjoni, għall-konsum, jew għall-użu — dan ifisser li l-prodott jew il-komodità rilevanti jridu jkunu fiżikament preżenti fl-UE, wara li jkunu nħasdu jew ġew prodotti fl-UE, jew importati fl-UE u tqiegħdu taħt il-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”. Fir-rigward tal-prodotti rilevanti importati fl-UE, dawn ma jiksbux l-istatus ta’ “merkanzija tal-Unjoni” qabel ma jkunu ddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni u jiġu rilaxxati mid-dwana għal ċirkolazzjoni libera. Il-prodotti rilevanti mqiegħda taħt proċeduri doganali oħra għajr ir-“rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” (eż. il-ħażna doganali, l-ipproċessar attiv, id-dħul temporanju, it-tranżitu) ma jitqisux introdotti fis-suq skont l-EUDR; u |
|
— |
matul attività kummerċjali — dan ifisser attività li ssir f’kuntest relatat man-negozju. L-attivitajiet kummerċjali jistgħu jkunu bi ħlas jew mingħajru. Il-forniment lill-konsumaturi mhux kummerċjali u l-attivitajiet fejn ma jsir l-ebda ħlas huma t-tnejn fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR (eż. għal attivitajiet ta’ donazzjoni jew pro bono). Ir-Regolament ma jimponix rekwiżiti fuq il-konsumaturi mhux kummerċjali, peress li l-użu u l-konsum privat huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR. |
“Tqegħid fis-suq” għalhekk għandu jinftiehem li jseħħ meta negozjant iforni prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni kemm (i) għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu kif ukoll (ii) matul l-attività kummerċjali tiegħu.
“Introduzzjoni fis-suq” għalhekk għandha tinftiehem li sseħħ meta operatur jagħmel prodott rilevanti disponibbli fis-suq tal-Unjoni (i) għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu, (ii) għall-ewwel darba, u (iii) matul l-attività kummerċjali tiegħu.
Id-definizzjonijiet ikkombinati ta’ “operatur” (l-Artikolu 2(15) tal-EUDR) u ta’ “matul attività kummerċjali” (l-Artikolu 2(19) tal-EUDR) jimplikaw li kwalunkwe persuna li tintroduċi prodott rilevanti fis-suq
|
a) |
għad-distribuzzjoni lil konsumaturi kummerċjali jew mhux kummerċjali, jiġifieri pereżempju għall-bejgħ jew mingħajr ħlas, |
|
b) |
għall-fini tal-ipproċessar, jew |
|
c) |
għall-użu fin-negozju tagħha stess |
se tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta u jeħtieġ li tippreżenta dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta, sakemm ma tapplikax simplifikazzjoni (ara l-Artikolu 4(8), 4(9) tal-EUDR).
“Prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq” għalhekk għandha tinftiehem li sseħħ meta l-prodotti rilevanti simultanjament ikunu:
|
— |
iddikjarati li huma mqiegħda taħt il-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” li huma maħsuba biex jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni. Huma biss il-prodotti rilaxxati mid-dwana għal ċirkolazzjoni libera li jitqiesu bħala introdotti fis-suq tal-Unjoni. Proċeduri doganali oħra għajr ir-“rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” (eż. il-ħażna doganali, l-ipproċessar attiv, id-dħul temporanju eċċ.) ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR. u |
|
— |
mhumiex maħsuba direttament għall-użu jew għall-konsum privat fit-territorju doganali tal-Unjoni. Il-prodotti maħsuba għall-użu jew għall-konsum privat (eż. billi individwu jġib tali prodotti miegħu minn vjaġġ barra mill-UE għall-użu jew għall-konsum privat tiegħu) mhumiex soġġetti għall-EUDR. |
c) Esportazzjoni
Skont l-Artikolu 2(37), “esportazzjoni” tirreferi għall-proċedura ta’ esportazzjoni doganali kif stabbilita fl-Artikolu 269 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (4) u tirreferi għal merkanzija tal-Unjoni li se tinħareġ ’il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
L-Artikolu 269 tar-Regolament 952/2013 jiddikjara li l-proċedura ta’ esportazzjoni ma għandhiex tapplika għal: (a) oġġetti mqegħdin taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv; (b) oġġetti li jinħarġu ’l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni wara li jkunu tqiegħdu taħt il-proċedura tal-użu aħħari; (c) oġġetti kkonsenjati, b’eżenzjoni tal-VAT jew tad-dazju tas-sisa, bħala provvisti tal-inġenji tal-ajru jew tal-bastimenti, irrispettivament mid-destinazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tal-bastiment, li għalihom hija meħtieġa prova ta’ tali provvista; (d) oġġetti mqegħdin taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern; (e) oġġetti maħruġin temporanjament ’il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 155 tar-Regolament 952/2013.
Ir-riesportazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 270 tar-Regolament 952/2013 ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR. Ir-riesportazzjoni f’dan ir-rigward tfisser li l-komodità rilevanti jew il-prodott rilevanti ma jkunx akkwista l-istatus ta’ “merkanzija tal-Unjoni” u jinħareġ ’il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni wara l-preżentazzjoni eż. ta’ dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni.
“Prodotti rilevanti li joħorġu mis-suq” għalhekk għandha tinftiehem li sseħħ meta prodotti rilevanti jiġu ddikjarati li huma mqiegħda taħt il-proċedura doganali “esportazzjoni” matul attività kummerċjali.
L-Anness I ta’ din il-gwida jinkludi eżempji ta’ kif l-interpretazzjoni tat-termini “introduzzjoni fis-suq”, “tqegħid fis-suq” u “esportazzjoni” taħdem fil-prattika.
2. DEFINIZZJONI TA’ “OPERATUR”
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 2(15) — Definizzjonijiet; l-Artikolu 7 — Introduzzjoni fis-suq minn operaturi stabbiliti f’pajjiżi terzi |
Skont l-Artikolu 2(15) operatur huwa persuna fiżika jew ġuridika li
|
— |
tintroduċi prodotti rilevanti fis-suq jew tesportahom |
|
— |
matul attività kummerċjali. |
Sabiex ikun possibbli li l-operaturi jiġu identifikati b’mod konsistenti, wieħed jista’ jiddistingwi r-rwoli tagħhom skont kif il-prodotti rilevanti tagħhom jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, li jvarja skont jekk humiex prodotti fl-UE jew barra mill-UE.
|
— |
Għal prodotti rilevanti prodotti skont l-Artikolu 2(14) fl-UE, l-operatur normalment ikun il-persuna li tiddistribwihom jew tużahom matul attività kummerċjali ladarba jkunu ġew prodotti; dan jista’ jkun il-produttur jew il-manifattur. |
|
— |
Persuna li tittrasforma prodott rilevanti fi prodott rilevanti ieħor (kodiċi SA ġdid skont il-livell ta’ ċifri definit fl-Anness I tar-Regolament) u li tintroduċih fis-suq jew tesportah mis-suq hija operatur aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista. |
|
— |
Għall-komoditajiet rilevanti jew għall-prodotti rilevanti li jiġu prodotti barra mill-UE:
|
|
— |
Għall-prodotti rilevanti importati fl-UE, id-definizzjoni ta’ “operatur” hija indipendenti mill-bidla fis-sjieda tal-prodott u ta’ arranġamenti kuntrattwali oħra. |
|
— |
Fil-każ ta’ prodott domestiku li jiġi introdott fis-suq, l-operatur normalment ikun il-persuna li tkun is-sid tal-komodità jew tal-prodott fil-punt tal-bejgħ, madankollu dan jista’ jiddependi miċ-ċirkostanzi individwali tal-ftehim kuntrattwali. F’każ li persuna tikkonkludi kuntratt li permezz tiegħu tawtorizza lill-parti l-oħra fil-kuntratt tipproduċi komodità rilevanti, il-parti kontraenti li twettaq il-produzzjoni titqies bħala l-operatur jekk direttament u awtomatikament issir is-sid tal-prodott bis-sempliċi att ta’ produzzjoni (eż. permezz tal-ħsad tas-siġar jew mat-twelid tal-għoġol). Dan mhuwiex il-każ fejn il-liġi nazzjonali applikabbli jew il-kuntratt jipprevedu li l-persuna fiżika jew ġuridika tittrasferixxi, wara l-produzzjoni, id-dritt tas-sjieda lill-parti l-oħra tal-kuntratt (bħala referenza ara s-Sentenza C-370/23 tal-21 ta’ Novembru 2024 (6)). |
|
— |
Għall-prodotti rilevanti esportati mill-Unjoni, l-operatur normalment ikun il-persuna li taġixxi bħala l-esportatur meta l-prodotti rilevanti jiġu ddikjarati li jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni doganali. L-esportatur huwa l-persuna indikata fl-element tad-data rilevanti tad-dikjarazzjoni doganali, fejn applikabbli:
|
Il-fornituri tas-servizzi, li joffru servizzi ta’ appoġġ loġistiku jew tekniku, pereżempju spedizjoniera, aġenti tal-vapuri jew rappreżentanti doganali, li ma għandhomx sjieda jew drittijiet simili fuq il-prodotti li jimmaniġġaw, la huma “operaturi” u lanqas “negozjanti” għall-fini tar-Regolament, jekk ma jintroduċux jew ma jqiegħdux prodotti fis-suq jew għall-esportazzjoni.
Ir-rwol tal-operaturi huwa spjegat aktar bl-għajnuna tax-xenarji li jinsabu fl-Anness I ta’ dan id-Dokument ta’ gwida.
3. DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ u PERJODU TA’ ŻMIEN GĦALL-APPLIKAZZJONI
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 1(2) — Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni; l-Artikolu 37 — Tħassir; l-Artikolu 38 — Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni |
L-EUDR daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2023. Il-biċċa l-kbira tal-obbligi fuq l-operaturi u n-negozjanti, kif ukoll fuq l-awtoritajiet kompetenti inklużi dawk fl-Artikoli 3 sa 13, l-Artikoli 16 sa 24, l-Artikoli 26, 31, u 32, japplikaw mit- 30 ta’ Diċembru 2025 , f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/3234 (7) li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-EUDR relatati mad-data tal-applikazzjoni.
Għall-operaturi li kienu stabbiliti bħala impriżi mikro jew żgħar sal-31 ta’ Diċembru 2020 (f’konformità mal-Artikolu 3(1) jew (2) tad-Direttiva 2013/34/UE, rispettivament) l-obbligi fl-Artikoli 3 sa 13, l-Artikoli 16 sa 24, l-Artikoli 26, 31 u 32, japplikaw mit- 30 ta’ Ġunju 2026 , ħlief fir-rigward tal-prodotti koperti fl-Anness tar-Regolament Nru 995/2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (8) (EUTR, European Union Timber Regulation). Dan ifisser li hemm perjodu ta’ tranżizzjoni bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (id-29 ta’ Ġunju 2023) u l-bidu tal-applikazzjoni (it-30 ta’ Diċembru 2025, differit għat-30 ta’ Ġunju 2026 għal impriżi żgħar jew mikro stabbiliti sal-31 ta’ Diċembru 2020) li jeżenta lill-operaturi u lin-negozjanti li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li jesportaw komoditajiet u prodotti rilevanti fil-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-obbligi ewlenin skont l-EUDR.
Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti assoċjati kollha bl-eċċezzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam koperti mill-Anness tal-EUTR:
|
— |
jekk komodità rilevanti jew prodott rilevanti jiġu introdotti fis-suq matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni li japplika għall-operatur rispettiv, l-obbligi tal-EUDR ma japplikawx għall-operatur. |
|
— |
Barra minn hekk, kwalunkwe prodott rilevanti introdott jew imqiegħed fis-suq wara l-bidu tal-applikazzjoni li jsir kompletament minn komoditajiet jew prodotti introdotti fis-suq matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mhux se jkun soġġett għall-obbligi tal-EUDR. Dan ifisser li l-bidu tal-applikazzjoni differit għall-operaturi ta’ intrapriżi żgħar u mikro (it-30 ta’ Ġunju 2026), f’każijiet li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq, se jeżenta wkoll lill-operaturi u lin-negozjanti medji u kbar aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista li jkunu qed jinnegozjaw b’dawn il-prodotti jew il-prodotti derivati minnhom. |
|
— |
Fil-każijiet deskritti hawn fuq, l-obbligu tal-operaturi aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista (jew in-negozjanti li jqiegħdu l-prodott rilevanti fis-suq fil-perjodu ta’ tranżizzjoni disponibbli sussegwentement) se jkun limitat għall-ġbir ta’ evidenza konklużiva u verifikabbli b’mod adegwat biex juru li l-prodott rilevanti oriġinarjament ġie introdott fis-suq qabel il-bidu tal-applikazzjoni (differit) tar-Regolament. |
|
— |
Għal partijiet ta’ prodott derivat rilevanti li jkunu ġew prodotti bi prodotti rilevanti oħra introdotti fis-suq mit-30 ta’ Diċembru 2025 (jew mit-30 ta’ Ġunju 2026 minn impriżi mikro jew żgħar), l-operaturi aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista li jintroduċu fis-suq u n-negozjanti se jkunu soġġetti għall-obbligi standard tar-Regolament minkejja li xi partijiet oħra jistgħu jaqgħu fil-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
Skont l-Artikolu 1(2) tal-EUDR, l-EUDR ma japplikax jekk il-prodotti rilevanti jkunu ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023. Iż-żmien u l-post tal-produzzjoni jirreferu għad-data tal-produzzjoni u l-post tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti, dan japplika kemm għall-komoditajiet kif ukoll għall-prodotti derivati. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, id-data tal-produzzjoni se tkun iż-żmien tal-ħsad tal-komodità, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-bhejjem tal-ifrat. F’dan il-każ iż-żmien rilevanti tal-produzzjoni jibda fid-data li fiha titwieled il-bhima tal-ifrat.
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodotti rilevanti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1115, bl-eċċezzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam koperti mill-Anness tal-EUTR:
|
|
Id-data tal-introduzzjoni tal-komodità jew tal-prodott rilevanti fis-suq tal-UE |
||
|
Il-prodotti rilevanti |
Id-data tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti |
Qabel it-30 ta’ Diċembru 2025, u qabel it-30 ta’ Ġunju 2026 għall-operaturi mikro u żgħar |
Mit-30 ta’ Diċembru 2025 (inkluż) għall-intrapriżi kbar u medji, u mit-30 ta’ Ġunju 2026 (inkluż) għall-operaturi mikro u żgħar |
|
Prodotti tal-Bhejjem tal-Ifrat, tal-Kawkaw, tal-Kafè, tal-Palm taż-żejt, tal-Lastiku u tas-Sojja elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1115 |
Qabel il-29 ta’ Ġunju 2023 |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) mhuwiex applikabbli |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) mhuwiex applikabbli |
|
Mid-29 ta’ Ġunju 2023 (inkluż) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) mhuwiex applikabbli |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) huwa applikabbli |
|
|
Prodotti tal-injam elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1115 u mhux elenkati fl-Anness tar-Regolament Nru 995/2010 (EUTR) |
Qabel il-29 ta’ Ġunju 2023 |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) mhuwiex applikabbli |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) mhuwiex applikabbli |
|
Mid-29 ta’ Ġunju 2023 (inkluż) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) mhuwiex applikabbli |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) huwa applikabbli |
|
Għall-injam u l-prodotti tal-injam koperti mill-Anness tal-EUTR, japplikaw regoli speċjali, skont l-Artikolu 37(3) tal-EUDR:
|
— |
Għall-injam u l-prodotti tal-injam prodotti (maħsuda) qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u:
|
|
— |
Għall-injam u l-prodotti tal-injam li jiġu prodotti mid-29 ta’ Ġunju 2023 sat-30 ta’ Diċembru 2025 u:
|
|
— |
L-injam u l-prodotti tal-injam prodotti (maħsuda) mit-30 ta’ Diċembru 2025 iridu jikkonformaw mar-regoli tal-EUDR. |
M1: Il-prodotti tal-karta li jiġu introdotti fis-suq mit-30 ta’ Diċembru 2025 iżda li huma manifatturati minn injam maħsud u introdott fis-suq bejn id-29 ta’ Ġunju 2023 u t-30 ta’ Diċembru 2025 huma meħtieġa jkollhom Dikjarazzjoni ta’ Diliġenza Dovuta?
F’każijiet bħal dawn l-injam maħsud u l-prodotti manifatturati minn tali injam iridu jikkonformaw mal-EUTR. Ma għandhomx bżonn Dikjarazzjoni ta’ Diliġenza Dovuta, peress li dan ir-rekwiżit japplika għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR.
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodotti tal-injam koperti mill-Anness tar-Regolament (UE) Nru 995/2010:
|
|
Id-data tal-introduzzjoni tal-komodità jew tal-prodott rilevanti fis-suq tal-UE |
|||
|
Il-prodotti rilevanti |
Id-data tal-produzzjoni |
Qabel it-30 ta’ Diċembru 2025 |
Mit-30 ta’ Diċembru 2025 (inkluż) sat-30 ta’ Diċembru 2028 (inkluż) |
Mill-31 ta’ Diċembru 2028 (inkluż) |
|
Injam u prodotti tal-injam definiti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 (EUTR) |
Qabel il-29 ta’ Ġunju 2023 |
Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (EUTR) |
Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (EUTR) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) |
|
Mid-29 ta’ Ġunju 2023 (inkluż) |
Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (EUTR) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 (EUDR) |
|
4. DILIĠENZA DOVUTA U DEFINIZZJONI TA’ “RISKJU NEGLIĠIBBLI”
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 2(26) — Definizzjonijiet; l-Artikolu 4 — Obbligi tal-operaturi, l-Artikolu 8 — Diliġenza dovuta; l-Artikolu 9 — Rekwiżiti ta’ informazzjoni; l-Artikolu 10 — Valutazzjoni tar-riskju |
Skont l-Artikolu 4(1), l-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8 qabel ma jintroduċu prodotti rilevanti fis-suq jew qabel jesportawhom sabiex jagħtu prova li l-prodotti rilevanti jikkonformaw mal-Artikolu 3. Sabiex jagħmlu dan, u f’konformità mal-Artikolu 12(1) tal-EUDR, l-operaturi għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornat qafas ta’ proċeduri u miżuri — “sistema ta’ diliġenza dovuta” f’konformità mal-Artikolu 12(1) tal-EUDR — biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8 biex jiżguraw li l-prodotti rilevanti li jintroduċu fis-suq jew jesportaw jikkonformaw mal-Artikolu 3 tal-EUDR. L-operaturi huma responsabbli għal eżami u analiżi bir-reqqa tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom stess, li jirrikjedi l-ġbir ta’ data rilevanti, l-analiżi tagħha, u — kif meħtieġ — l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, sakemm ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ma jiġix ivvalutat bħala negliġibbli. Il-ġbir tad-data, l-analiżi tar-riskju, u l-mitigazzjoni tar-riskju jridu jkunu relatati b’mod kawżali, u jridu jirriflettu l-karatteristiċi tal-attivitajiet kummerċjali tal-operatur u tal-ktajjen tal-provvista.
L-operaturi jeħtiġilhom jispeċifikaw il-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 10(2), li huma jqisu fir-rigward tal-prodotti rilevanti li beħsiebhom jintroduċu fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw mis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju jridu jitfasslu apposta skont il-prodotti rilevanti li l-operatur ikun beħsiebu jintroduċi fis-suq jew jesportahom minnu.
a) Valutazzjoni tar-riskju
Ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 8 jirrikjedu li l-operatur:
|
— |
jiġbor l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data minn kull fornitur partikolari dwar il-prodotti rilevanti li huma soġġetti għall-EUDR (elenkati fl-Anness I) skont l-Artikoli 8 u 9, |
|
— |
jivverifika u janalizza dik l-informazzjoni flimkien ma’ informazzjoni kuntestwali oħra u fuq dik il-bażi jwettaq valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 10, u |
|
— |
jadotta miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11, sakemm il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-Artikolu 10 ma tikkonkludix li ma hemm l-ebda riskju jew hemm biss riskju negliġibbli li l-prodotti rilevanti mhumiex konformi. |
L-Artikolu 9(1) jispeċifika l-informazzjoni relatata mal-prodott li trid tiġi vvalutata, li tinkludi informazzjoni speċifika għall-prodott u għall-katina tal-provvista tiegħu. L-Artikolu 10(2) jidentifika l-informazzjoni kuntestwali addizzjonali meħtieġa biex jiġi vvalutat il-livell ta’ riskju, bħall-istat tal-foresti fil-pajjiż tal-produzzjoni.
Jekk il-prodotti jsiru b’komoditajiet li huma derivati minn diversi sorsi jew ġeolokalizzazzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġi vvalutat ir-riskju għal kull sors jew ġeolokalizzazzjoni.
Abbażi tad-data miġbura, iridu jitwettqu kompiti ta’ analiżi tar-riskju definiti b’mod preċiż u jridu jiġu ddeterminati l-kategoriji ta’ riskju, kif ukoll il-miżuri meħtieġa ta’ mitigazzjoni tar-riskju relatati magħhom. Il-livell ta’ riskju jista’ jiġi vvalutat biss fuq bażi ta’ każ b’każ mill-operaturi, peress li jiddependi minn għadd ta’ fatturi.
Hemm diversi modi kif titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju, iżda l-operatur jeħtieġlu jindirizza l-kriterji elenkati fl-Artikolu 10(2) għal kull prodott rilevanti. Dan għandu jinkludi l-indirizzar tal-mistoqsijiet u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
Fejn ġie prodott il-prodott? X’inhu l-livell ta’ riskju assenjat tal-pajjiż tal-produzzjoni jew ta’ partijiet minnu, f’konformità mal-Artikolu 29 (9)? X’inhi r-rata tal-art koperta mill-foresti u x’inhi l-prevalenza (ir-rata) tad-degradazzjoni tal-foresti jew tad-deforestazzjoni fil-pajjiż tal-produzzjoni jew f’partijiet minnu? Kemm hija għolja l-prevalenza (ir-rata) tal-produzzjoni illegali tal-komodità rilevanti fil-pajjiż/partijiet minnu? |
|
— |
X’inhuma r-riskji speċifiċi għall-prodott? Hemm differenzi konsiderevoli fil-mod kif jiġu prodotti d-diversi prodotti rilevanti elenkati fl-Anness I tal-EUDR, li se jkollhom impatt fuq ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. Pereżempju, xi prodotti fihom materja prima prodotta f’mijiet ta’ ġeolokalizzazzjonijiet separati jew jgħaddu minn proċeduri kimiċi jew fiżiċi sostanzjali matul il-manifattura. |
|
— |
Il-katina tal-provvista hija kumplessa? Għal kjarifika tal-kunċett “kumplessità tal-katina tal-provvista”, ara t-Taqsima 5. |
|
— |
Hemm indikazzjonijiet li kumpanija fil-katina tal-provvista hija involuta fi prattiki relatati mal-illegalità, id-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti? Hemm riskju ogħla li l-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti mixtrija minn kumpanija li tkun ġiet assoċjata ma’ prattiki illegali, deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti ma jkunux konformi. Tressaq xi tħassib sostanzjat dwar il-kumpaniji fil-katina tal-provvista skont l-Artikolu 31? Kien hemm xi kumpaniji fil-katina tal-provvista li kisru l-liġijiet rilevanti (10) u ġew issanzjonati mill-Istat għall-ksur ta’ tali liġijiet? |
|
— |
Hemm xi informazzjoni komplementari dwar il-konformità mal-EUDR ta’ kumpaniji fil-katina tal-provvista disponibbli minn skemi ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika minn partijiet terzi? Għal kjarifika tar-rwol tal-iskemi ta’ verifika minn partijiet terzi, ara t-Taqsima 10. |
|
— |
Il-prodotti rilevanti ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni? Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni hija definita fl-Artikolu 2(40). Għal aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ legalità, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 6. |
|
— |
Hemm tħassib fir-rigward tal-pajjiż tal-produzzjoni u tal-oriġini jew partijiet minnu, bħal-livell ta’ korruzzjoni, il-prevalenza tal-falsifikazzjoni tad-dokumenti u tad-data, in-nuqqas ta’ infurzar tal-liġi, il-ksur tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, il-kunflitt armat jew il-prevalenza tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea? Dan it-tħassib jista’ jimmina l-affidabbiltà ta’ xi dokumenti li juru konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli. Għalhekk, għandhom jitqiesu l-livell ta’ korruzzjoni tal-pajjiż, l-indiċijiet tar-riskju tan-negozju, u indikaturi rilevanti oħra. |
|
— |
Id-dokumenti kollha li juru konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-fornitur, u huma verifikabbli immedjatament? Jekk id-dokumenti rilevanti kollha jkunu lesti u disponibbli fuq talba tal-operaturi, allura jkun aktar probabbli li l-katina tal-provvista tkun stabbilita sew u l-fornitur ikun konxju tar-rekwiżiti tal-EUDR. |
b) Riskju negliġibbli
Il-kunċett ta’ riskju negliġibbli għandu jinftiehem f’konformità mal-Artikolu 2(26) li jfisser li abbażi ta’ valutazzjoni sħiħa tal-informazzjoni speċifika għall-prodott u ġenerali skont l-Artikolu 10, u, fejn meħtieġ, tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa skont l-Artikolu 11, il-komoditajiet jew il-prodotti ma juru l-ebda raġuni għal tħassib li mhumiex f’konformità mal-Artikolu 3(a) (ma jinvolvux id-deforestazzjoni) jew (b) (prodotti legalment, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni).
Il-lista tal-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju fl-Artikolu 10(2) mhijiex eżawrjenti; l-operaturi jistgħu jagħżlu li japplikaw kriterji ulterjuri jekk dawn jgħinu biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà li komodità jew prodott rilevanti jkun ġie prodott illegalment jew kien jinvolvi d-deforestazzjoni, jew jekk jgħin biex tiġi ppruvata produzzjoni legali jew mingħajr deforestazzjoni.
Skont l-Artikolu 13, l-operaturi SMEs u mhux SMEs li jakkwistaw minn pajjiżi b’riskju baxx mhumiex meħtieġa jissodisfaw l-obbligi skont l-Artikolu 10 l-Artikolu 11 sabiex jiksbu riskju negliġibbli, wara li, f’konformità mal-Artikolu 13(1) ikunu (i) ivvalutaw il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti u r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni jew taħlit ma’ prodotti ta’ oriġini mhux magħrufa u (ii) aċċertaw li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti kollha li jintroduċu fis-suq jew jesportaw ikunu ġew prodotti esklużivament f’tali pajjiżi jew f’partijiet minnhom, li ġew ikklassifikati bħala b’riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29 (11). Madankollu, il-passi deskritti fl-Artikoli 10 u 11 japplikaw jekk operatur li jakkwista minn pajjiż b’riskju baxx jikseb jew jiġi mgħarraf bi kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju ta’ nuqqas ta’ konformità jew ċirkomvenzjoni, ara l-Artikolu 13(2). Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li l-operatur għandu skont l-Artikolu 13, għall-ġbir tal-informazzjoni meħtieġ mill-Artikolu 9(1)(g) u l-Artikolu 9(1)(h) tal-EUDR, ġeneralment ikun biżżejjed li l-informazzjoni tkun verifikabbli b’mod indipendenti u konklużiva fiha nnifisha. L-operatur jista’ jagħmel dan pereżempju billi jiżgura li l-informazzjoni relatata mal-prodott tkun konsistenti internament. Ma huwa meħtieġ l-ebda pass ulterjuri fil-valutazzjoni tal-informazzjoni sakemm, matul il-ġbir tal-informazzjoni jew matul il-valutazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 13 tal-EUDR innifsu, l-operaturi ma jiġux mgħarrfa b’informazzjoni ġdida rilevanti li tindika li prodott rilevanti li beħsiebhom jintroduċu fis-suq jew li jesportaw ma jkunx f’riskju li ma jikkonformax mar-Regolament.
Għal operaturi li mhumiex SMEs aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista, is-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 4(9) tista’ tapplika wkoll, u dan ifisser li l-operaturi li mhumiex SMEs f’dan il-każ sempliċement jeħtiġilhom jiżguraw li d-diliġenza dovuta twettqet b’mod xieraq upstream. L-iżgurar li d-diliġenza dovuta twettqet kif suppost mhux neċessarjament jimplika li kull dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta ppreżentata upstream ikollha tiġi vverifikata sistematikament. Pereżempju, l-operatur downstream li mhuwiex SME jista’ jivverifika li l-operaturi upstream għandhom fis-seħħ sistema ta’ diliġenza dovuta operazzjonali u aġġornata, inklużi politiki, kontrolli u proċeduri adegwati u proporzjonati għall-mitigazzjoni u l-ġestjoni effettiva tar-riskji ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodotti rilevanti, biex jiġi żgurat li d-diliġenza dovuta tiġi eżerċitata kif xieraq u b’mod regolari.
F’każ li l-valutazzjoni tar-riskju u l-eżerċizzju tal-mitigazzjoni tar-riskju jikkonkludu li kwalunkwe kriterju tar-riskju jiżvela livell ta’ riskju mhux negliġibbli, il-prodott għandu jitqies li għandu riskju mhux negliġibbli. Għalhekk, l-operatur ma għandux jintroduċih fis-suq tal-Unjoni jew jesportah mis-suq tal-Unjoni.
c) Rwol tan-negozjanti li huma SMEs u li mhumiex SMEs
Skont l-Artikolu 2(17), in-negozjanti huma persuni fil-katina tal-provvista għajr l-operaturi li, matul attività kummerċjali, iqiegħdu fis-suq prodotti rilevanti.
Jekk negozjant huwiex soġġett għall-obbligi ta’ diliġenza dovuta jiddependi minn jekk in-negozjant huwiex SME jew le, u dan huwa ddeterminat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ara l-Artikolu 2(30) tal-EUDR.
Jekk in-negozjant ma jkunx SME, skont l-Artikolu 5(1), japplikaw l-obbligi u d-dispożizzjonijiet għall-operaturi mhux SME, li jfisser li n-negozjant mhux SME jeħtieġlu jiżgura li d-diliġenza dovuta ġiet eżerċitata upstream (ara s-subkapitolu preċedenti).
Għan-negozjanti SMEs, l-obbligi applikabbli huma stabbiliti fl-Artikolu 5(2) sa (6) tar-Regolament. In-negozjanti li huma SMEs għandhom iqiegħdu fis-suq il-prodotti rilevanti biss jekk ikollhom l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5(3), essenzjalment l-identità tal-fornituri tagħhom u tal-klijenti korporattivi tagħhom u n-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta assoċjati mal-prodotti. In-negozjanti li huma SMEs ma għandhomx għalfejn jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u ma għandhomx għalfejn jiżguraw li d-diliġenza dovuta ġiet eżerċitata upstream. L-obbligu tagħhom huwa li jżommu t-traċċabbiltà tal-prodotti rilevanti, jiġifieri jeħtiġilhom jiġbru u jżommu l-informazzjoni kif ukoll jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba li juru l-konformità.
d) Interazzjoni mad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva
Id-Direttiva 2024/1760 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva (12) (CSDDD, Corporate Sustainability Due Diligence Directive) tistabbilixxi qafas orizzontali ġenerali għad-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà għal kumpaniji kbar ħafna tal-UE u mhux tal-UE. L-EUDR jipprovdi qafas settorjali għad-deforestazzjoni fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-diliġenza dovuta għal ċerti prodotti. Is-CSDDD u l-EUDR għandhom kampijiet ta’ applikazzjoni differenti iżda huma fil-biċċa l-kbira komplementari, u t-tnejn għandhom jiġu applikati b’mod koerenti biex tiġi żgurata diliġenza dovuta effettiva. Meta r-regoli speċifiċi dwar id-diliġenza dovuta skont l-EUDR ikunu f’kunflitt mar-regoli ġenerali tas-CSDDD, id-dispożizzjonijiet tal-EUDR, li huma lex specialis, jiġu qabel ir-regoli ġenerali tas-CSDDD (lex generalis) sal-punt tal-kunflitt, sakemm dawn jipprevedu obbligi aktar estensivi jew aktar speċifiċi li jsegwu l-istess objettivi. Din ir-regola hija stabbilita fl-Artikolu 1(3) tas-CSDDD u ssegwi l-prinċipji tad-dritt tal-UE, li jagħtu preċedenza lil lex specialis fuq lex generalis f’każijiet bħal dawn.
5. KJARIFIKA TAL-“KUMPLESSITÀ TAL-KATINA TAL-PROVVISTA”
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 8 — Diliġenza dovuta; l-Artikolu 9 — Rekwiżiti ta’ informazzjoni; l-Artikolu 10 — Valutazzjoni tar-riskju; l-Artikolu 11 — Mitigazzjoni tar-riskju |
“Il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti” hija elenkata b’mod espliċitu bħala kriterju tal-valutazzjoni tar-riskju fl-Artikolu 10(2)(i) tal-EUDR u għalhekk hija rilevanti għall-parti tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta. Hija waħda minn diversi kriterji tal-parti tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11.
Ir-raġunament li jirfed dan il-kriterju huwa li t-traċċar ta’ prodotti rilevanti lura lejn il-pajjiż tal-produzzjoni u l-biċċiet ta’ art fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti jista’ jkun aktar diffiċli jekk il-katina tal-provvista tkun kumplessa, u dan huwa fattur li huwa assoċjat ma’ riskju akbar ta’ nuqqas ta’ konformità. L-inkonsistenza tal-informazzjoni u tad-data rilevanti u l-problemi li jiksbu l-informazzjoni meħtieġa fi kwalunkwe punt fil-katina tal-provvista jistgħu jżidu r-riskju li komoditajiet jew prodotti mhux konformi jidħlu fil-katina tal-provvista. Il-kunsiderazzjoni ewlenija hija l-punt sa fejn huwa possibbli li jiġu ttraċċati l-komoditajiet rilevanti li jinsabu fi prodott rilevanti lura lejn il-biċċiet ta’ art fejn ġew prodotti.
Ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità jiżdied jekk il-kumplessità tal-katina tal-provvista tagħmilha diffiċli li tiġi identifikata l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(2) tal-EUDR. L-eżistenza ta’ passi mhux identifikati fil-katina tal-provvista jew kwalunkwe sejba oħra li tindika nuqqas ta’ konformità tista’ twassal għall-konklużjoni li r-riskju mhuwiex negliġibbli.
Il-kumplessità tal-katina tal-provvista tiżdied bin-numru ta’ proċessuri u intermedjarji bejn il-biċċiet ta’ art fil-pajjiż tal-produzzjoni u l-operatur jew in-negozjant. Il-kumplessità tista’ tiżdied ukoll meta jintuża aktar minn prodott rilevanti wieħed għall-manifattura ta’ prodott rilevanti ġdid, jew jekk il-komoditajiet rilevanti jinkisbu minn diversi pajjiżi tal-produzzjoni. Min-naħa l-oħra, l-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta aktarx ikun aktar sempliċi fi ktajjen tal-provvista qosra, u katina tal-provvista qasira tista’, b’mod partikolari fil-każ ta’ diliġenza dovuta simplifikata skont l-Artikolu 13, tkun fattur li jgħin biex jintwera li hemm riskju negliġibbli ta’ ċirkomvenzjoni tar-Regolament.
Sabiex tiġi vvalutata l-kumplessità tal-katina tal-provvista, l-operaturi u n-negozjanti jistgħu jużaw il-lista (mhux eżawrjenti) ta’ mistoqsijiet li ġejja għall-prodotti rilevanti li għandhom jiġu introdotti, jew jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, jew jiġu esportati minnu:
|
— |
Kien hemm diversi proċessuri u/jew passi fil-katina tal-provvista qabel ma prodott rilevanti partikolari ġie introdott jew tqiegħed fis-suq tal-Unjoni, jew ġie esportat minnu? |
|
— |
Il-prodott rilevanti fih komoditajiet rilevanti miksuba minn diversi biċċiet ta’ art u/jew pajjiżi tal-produzzjoni? |
|
— |
Il-prodott rilevanti huwa prodott ipproċessat ħafna (li fih innifsu jista’ jkun fih diversi prodotti rilevanti oħra)? |
|
— |
Għall-injam,
|
6. LEGALITÀ
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR— l-Artikolu 2(40) — Definizzjonijiet u l-Artikolu 3(b) — Projbizzjoni |
Skont l-Artikolu 3 tal-EUDR, il-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti ma għandhomx jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-suq jew jiġu esportati, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
a) |
mingħajr deforestazzjoni, |
|
b) |
ikunu ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni, u |
|
c) |
ikunu koperti minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta. |
Il-prodotti rilevanti jridu jissodisfaw it-tliet kriterji kollha b’mod separat u individwalment; inkella, l-operaturi u n-negozjanti li mhumiex SMEs għandhom joqogħdu lura milli jintroduċuhom jew iqegħduhom fis-suq jew milli jesportawhom.
a) Leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni
Il-bażi biex jiġi ddeterminat jekk komodità rilevanti jew prodott rilevanti ġiex prodott f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni hija l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li fih il-komodità, jew fil-każ ta’ prodott, il-komodità li tinsab fi prodott rilevanti, tkabbret, inħasdet, inkisbet jew ġiet imrobbija fuq biċċiet ta’ art rilevanti jew, fir-rigward tal-bhejjem tal-ifrat, fi stabbilimenti.
L-EUDR jieħu approċċ flessibbli billi jelenka għadd ta’ oqsma tal-liġi mingħajr ma jispeċifika liġijiet partikolari, peress li dawn ivarjaw minn pajjiż għal ieħor u jistgħu jkunu soġġetti għal emendi. Madankollu, huma biss il-liġijiet applikabbli li jikkonċernaw l-istatus legali taż-żona ta’ produzzjoni li jikkostitwixxu leġiżlazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 2(40) tal-EUDR. Dan ifisser li ġeneralment ir-rilevanza tal-liġijiet għar-rekwiżit ta’ legalità fl-Artikolu 3(b) tal-EUDR mhijiex iddeterminata mill-fatt li dawn jistgħu japplikaw b’mod ġenerali matul il-proċess tal-produzzjoni tal-komoditajiet jew japplikaw għall-ktajjen tal-provvista tal-prodotti rilevanti u tal-komoditajiet rilevanti, iżda mill-fatt li dawn il-liġijiet jaffettwaw speċifikament jew jinfluwenzaw l-istatus legali taż-żona li fiha ġew prodotti l-komoditajiet.
Barra minn hekk, l-Artikolu 2(40) tal-EUDR irid jinqara fid-dawl tal-objettivi tal-EUDR kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), li jfisser li l-leġiżlazzjoni hija rilevanti wkoll jekk il-kontenut tagħha jista’ jkun marbut mat-twaqqif tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fil-kuntest tal-impenn tal-Unjoni li tindirizza t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità.
Il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 2(40) jispeċifikaw aktar din il-leġiżlazzjoni rilevanti. Il-lista li ġejja tagħti xi eżempji konkreti li huma għal finijiet ta’ illustrazzjoni biss u ma jistgħux jitqiesu eżawrjenti:
|
— |
Id-drittijiet għall-użu tal-art, inklużi l-liġijiet dwar il-ħsad u l-produzzjoni fuq l-art jew dwar il-ġestjoni tal-art; bħal
|
|
— |
Il-protezzjoni tal-ambjent. Teżisti rabta mal-objettiv li jitwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew il-protezzjoni tal-bijodiversità, pereżempju,
|
|
— |
Ir-regoli relatati mal-foresti, inkluż il-ġestjoni tal-foresti u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, fejn direttament relatati mal-ħsad tal-injam, bħal
|
|
— |
Id-drittijiet tal-partijiet terzi, inklużi d-drittijiet għall-użu u d-dominju ta’ art affettwati mill-produzzjoni tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, u d-drittijiet tradizzjonali tal-użu tal-art tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali; dan jista’ jinkludi, eż. id-drittijiet għall-imposta fuq l-art jew id-drittijiet ta’ użufrutt. |
|
— |
Id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem protetti skont id-dritt internazzjonali, li japplikaw jew għall-persuni li jkunu preżenti fil-qasam tal-produzzjoni ta’ komoditajiet rilevanti sal-punt rilevanti għall-EUDR filwaqt li jitqiesu l-objettivi tiegħu kif minquxa fl-Artikolu 1(1) tal-EUDR, jew għal persuni bi drittijiet għaż-żona tal-produzzjoni ta’ komoditajiet jew prodotti rilevanti, inklużi d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali, jekk ikunu applikabbli jew riflessi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva; pereżempju, drittijiet tad-dominju ta’ art, territorji u riżorsi, drittijiet ta’ proprjetà, drittijiet fir-rigward ta’ trattati, ftehimiet u arranġamenti kostruttivi oħra bejn popli indiġeni u Stati. |
|
— |
Il-prinċipju ta’ kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC, free, prior and informed consent), inkluż kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni. Gwida ulterjuri dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju FPIC tista’ pereżempju tinstab permezz tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fejn huwa nnutat li l-Istati jrid ikollhom il-kunsens bħala l-objettiv ta’ konsultazzjoni qabel ma tittieħed kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
Ir-regolamenti dwar it-taxxa, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kummerċ u d-dwana.
|
b) Diliġenza dovuta fir-rigward tal-legalità
L-operaturi jeħtiġilhom ikunu konxji ta’ liema leġiżlazzjoni teżisti f’kull wieħed mill-pajjiżi li qed jakkwistaw fir-rigward tal-istatus legali taż-żona ta’ produzzjoni. Il-leġiżlazzjoni rilevanti tista’, fost affarijiet oħra, tikkonsisti minn:
|
— |
Liġijiet nazzjonali u reġjonali, inkluża l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti, |
|
— |
Id-dritt internazzjonali, inklużi trattati u ftehimiet multilaterali u bilaterali, kif applikabbli fil-liġi domestika permezz tal-kodifikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom, rispettivament. |
Skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-EUDR, l-informazzjoni, inklużi dokumenti u data li juru konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, trid tinġabar bħala parti mill-obbligu ta’ diliġenza dovuta. Dan jinkludi informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe arranġament li jagħti d-dritt li tintuża ż-żona rispettiva għall-finijiet tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti. Jekk ikunx meħtieġ titolu tal-art jew dokumentazzjoni oħra ta’ arranġament ikun jiddependi mil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jekk il-pussess ta’ titolu tal-art ma jkunx meħtieġ skont il-liġi domestika għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, dan ma jkunx meħtieġ skont l-EUDR.
L-obbligu li jinġabru dokumenti jew informazzjoni oħra jiddependi mir-reġimi regolatorji differenti tal-pajjiżi, peress li mhux kollha jeħtieġu l-ħruġ ta’ dokumentazzjoni speċifika. Għalhekk, l-obbligu għandu jinftiehem bħala li jinkludi, fejn applikabbli:
|
— |
Dokumenti uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet tal-pajjiżi, bħal pereżempju permessi amministrattivi, |
|
— |
Dokumenti li juru obbligi kuntrattwali, inklużi kuntratti u ftehimiet ma’ popli indiġeni jew komunitajiet lokali, |
|
— |
Informazzjoni komplementari maħruġa minn skemi pubbliċi u privati ta’ ċertifikazzjoni jew skemi oħra vverifikati minn partijiet terzi, |
|
— |
Deċiżjonijiet ġudizzjarji, |
|
— |
Valutazzjonijiet tal-impatt, pjanijiet ta’ ġestjoni, rapporti tal-awditjar ambjentali. |
Id-dokumenti addizzjonali li ġejjin jistgħu jkunu utli wkoll:
|
— |
Dokumenti li juru l-politiki tal-kumpaniji u l-kodiċijiet ta’ kondotta, |
|
— |
Awtodikjarazzjoni volontarja tal-produtturi ta’ komoditajiet rilevanti li fihom produttur jiddikjara li l-prodott ġie prodott f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-produzzjoni, |
|
— |
Ftehimiet ta’ responsabbiltà soċjali bejn atturi privati u detenturi terzi tad-dritt, |
|
— |
Rapporti speċifiċi dwar il-pretensjonijiet u l-kunflitti dwar id-dominju u d-drittijiet. |
L-Informazzjoni, inklużi dokumenti u data, tista’ tinġabar f’forma stampata jew elettronika.
Huwa importanti li wieħed jinnota li l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti u d-data, iridu jinġabru skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-EUDR anke għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju (l-Artikolu 10 tal-EUDR) u ma għandhiex titqies bħala rekwiżit indipendenti, sakemm il-prodott ma jinkisibx kompletament minn pajjiżi b’riskju baxx jew partijiet minnhom. Fil-każ ta’ akkwist kompletament minn pajjiżi b’riskju baxx jew partijiet minnhom (13), skont l-Artikolu 13 tal-EUDR, l-operaturi li huma SMEs u li mhumiex SMEs jeħtiġilhom iwettqu biss il-passi li ġejjin li jiddeskrivu l-valutazzjoni tar-riskju jekk l-operaturi jiksbu jew jiġu mgħarrfa b’informazzjoni li tindika riskju ta’ nuqqas ta’ konformità jew ċirkomvenzjoni.
Skont l-Artikolu 10(1) tal-EUDR, l-informazzjoni miġbura trid tiġi vvalutata kollha kemm hi biex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-konformità tul il-katina tal-provvista kollha. L-informazzjoni kollha trid tiġi analizzata u vverifikata, jiġifieri l-operaturi jeħtiġilhom ikunu jistgħu jevalwaw il-kontenut u l-affidabbiltà tad-dokumenti li jiġbru u jifhmu r-rabtiet bejn l-informazzjoni differenti f’dokumenti differenti. Normalment, l-operatur għandu jivverifika bħala parti mill-valutazzjoni:
|
— |
jekk id-dokumenti differenti humiex konformi ma’ xulxin u ma’ informazzjoni oħra disponibbli, |
|
— |
x’juri eżattament kull dokument, |
|
— |
fuq liema sistema (eż. kontroll mill-awtoritajiet, awditu indipendenti, eċċ.) huwa bbażat id-dokument, |
|
— |
l-affidabbiltà u l-validità ta’ kull dokument, jiġifieri l-probabbiltà li jiġi ffalsifikat jew maħruġ illegalment. |
L-operaturi għandhom jieħdu miżuri raġonevoli biex jaċċertaw li tali dokumenti huma ġenwini, skont il-valutazzjoni tagħhom tas-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż tal-produzzjoni. F’dan ir-rigward, l-operatur għandu jikkunsidra wkoll ir-riskju ta’ korruzzjoni (eż. tixħim, kollużjoni, jew frodi). Diversi sorsi jipprovdu informazzjoni ġeneralment disponibbli dwar il-livell ta’ korruzzjoni f’pajjiż jew f’reġjun subnazzjonali, pereżempju l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta’ Transparency International, jew indiċijiet internazzjonali rikonoxxuti simili jew informazzjoni rilevanti oħra (14).
F’każijiet fejn il-livell ta’ korruzzjoni jitqies għoli jista’ jkun hemm implikazzjoni li d-dokumenti ma jistgħux jitqiesu affidabbli, u tista’ tkun meħtieġa verifika ulterjuri. F’każijiet bħal dawn hija meħtieġa attenzjoni speċjali meta jiġu vverifikati d-dokumenti peress li jista’ jkun hemm raġuni biex tiġi ddubitata l-kredibbiltà tagħhom.
Minbarra li jiddependu minn indiċijiet internazzjonali rikonoxxuti, l-operaturi jistgħu jivverifikaw listi ta’ kundizzjonijiet u vulnerabbiltajiet, inkluża evidenza preċedenti ta’ prassi korrotta, li jindikaw riskju akbar — u b’hekk jitolbu livell ogħla ta’ skrutinju. Eżempji ta’ tali evidenza addizzjonali jistgħu jinkludu skemi vverifikati minn partijiet terzi (ara t-Taqsima 10 ta’ din il-gwida), awditi indipendenti jew awtoawditi, jew l-użu ta’ teknoloġiji/metodi forensiċi li jsegwu l-prodotti rilevanti li jistgħu jgħinu biex jiġu żvelati indikazzjonijiet ta’ korruzzjoni jew illegalitajiet.
L-operaturi downstream li mhumiex SMEs u n-negozjanti li mhumiex SMEs huma taħt l-obbligu li jaċċertaw li d-diliġenza dovuta, inkluż dwar il-legalità, ġiet eżerċitata mill-operatur upstream, ara l-Artikolu 4(9) tal-EUDR. Meta jiġbru l-informazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-data għal dan il-għan, l-operaturi u n-negozjanti downstream għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-kompetizzjoni.
7. AMBITU TAL-PRODOTT
a) Kjarifika — Materjali tal-ippakkjar u għall-imballaġġ
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 2 — Definizzjonijiet; l-Anness I tal-EUDR |
L-Anness I tal-EUDR jistabbilixxi l-lista ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (15).
Il-kodiċi SA 4819 ikopri: “Kartun, kaxxi, kontenituri, boroż u kontenituri oħrajn għal ippakkjar, ta’ karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi; fajls kaxxa, trejs tal-ittri, u oġġetti simili, ta’ karta jew kartun, ta’ tip użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom”.
|
— |
Jekk xi wieħed mill-oġġetti ta’ hawn fuq jiġi introdott fis-suq jew jiġi esportat bħala prodott minnu nnifsu, aktar milli bħala ppakkjar għal prodott ieħor, dan ikun kopert mir-Regolament u għalhekk japplikaw l-obbligi stabbiliti fl-EUDR. |
|
— |
Jekk il-materjal tal-ippakkjar, kif ikklassifikat taħt il-kodiċi SA 4819 , jintuża biex “jirfed, jipproteġi jew iġorr” prodott ieħor, dan ma jkunx kopert mir-Regolament. |
Il-kodiċi SA 4415 ikopri: “Kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili, tal-injam; tnabar tal-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits tal-injam”.
|
— |
Jekk xi wieħed mill-oġġetti ta’ hawn fuq jiġi introdott fis-suq jew jiġi esportat bħala prodott minnu nnifsu, dan ikun kopert mir-Regolament u għalhekk japplikaw l-obbligi stabbiliti fl-EUDR. |
|
— |
L-oġġetti fl-4415 użati esklużivament bħala materjal tal-ippakkjar biex jirfdu, jipproteġu jew iġorru prodott ieħor introdotti fis-suq mhumiex koperti mill-EUDR. |
F’dawn il-kategoriji, hemm distinzjoni ulterjuri bejn l-ippakkjar li jitqies li jagħti lil prodott il-“karattru essenzjali” tiegħu u l-ippakkjar li huwa ffurmat u mwaħħal ma’ prodott speċifiku iżda li mhuwiex parti integrali mill-prodott innifsu. Ir-regola ġenerali 5 dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (16) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tiċċara dawn id-differenzi, u l-eżempji huma ppreżentati hawn taħt. Il-kontenituri b’“karattru essenzjali” huma assenjati l-kodiċi SA tagħhom stess u huma kklassifikati b’mod indipendenti mill-prodott li fihom u huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, filwaqt li l-kontenituri b’forma speċjali jew imwaħħla biex ikun fihom oġġetti speċifiċi huma assenjati l-Kodiċi SA tal-prodott li fihom, jekk dawn il-kontenituri jkunu tajbin għal użu fit-tul, ippreżentati mal-oġġetti li huma maħsuba għalihom u meta jkunu ta’ tip li normalment jinbiegħu magħhom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (ir-Regola Ġenerali 5a). L-imballaġġ ordinarju, bħall-materjali tal-imballaġġ u l-kontenituri tal-imballaġġ ippreżentati mal-oġġetti fihom għandhom jiġu kklassifikati mal-oġġetti jekk ikunu ta’ tip normalment użat għall-imballaġġ ta’ tali oġġetti, li jfisser li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (ir-Regola Ġenerali 5b). Karta jew materjali oħra tat-tgeżwir għandhom jitqiesu bħala parti integrali ta’ prodott jekk l-għan tagħhom huwa li jipproteġuh, iġorruh jew jittrasportawh.
Madankollu, dawn id-distinzjonijiet addizzjonali x’aktarx li jkunu rilevanti biss għal proporzjon żgħir ta’ oġġetti soġġetti għar-Regolament.
Fil-qosor, dan li ġej huwa soġġett għar-Regolament:
|
— |
Materjali tal-ippakkjar introdotti jew imqiegħda fis-suq jew esportati bħala prodotti fihom innifshom; |
|
— |
Kontenituri li jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu. |
Dan li ġej mhuwiex soġġett għar-Regolament:
|
— |
Materjal tal-ippakkjar ippreżentat b’oġġetti ġo fih u użat esklużivament biex isostni, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor. |
b) Kjarifika — Skart u prodotti rkuprati u riċiklati
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — il-Premessa (40); l-Anness I tal-EUDR; id-Direttiva 2008/98/KE — l-Artikolu 3(1) |
Matul l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, l-operaturi u n-negozjanti jimmaniġġaw il-prodotti użati li jkunu temmew iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u li altrimenti jintremew bħala skart. Skart tfisser sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew beħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi (id-Direttiva 2008/98/KE, l-Artikolu 3(1)). Tali prodotti huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR. Dan ifisser li dawn l-operaturi u n-negozjanti huma eżentati mill-obbligi tal-EUDR f’dawn il-każijiet.
Din l-eżenzjoni tapplika għal oġġetti li jkunu ġew prodotti kompletament minn materjal li jkun temm iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u li kieku kien jintrema bħala skart (eż. injam irkuprat minn bini żarmat, jew oġġetti magħmula mill-karfa tal-kafè).
Din l-eżenzjoni ma tapplikax għal prodotti sekondarji ta’ proċess ta’ manifattura li jinvolvi materjal li mhuwiex skart fis-sens li jkun sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew ikollu l-intenzjoni jew li jkun meħtieġ li jarmi.
M1: Il-laqx u s-serratura tal-injam huma prodotti bħala prodotti sekondarji tal-isserrar tal-injam soġġetti għar-Regolament?
Iva, dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni taħt il-kodiċi SA 4401 li huwa soġġett għall-EUDR. Dan għaliex il-laqx u s-serratura tal-injam jistgħu jintużaw bħala injam għall-fjuwil u għalhekk ma jkunux temmew iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Eċċezzjoni tkun il-laqx/serratura tal-injam użata esklużivament bħala materjal tal-ippakkjar li jirfed, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor.
M2: L-għamara magħmula mill-injam rkuprat wara t-twaqqigħ ta’ dar hija soġġetta għar-Regolament?
Le, jekk dawn il-prodotti jkunu magħmulin kompletament minn materjal li jkun temm iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u li kieku kien jintrema bħala skart, ma humiex soġġetti għar-Regolament. Madankollu, jekk il-prodotti jkun fihom xi ammont ta’ materjal mhux riċiklat, dik il-parti tkun soġġetta għar-Regolament.
M3: Il-prodotti magħmula minn materjal riċiklat jew irkuprat huma soġġetti għar-Regolament?
Le, jekk il-prodotti rilevanti huma magħmula kompletament minn materjal riċiklat, dawn mhumiex soġġetti għall-EUDR. Madankollu, jekk il-prodotti rilevanti jkun fihom xi ammont ta’ materjal mhux riċiklat jew mhux irkuprat, dak l-ammont ikun soġġett għar-Regolament, bħall-użu tal-polpa verġni fil-produzzjoni tal-karta, u l-injam użat għat-tiswija tal-palits.
M4: Il-pellets tal-fjuwil magħmula minn għenieqed tal-frott vojta jew qxur tal-lewż tal-palm huma soġġetti għar-Regolament?
Iva, meta l-għenieqed tal-frott vojta u l-qxur tal-lewż tal-palm, anki fil-forma ta’ pellets, jiġu kklassifikati bħala prodotti sekondarji tar-residwi solidi tal-proċess tal-estrazzjoni taż-żejt tal-palm, il-pellets tal-fjuwil magħmula minnhom ikunu koperti taħt il-kodiċi SA 2306 60 fl-Anness I tal-EUDR. Il-pellets tal-fjuwil mhumiex soġġetti għar-Regolament jekk ikunu magħmulin kompletament minn materjali kklassifikati bħala skart.
M5: Il-prodotti magħmulin minn ġilda tal-bhejjem tal-ifrat riċiklata huma soġġetti għar-Regolament?
Le, jekk il-ġilda fil-prodott tiġi riċiklata kompletament, allura ma tkunx soġġetta għall-EUDR. Madankollu, jekk il-prodotti jkun fihom xi ammont ta’ ġilda mhux riċiklata, dik il-ġilda tkun soġġetta għar-Regolament.
M6: Il-kafè mitħun, għall-użu fil-prodotti tal-indafa personali jew fil-fertilizzanti, huwa soġġett għar-Regolament?
Le, jekk il-kafè mitħun huwa skart minn kafetterija, pereżempju, u kieku kien jintrema.
M7: Il-prodotti rilevanti huma koperti mill-EUDR f’każ li jiġu prodotti minn komoditajiet mhux rilevanti?
Ir-Regolament ma japplikax għal prodotti li huma magħmulin minn komoditajiet mhux rilevanti, anki jekk dawk il-prodotti jippreżentaw l-istess Nomenklatura Magħquda bħall-prodotti rilevanti magħmulin minn komoditajiet rilevanti. Ir-Regolament japplika biss għall-prodotti rilevanti magħmulin minn komoditajiet rilevanti.
Dan huwa l-każ pereżempju għal:
|
i. |
iż-żejt tal-palm mill-ispeċi tal-palm taż-żejt Elaeis spp. (inkluża l-Elaeis guineensis) huwa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR, iżda ż-żejt babassu mill-ġeneru Attalea spp. (inkluża l-Attalea speciosa) u żjut veġetali oħrajn minn speċijiet tas-siġra tal-palma mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR; |
|
ii. |
il-lastiku mill-Hevea brasiliensis hija fil-kamp ta’ applikazzjoni, iżda balata, guttaperka, gwajul, ħalib tas-sapodilja u gomom naturali simili prodotti ma’ speċijiet oħra mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR, u lanqas ma huma prodotti tal-lastiku sintetiku; |
|
iii. |
il-prodotti tal-injam huma fil-kamp ta’ applikazzjoni, iżda l-prodotti magħmula mill-kannadindja, mill-bambù, u minn materjali oħra ta’ natura tal-injam mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EUDR. |
8. MANUTENZJONI REGOLARI TA’ SISTEMA TA’ DILIĠENZA DOVUTA
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 12 — Stabbiliment u manutenzjoni ta’ sistemi ta’ diliġenza dovuta, rappurtar u żamma ta’ rekords |
Sabiex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8, l-operaturi jeħtiġilhom jistabbilixxu u jżommu aġġornat qafas ta’ dokumentazzjoni, analiżi, verifika u rappurtar tal-proċeduri u tal-miżuri (“is-sistema ta’ diliġenza dovuta”). L-għan tad-diliġenza dovuta skont l-EUDR huwa li jinkiseb eżitu meħtieġ billi jintwrew proċessi konsistenti fl-operat tan-negozji. Huwa importanti li operatur, f’konformità mal-Artikolu 12(2), jirrieżamina s-sistema ta’ diliġenza dovuta tiegħu mill-inqas darba fis-sena biex jiżgura li dawk responsabbli jkunu qed isegwu l-proċeduri li japplikaw għalihom, li l-proċessi fis-seħħ ikunu effettivi u li jkun qed jinkiseb l-eżitu meħtieġ. L-operaturi għandhom jaġġornaw ukoll is-sistema ta’ diliġenza dovuta jekk matul ir-rieżami jew fi kwalunkwe punt ieħor isiru konxji ta’ żviluppi ġodda li jistgħu jinfluwenzaw l-għanijiet tas-sistema ta’ diliġenza dovuta, bħall-effettività u l-komprensività tal-passi jew tal-proċeduri fis-sistema. Kwalunkwe aġġornament fis-sistema ta’ diliġenza dovuta jrid jiġi rreġistrat u r-rekords iridu jinżammu għal 5 snin.
Ir-rieżami jista’ jitwettaq minn xi ħadd fl-organizzazzjoni tal-operatur (li għandu jkun indipendenti minn dawk li jwettqu l-proċeduri) jew minn korp estern. Għandu jidentifika kwalunkwe dgħufija u falliment u l-maniġment tal-operatur għandu jistabbilixxi skadenzi sa meta dawn għandhom jiġu indirizzati.
Fil-każ ta’ sistema ta’ diliġenza dovuta tal-prodott rilevanti, ir-rieżami għandu pereżempju jivverifika jekk hemmx proċeduri dokumentati:
|
— |
għall-ġbir u r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni, tad-data u tad-dokumenti meħtieġa biex tintwera l-konformità. |
|
— |
għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott rilevanti jew ta’ kwalunkwe komponent tal-prodott rilevanti li fih prodotti rilevanti jew komoditajiet rilevanti li mhumiex mingħajr deforestazzjoni jew li ma ġewx prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni. |
|
— |
li jindirizzaw l-azzjonijiet proposti li għandhom jittieħdu skont il-livell ta’ riskju. |
Ir-rieżami għandu jivverifika wkoll jekk dawk responsabbli għat-twettiq ta’ kull pass fil-proċeduri jifhmux u humiex qegħdin jimplimentaw kull pass, u li hemm kontrolli adegwati biex jiġi żgurat li l-proċeduri jkunu effettivi fil-prattika (jiġifieri li jidentifikaw u jirriżultaw fl-esklużjoni ta’ prodott rilevanti li jinvolvi riskju mhux negliġibbli ta’ nuqqas ta’ konformità). Prattika tajba ssuġġerita għall-evidenza tar-rieżami hija li jiġu ddokumentati l-passi segwiti fir-rieżami u l-eżiti tiegħu.
9. PRODOTTI KOMPOSTI
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 4 — Obbligi tal-operaturi; l-Artikolu 9 — Rekwiżiti ta’ informazzjoni; l-Artikolu 33 — Sistema ta’ informazzjoni |
L-operaturi u n-negozjanti jistgħu jimmaniġġaw il-prodotti rilevanti, kif elenkati fl-Anness I tal-EUDR, li fihom jew li huma magħmulin parzjalment minn prodotti rilevanti oħra jew komoditajiet rilevanti oħra. Fil-prattika, dawn xi drabi jissejħu “prodotti komposti” għalkemm dan mhuwiex terminu legali użat fl-EUDR.
L-EUDR jistabbilixxi regoli sabiex jiġi żgurat li l-komoditajiet rilevanti u l-prodotti rilevanti li jinsabu fil-prodotti rilevanti, jew li minnhom isiru l-prodotti rilevanti, jiġu identifikati kif xieraq matul id-diliġenza dovuta tal-operatur skont l-Artikolu 8. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-prodotti rilevanti kollha jkunu f’konformità mar-Regolament.
L-operaturi jeħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni elenkati fl-Artikolu 9 bħala parti mid-diliġenza dovuta tagħhom għall-prodotti rilevanti li jkunu qed jintroduċu fis-suq jew jesportaw minnu. F’xi każijiet jista’ jkun kumpless li jiġu identifikati l-ispeċijiet, l-oriġini u l-ġeolokalizzazzjonijiet tal-komoditajiet rilevanti li jinsabu fil-prodotti rilevanti, b’mod partikolari għall-prodotti rikostitwiti bħall-karta, il-fibreboard u l-bord tal-partikoli, jew prodotti pproċessati ħafna, bħal preparazzjonijiet tal-ikel li fihom il-kawkaw, iżda din l-informazzjoni hija meħtieġa għall-prodotti li għandhom jiġu introdotti fis-suq jew esportati. Għal aktar referenza jekk jogħġbok ara l-Anness II ta’ dan id-dokument ta’ Gwida.
Barra minn hekk, meta jintroduċi fis-suq tal-Unjoni jew jesporta prodotti rilevanti, jekk dawn ikun fihom jew ikunu magħmulin minn prodotti rilevanti oħra (kif elenkati fl-Anness I tal-EUDR) li ma kinux soġġetti għal diliġenza dovuta qabel, l-operatur jeħtieġlu jwettaq id-diliġenza dovuta fuq dawk il-partijiet tal-prodott rilevanti. Dan japplika kemm għal operaturi li huma SMEs kif ukoll għal operaturi li mhumiex SMEs (l-Artikolu 4(8) u (9)).
Il-prodotti komposti jista’ jkun fihom diversi prodotti rilevanti taħt komoditajiet differenti. Pereżempju, bar taċ-ċikkulata [SA 1806 ] tista’ tinkludi prodotti derivati tal-kawkaw (trab tal-kawkaw [SA 1805 ] u butir tal-kawkaw [SA 1804 ]) u palm taż-żejt (żejt tal-palm [SA 1511 ]). F’każijiet bħal dawn, l-operatur li jintroduċi l-prodott fis-suq tal-UE jew li jesporta minnu se jkun meħtieġ biss li jwettaq diliġenza dovuta fuq il-prodotti rilevanti elenkati taħt il-komodità meqjusa rilevanti fl-Anness I tal-EUDR. Pereżempju, għall-bars taċ-ċikkulata [SA 1806 ], il-komodità rilevanti marbuta magħha hija l-kawkaw. Dan ifisser li l-obbligu ta’ diliġenza dovuta u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni jestendu biss għall-prodotti rilevanti elenkati fil-kolonna tal-lemin tal-Anness I taħt il-komodità rilevanti li fiha l-bar taċ-ċikkulata jew li tkun saret bl-użu tagħha, li f’dan il-każ hija t-trab tal-kawkaw u l-butir tal-kawkaw taħt il-komodità tal-kawkaw.
a) Rekwiżiti ta’ informazzjoni
Bħala parti mid-diliġenza dovuta tagħhom skont l-Artikolu 8, l-operaturi, meta jiddeskrivu l-prodotti rilevanti tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 9, jeħtieġ li jinkludu l-komoditajiet rilevanti jew il-prodotti rilevanti li l-prodotti rilevanti tagħhom fihom jew li jintużaw biex isiru dawk il-prodotti.
Dan ifisser li l-operaturi jeħtieġ li jiġbru l-informazzjoni dwar il-preżenza tal-komodità rilevanti fil-prodotti rilevanti li jkunu qed jintroduċu fis-suq jew jesportaw. Din l-informazzjoni tinkludi l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet ta’ art fejn tkun ġiet prodotta l-komodità rilevanti li tinsab fil-prodotti rilevanti, jew użata biex isiru l-prodotti rilevanti, flimkien ma’ aktar informazzjoni fl-Artikolu 9(1). Skont l-Artikolu 9, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-ġeolokalizzazzjoni għall-prodotti rilevanti tagħhom, l-operaturi għandhom jinkludu:
|
— |
il-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet ta’ art kollha fejn ikunu ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti li jkun fihom il-prodotti rilevanti, jew li jkunu saru bl-użu tagħhom, u |
|
— |
id-data jew il-medda ta’ żmien tal-produzzjoni. |
Meta prodott rilevanti jkun fih jew ikun sar b’komodità rilevanti prodotta fuq biċċiet ta’ art differenti, jeħtieġ li tiġi pprovduta l-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet ta’ art differenti kollha. Għall-prodotti rilevanti li jikkonsistu mill-bhejjem tal-ifrat jew li saru minnhom, skont l-Artikolu 2(29), ir-rekwiżit ta’ ġeolokalizzazzjoni jirreferi għall-postijiet jew l-istrutturi kollha assoċjati mat-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat, li jinkludu l-post tat-twelid, l-irziezet fejn inżammu — fil-każ ta’ biedja fil-beraħ, kwalunkwe ambjent jew post, fejn jinżammu l-bhejjem fuq bażi temporanja jew permanenti — saż-żmien tal-iskarnar.
Jekk ikun hemm xi deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti fuq kwalunkwe biċċa art li hija identifikata għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti rilevanti fi prodott rilevanti li huwa “prodott kompost”, dak il-prodott ma jistax jiġi introdott jew jitqiegħed fis-suq jew jiġi esportat (l-Artikolu 9(1)(d)).
Barra minn hekk, l-Artikolu 9 jirrikjedi l-isem komuni u l-isem xjentifiku sħiħ tal-ispeċijiet kollha, għall-prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-injam. Din id-dispożizzjoni tirreferi għall-prodotti rilevanti kollha li huma elenkati taħt il-komodità “injam” fl-Anness I. F’xi każijiet jista’ jkun diffiċli li jiġu identifikati l-ispeċijiet kollha f’kull komponent rilevanti għal prodotti komposti pproċessati ħafna, bħal bords tal-partikoli, karti u kotba stampati. Madankollu, jekk l-ispeċi eż. ta’ injam użat għall-produzzjoni tal-prodott tvarja, l-operatur jeħtieġlu jipprovdi lista ta’ kull speċi ta’ injam li setgħet intużat għall-produzzjoni tal-prodott tal-injam. L-ispeċijiet għandhom jiġu elenkati f’konformità man-nomenklatura tal-injam aċċettata internazzjonalment (eż. DIN EN 13556 tal-1 ta’ Ottubru 2003 dwar “Nomenklatura tal-injam użat fl-Ewropa”).
b) Diliġenza dovuta għall-prodotti komposti: l-użu ta’ dikjarazzjonijiet eżistenti ta’ diliġenza dovuta
L-operaturi li qed jintroduċu fis-suq jew jesportaw “prodotti komposti” (pereżempju għamara magħmula minn prodotti tal-injam rilevanti oħra) jistgħu jagħmlu referenza għal dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta eżistenti fejn applikabbli. Meta operaturi li mhumiex SMEs jew negozjanti li mhumiex SMEs ikunu qed jagħmlu sottomissjoni lis-Sistema ta’ Informazzjoni (deskritta fl-Artikolu 33) dawn jistgħu jirreferu għal dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta li jkunu diġà ġew sottomessi lis-Sistema ta’ Informazzjoni, iżda biss f’każijiet fejn ikunu aċċertaw li d-diliġenza dovuta għall-prodotti li jinsabu fi prodotti rilevanti jew magħmula minnhom tkun ġiet eżerċitata kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (9).
L-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta eżistenti tista’ ssir referenza għaliha sabiex tiġi kkompletata l-informazzjoni li għandha tkun inkluża f’Dikjarazzjoni ta’ Diliġenza Dovuta stabbilita fl-Anness II. Pereżempju, l-informazzjoni dwar il-ġeolokalizzazzjoni, l-ismijiet xjentifiċi jistgħu jiġu identifikati fid-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta ta’ prodott rilevanti li jinsab fil-prodott rilevanti li l-operatur ikun qed ifittex li jintroduċi fis-suq jew jesporta u ma jkollux għalfejn jerġa’ jiġi pprovdut jekk issir referenza għad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta upstream. Tista’ ssir referenza fis-Sistema ta’ Informazzjoni billi jiddaħħal in-numru ta’ referenza u n-numru ta’ verifika ta’ dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta upstream meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ġdida. L-operaturi u n-negozjanti li jippreżentaw dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta se jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk l-informazzjoni dwar il-ġeolokalizzazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjonijiet tagħhom ippreżentati fis-Sistema ta’ Informazzjoni hijiex se tkun aċċessibbli u viżibbli għall-operaturi downstream permezz tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta referenzjati fis-Sistema ta’ Informazzjoni.
B’mod ġenerali, l-iżvilupp u l-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, is-sistema hija mgħammra b’miżuri ta’ sigurtà li jiżguraw l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkun fiha s-Sistema ta’ Informazzjoni (17) .
Skont l-Artikolu 4(7), l-operaturi — inklużi l-SMEs — għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, inklużi n-numri ta’ referenza tad-diliġenza dovuta, lill-operaturi u lin-negozjanti aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista. Skont l-Artikolu 4(8), l-operaturi li huma SMEs mhumiex meħtieġa jeżerċitaw id-diliġenza dovuta għall-prodotti rilevanti li jinsabu fi prodotti rilevanti jew li huma magħmulin minnhom li diġà kienu soġġetti għal diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4(1) u meta diġà tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 33. L-operaturi li huma SMEs jeħtieġ li jipprovdu n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tal-awtorità kompetenti. L-operaturi li huma SMEs jeħtiġilhom jeżerċitaw diliġenza dovuta u jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta għall-partijiet ta’ prodotti rilevanti li ma jkunux diġà ġew soġġetti għal diliġenza dovuta jew li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 4(8).
10. IR-RWOL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONIJIET U L-ISKEMI TA’ VERIFIKA MINN PARTIJIET TERZI FIL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU U FIL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — il-Premessa (52); l-Artikolu 10(2)(n) — Valutazzjoni tar-riskju |
L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni u l-iskemi vverifikati minn partijiet terzi spiss jintużaw sabiex jiġu ssodisfati rekwiżiti speċifiċi tal-klijenti għall-komoditajiet rilevanti u għall-prodotti rilevanti. Dan jista’ jinkludi standard li jiddeskrivi l-prattiki li jridu jiġu implimentati matul il-produzzjoni tal-komoditajiet iċċertifikati, li jinkludi prinċipji, kriterji u indikaturi; rekwiżiti għall-verifika tal-konformità mal-istandard u għoti ta’ ċertifikati; u ċertifikazzjoni separata tal-katina tal-kustodja li tipprovdi assigurazzjoni tul il-katina tal-provvista li prodott ikun fih biss (jew f’xi każijiet perċentwal speċifikat ta’) materjal iċċertifikat jew ivverifikat minn parti terza minn produtturi identifikati u ċċertifikati jew ivverifikati minn partijiet terzi.
L-EUDR jirrikonoxxi li ċ-ċertifikazzjoni u skemi oħra vverifikati minn partijiet terzi jistgħu jipprovdu informazzjoni utli dwar il-konformità mar-Regolament fil-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 10 permezz ta’ evidenza ta’ sostenn li l-prodotti huma legali u mingħajr deforestazzjoni. Dan huwa soġġett għall-kundizzjoni li din l-informazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 9, kif stipulat fl-Artikolu 10(2)(n).
Tabilħaqq, iċ-ċertifikazzjoni u l-iskemi vverifikati minn partijiet terzi jiġu ġestiti minn organizzazzjoni li ma tiħux sehem fil-produzzjoni jew fil-katina tal-provvista tal-komodità rilevanti. Barra minn hekk, xi wħud minn dawn l-iskemi spiss jintużaw biex jivverifikaw li ċerti standards jew regoli qed jiġu segwiti, iżda mhux neċessarjament jaslu biex jiċċertifikaw il-prodott innifsu.
Din il-gwida hija primarjament immirata lejn il-partijiet ikkonċernati li jikkunsidraw li jagħmlu użu minn skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi vverifikati minn partijiet terzi minħabba l-valur miżjud potenzjali tagħhom fil-provvista ta’ informazzjoni komplementari, pereżempju dwar il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni u l-appoġġ għall-valutazzjoni tar-riskju tal-operaturi mwettqa bħala parti mill-eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta tagħhom li l-prodotti rilevanti huma legali u mingħajr deforestazzjoni. L-EUDR ma jobbligax: (1) lill-operaturi biex jagħmlu użu minn skemi bħal dawn, (2) lill-produtturi biex jiffirmaw magħhom, u lanqas (3) lill-pajjiżi produtturi biex jiżviluppaw skemi bħal dawn. L-użu ta’ skemi ta’ verifika minn partijiet terzi mhuwiex rekwiżit legali, iżda deċiżjoni volontarja tal-operatur. Jekk l-operaturi jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dawn l-iskemi, din il-gwida hija mfassla biex tgħinhom jivvalutaw sa liema punt dawn l-iskemi jistgħu jappoġġawhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-EUDR.
Iċ-ċertifikazzjoni u l-iskemi vverifikati minn partijiet terzi jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni ta’ prattiki agrikoli u tal-forestrija sostenibbli u ta’ tiftix responsabbli ta’ sorsi ta’ provvista, fit-trawwim tat-trasparenza tal-katina tal-provvista u fl-iffaċilitar tal-konformità. Ta’ min jinnota li l-iskemi ta’ awtodikjarazzjoni li ma jiddependux fuq il-proċeduri ta’ attestazzjoni ta’ partijiet terzi huma barra mill-ambitu ta’ din il-gwida u huma, skont id-definizzjoni, inqas robusti minħabba n-nuqqas ta’ indipendenza u imparzjalità.
Din il-gwida hija rilevanti wkoll għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi tenfasizza li filwaqt li skemi bħal dawn jistgħu jintużaw fil-proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 10, huma ma jistgħux jissostitwixxu r-responsabbiltà tal-operatur fir-rigward tad-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 8. Dan ifisser li l-użu ta’ skemi bħal dawn ma jimplikax “korsija ħadra”, peress li l-operatur għadu meħtieġ jeżerċita diliġenza dovuta u jinżamm responsabbli jekk jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta tal-EUDR.
Hemm diversità kbira ta’ skemi f’termini tal-ambitu tagħhom, l-objettivi tagħhom, l-istruttura tagħhom u l-metodi operattivi tagħhom. Distinzjoni importanti hija (1) jekk jiddependux minn proċedura ta’ attestazzjoni ta’ parti terza jew le, u b’hekk jinġabru fi gruppi ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni u skemi vverifikati minn partijiet terzi minn naħa waħda u (2) skemi ta’ awtodikjarazzjoni min-naħa l-oħra. Dawn tal-aħħar huma barra mill-ambitu ta’ dan id-dokument ta’ gwida u huma, minnhom infushom, inqas robusti minħabba n-nuqqas ta’ indipendenza u imparzjalità.
a) Rwol taċ-ċertifikazzjonijiet u l-iskemi ta’ verifika minn partijiet terzi
Meta jikkunsidra jekk għandux jagħmel użu mill-informazzjoni pprovduta minn skema ta’ ċertifikazzjoni jew skema vverifikata minn parti terza fil-proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 10 bħala evidenza ta’ sostenn li l-prodott huwa legali u mingħajr deforestazzjoni, l-operatur għandu, bħala l-ewwel pass, jiddetermina jekk l-istandards tal-iskema humiex konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-EUDR. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-operaturi jistgħu jużaw ukoll skemi ta’ verifika minn partijiet terzi jew skemi ta’ ċertifikazzjoni għall-konformità ma’ ċerti rekwiżiti tar-Regolament biss.
L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ verifika minn partijiet terzi ġeneralment jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet ta’ partijiet terzi jkunu jistgħu juru l-kwalifiki tagħhom biex iwettqu valutazzjonijiet permezz ta’ proċess ta’ akkreditazzjoni li jistabbilixxi standards għall-ħiliet tal-awdituri u s-sistemi li l-organizzazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni jridu jżommu magħhom. Il-prodotti ċċertifikati jew ivverifikati ġeneralment ikollhom tikketta bl-isem u t-tip tal-organizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni jew tal-verifika kif ukoll ir-rekwiżiti għall-proċess tal-awditjar. L-iskema tista’ tirrikjedi wkoll li s-sħab ikollhom din l-informazzjoni inkluża fid-dokumenti formali li jakkumpanjaw il-konsenja. Dawn l-organizzazzjonijiet normalment ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni dwar il-kopertura taċ-ċertifikazzjoni u kif din ġiet applikata fil-pajjiż tal-produzzjoni tal-prodotti rilevanti, inklużi dettalji dwar in-natura u l-frekwenza tal-awditi fuq il-post.
L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ verifika minn partijiet terzi jistgħu jiġu vvalutati skont tliet elementi ewlenin: 1) “l-istandards rilevanti”, jiġifieri r-rekwiżit għall-operat, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-proċeduri, il-politiki għall-kumpaniji li jaderixxu ma’ dawn l-iskemi, 2) “l-implimentazzjoni mill-iskemi”, jiġifieri l-punt sa fejn l-istandards jiġu implimentati, inkluż billi jintużaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità anke permezz ta’ awditi u 3) “il-karatteristiċi ta’ governanza”/valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-iskemi bħat-trasparenza, il-proċessi ta’ assigurazzjoni, is-sorveljanza eċċ. Tali informazzjoni għandha tiġi vvalutata mill-ġdid b’mod regolari mill-operatur, speċjalment fir-rigward tar-rekwiżiti tal-EUDR.
Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-EUDR, sakemm dan ikun rilevanti għall-informazzjoni pprovduta mill-iskema ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika minn parti terza, pereżempju l-operaturi għandhom jiskrutinizzaw l-aspetti li ġejjin tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika minn parti terza skont 1) “l-istandards rilevanti”:
|
— |
il-validità, l-awtentiċità, u l-inklużjoni fl-ambitu taċ-ċertifikazzjoni jew tal-verifika minn parti terza tal-assoċjazzjoni taċ-ċertifikat għal komodità jew prodott rilevanti, |
|
— |
l-inklużjoni u l-konformità mar-rekwiżiti legali rilevanti, bħall-allinjament mad-definizzjoni li l-prodott mingħajr deforestazzjoni u d-data limitu tal-31 ta’ Diċembru 2020, kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 tal-EUDR, |
|
— |
il-valutazzjoni tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tal-legalità u r-rekwiżiti mingħajr deforestazzjoni tal-prodott rilevanti, |
|
— |
it-traċċabbiltà tal-prodotti rilevanti, inkluż permezz tal-ġeolokalizzazzjoni lura għall-biċċa art, |
|
— |
il-possibbiltà li jitħallat materjal ta’ oriġini magħrufa u ta’ oriġini mhux magħrufa fi ħdan il-mudell tal-katina tal-kustodja (CoC, chain of custody) (li mhuwiex aċċettabbli skont l-EUDR) (18). Prodott rilevanti b’ċertifikazzjoni ta’ CoC jista’ jkun fih ukoll taħlita ta’ materjal iċċertifikat u materjal mhux iċċertifikat minn varjetà ta’ sorsi, li għalihom trid tinkiseb informazzjoni dwar jekk twettqux verifiki fuq il-porzjon mhux iċċertifikat u jekk dawk il-verifiki jipprovdux evidenza adegwata ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-EUDR. Għalhekk, il-proċedura ta’ diliġenza dovuta trid titlesta għall-prodott rilevanti fl-intier tiegħu. |
|
— |
il-possibbiltà li jintuża bilanċ tal-massa fejn il-prodotti konformi jitħalltu ma’ prodotti ta’ oriġini mhux magħrufa (li mhijiex aċċettabbli skont l-EUDR) (19), |
|
— |
il-kapaċità tal-iskema li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa akkumpanjata minn evidenza li tkun “adegwatament konklużiva u verifikabbli”, kif stabbilit fl-Artikolu 9. |
It-tieni, taħt 2) “l-implimentazzjoni mill-iskemi”, l-operaturi għandhom jikkunsidraw:
|
— |
l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-governanza tal-iskema, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-iskema, u s-sommarji tal-awditi, |
|
— |
il-bażi tad-data bla ħlas u aċċessibbli għall-pubbliku dwar id-detenturi taċ-ċertifikazzjoni, l-ambitu tal-kopertura, il-validità, id-data tas-sospensjoni jew tat-terminazzjoni tal-istatus taċ-ċertifikazzjoni tagħhom u r-rapporti tal-awditjar relatati, |
|
— |
verifiki trasparenti perjodiċi, aleatorji u indipendenti (inkluż permezz ta’ awditi) dwar il-konformità tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika minn parti terza mal-istandards, mar-regoli u mal-proċeduri tagħhom stess, |
|
— |
il-kontroll tal-kwantità u tal-oriġini tal-materjali ċċertifikati tul il-katina tal-provvista, inkluż pereżempju l-użu ta’ analiżi anatomika, kimika jew tad-DNA li tivverifika l-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà tal-prodotti jew tal-katina tal-provvista, |
|
— |
kontrolli effettivi għall-verifika tal-volumi tul il-ktajjen tal-provvista (20), |
|
— |
l-użu ta’ bolol/dikjarazzjonijiet simili li jirreferu għal tipi differenti ta’ skemi, |
|
— |
rapporti sostanzjati eżistenti dwar nuqqasijiet jew problemi possibbli tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni jew tal-iskema vverifikata minn parti terza kkonċernata fil-pajjiżi li minnhom joriġinaw il-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti, |
|
— |
rapporti sostanzjati eżistenti li jikkonċernaw produttur jew negozjant partikolari li juża l-iskema ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskema vverifikata minn parti terza kkonċernata. |
Taħt 3) “dwar il-governanza tal-iskemi”, l-operaturi għandhom jikkunsidraw l-elementi li ġejjin:
|
— |
il-kunflitti ta’ interess potenzjali, |
|
— |
il-firxa u s-sejbiet tal-kontrolli fuq il-frodi u l-korruzzjoni, |
|
— |
il-konformità tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika minn partijiet terzi mal-istandards internazzjonali jew Ewropej (eż., il-gwidi tal-ISO rilevanti), |
|
— |
il-konsegwenzi u s-sanzjonijiet f’każ ta’ ksur kif ukoll azzjonijiet korrettivi, anke f’termini tas-sospensjoni ta’ ċertifikazzjoni sakemm ikunu qed jittieħdu miżuri korrettivi, filwaqt li titqies ukoll il-ħeffa tal-proċedura li tirrevoka u tirrestawra l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni għall-prodotti, |
|
— |
l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, li jippermettu u jippromwovu wkoll il-parteċipazzjoni tal-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira (jekk rilevanti) fl-iskema. |
|
— |
l-informazzjoni dwar l-indipendenza ta’ organizzazzjonijiet ta’ partijiet terzi li jipprovdu s-servizzi rilevanti ta’ ċertifikazzjoni jew verifika bħala organizzazzjonijiet akkreditati. Assigurazzjonijiet jew rappreżentazzjonijiet mill-iskema, awdituri affiljati mal-iskema jew awdituri terzi mqabbda mill-iskema biex iwettqu l-proċeduri ta’ assigurazzjoni tagħha ma għandhomx jitqiesu bħala affidabbli b’mod iżolat jew jitqiesu bħala konklużivi. Il-fehmiet ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-parteċipanti fl-iskema, it-trade unions, l-assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema u tal-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, u l-organizzazzjonijiet tal-awditjar u tal-assigurazzjoni terzi, għandhom jitqiesu jekk ikunu disponibbli b’mod raġonevoli. |
b) Informazzjoni ġenerali
L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni u l-iskemi vverifikati minn partijiet terzi huma pubbliċi jew privati, skont il-mudell ta’ governanza tagħhom, kemm jekk immexxija mill-gvern kif ukoll jekk le. Dawn jistgħu jkunu obbligatorji jew volontarji, skont jekk ikunux legalment vinkolanti. L-iskemi privati jintużaw b’mod volontarju mill-operatur, filwaqt li dawk pubbliċi spiss ikunu (għalkemm mhux neċessarjament) obbligatorji u stabbiliti mill-pajjiżi li minnhom jinkisbu l-prodotti. Kemm iċ-ċertifikazzjoni pubblika kif ukoll dik privata u l-iskemi ta’ verifika minn partijiet terzi għandhom l-għan li jirrikonoxxu standards ambjentali tajbin permezz taċ-ċertifikazzjoni, u bħala tali ħafna minnhom għamlu kontributi importanti biex tiżdied is-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola madwar id-dinja.
Madankollu, il-valutazzjoni tal-impatt ta’ qabel l-EUDR, li tibni fuq studji rilevanti oħra, identifikat ukoll xi tħassib rigward skemi bħal dawn, inkluż li dawn għandhom livelli ta’ trasparenza li jvarjaw u regoli, proċeduri u sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità differenti, kif ukoll tħassib relatat mal-monitoraġġ, id-divulgazzjoni u l-infurzar. Matul is-snin tal-operat tagħhom, tqajjem ukoll tħassib dwar l-effiċjenza u l-integrità tas-sistemi tal-katina tal-kustodja (CoC) u l-vulnerabbiltà tagħhom għall-frodi. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ awditi indipendenti huwa dgħufija ta’ ċerti skemi privati. Studju speċifiku kkummissjonat mill-Kummissjoni dwar l-Iskemi ta’ Ċertifikazzjoni u ta’ Verifika fis-Settur tal-Foresti u għall-Prodotti bbażati fuq l-Injam kellu sejbiet simili, li jindikaw nuqqas ta’ trasparenza u r-riskju ta’ informazzjoni parzjali jew saħansitra qarrieqa (21).
Skemi ta’ verifika obbligatorji pubbliċi b’miżuri vinkolanti jistgħu jinkludu standards għoljin, kemm f’termini ta’ kopertura kif ukoll ta’ implimentazzjoni. Huwa essenzjali li dawn ikopru l-operaturi ekonomiċi kollha f’pajjiż (inklużi l-introduzzjoni fis-suq kif ukoll l-esportazzjonijiet) biex jiġu evitati lakuni u rivelazzjonijiet li jistgħu jiġu kkawżati mill-preżenza ta’ operaturi ekonomiċi mhux koperti mill-iskema. Dawn jistgħu jiżguraw ukoll integrazzjoni aħjar tal-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira billi jipprovdu l-appoġġ meħtieġ biex tingħeleb il-problema tal-kostijiet, spiss meqjusa bħala sinifikanti, peress li l-ekonomiji ta’ skala jpoġġu l-SMEs fi żvantaġġ fir-rigward tal-kisba taċ-ċertifikazzjoni meta mqabbla ma’ operaturi u negozjanti akbar.
Fir-rigward tal-affidabbiltà u r-rilevanza kemm tal-iskemi privati kif ukoll ta’ dawk pubbliċi, l-elementi applikabbli kollha tal-istandards tagħhom għandhom ikunu konformi mal-EUDR (jew fl-istess livell, jew ogħla minnu), b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni li l-prodott mingħajr deforestazzjoni, tar-rekwiżiti ta’ ġeolokalizzazzjoni u t-trasparenza u l-legalità tal-produzzjoni.
F’dan il-kuntest huwa importanti li wieħed jinnota li mhux l-iskemi kollha jinkludu standards u valutazzjonijiet relatati mal-legalità tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti, u għalhekk jista’ jkun rilevanti li jiġi vverifikat liema rekwiżiti ta’ legalità huma koperti mill-iskemi, kemm f’termini tal-liġijiet li jkopru, kif ukoll il-kriterji jew l-indikaturi li fuqhom tiddependi l-valutazzjoni tal-konformità. Pereżempju, l-iskemi jistgħu jvarjaw fid-definizzjonijiet tagħhom ta’ x’għandu jitqies “liġi” rilevanti jew “legali” fil-pajjiż tal-produzzjoni jew l-indikaturi li jridu jitqiesu biex jiġu vvalutati r-riskji ta’ illegalità.
It-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-governanza interni, inkluża l-parteċipazzjoni diretta tal-atturi fil-katina tal-provvista li jfittxu u jżommu ċertifikazzjoni jew jakkwistaw u jużaw prodotti ċċertifikati biex jissodisfaw id-domandi tal-klijenti, huma wkoll elementi li għandhom implikazzjonijiet għall-implimentazzjoni, l-infurzar u l-kredibbiltà ta’ kwalunkwe skema rilevanti.
Sabiex jiġu ffaċilitati aktar il-kummerċ u l-konformità mal-EUDR, se jiġi stabbilit repożitorju ta’ prattiki li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jirreferu għalih meta jwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom għall-introduzzjoni u t-tqegħid tal-prodotti fis-suq tal-UE, u l-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu l-verifiki rilevanti.
Biex tikkunsidra l-elementi rilevanti ulterjuri tal-forom kollha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ verifika minn partijiet terzi, ikkonsulta l-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (22), il-linji gwida tal-aħjar prattika tal-UE għat-tħaddim ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (23), u s-sejbiet tal-Istudju tal-Kummissjoni dwar l-Iskemi ta’ Ċertifikazzjoni u ta’ Verifika fis-Settur tal-Foresti u għall-Prodotti bbażati fuq l-Injam (24).
11. UŻU AGRIKOLU
1. Introduzzjoni
L-Artikolu 3(a) tal-EUDR jipprojbixxi l-introduzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jew l-esportazzjoni minnu ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti sakemm ma jkunux mingħajr deforestazzjoni. L-Artikolu 2(13)(a) jiddefinixxi “mingħajr deforestazzjoni” bħala l-prodotti rilevanti li fihom, ġew mitmugħa, jew saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti li ġew prodotti fuq art li ma kinitx soġġetta għal deforestazzjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2020 (25). Skont l-Artikolu 2(3) “deforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni ta’ foresta għal użu agrikolu, kemm jekk ikkawżata mill-bniedem kif ukoll jekk le.
Il-Premessa (36) tal-EUDR tispjega li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tiċċara l-interpretazzjoni tad-definizzjoni ta’ “użu agrikolu”, b’mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni ta’ foresta f’art, li l-fini tagħha mhijiex l-użu agrikolu. Il-Premessa 31 tar-Regolament dwar ir-Restawr tan-Natura (26) tirreferi wkoll għal tali linji gwida.
L-objettivi ewlenin ta’ dan il-Kapitolu huma għalhekk dawn li ġejjin:
|
— |
li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ foresta, il-kejl tal-parametri tekniċi użati għad-definizzjoni ta’ “foresta” skont l-EUDR f’termini ta’ żona, għoli medju u kopertura ta’ qċaċet, b’mod partikolari f’każijiet fejn is-siġar ikunu jmissu ma’ żoni agrikoli jew jikkoinċidu magħhom (it-Taqsima 3); |
|
— |
li tiġi ċċarata t-tifsira ta’ “żoni agrikoli mwarrba” u “pjantaġġuni agrikoli” msemmija fl-Artikolu 2(5) tal-EUDR, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li taħthom iż-żoni agrikoli, li kienu eż. imwarrba, jew li huma mistrieħa jew li jintużaw għal ċerti mixtliet jibqgħu taħt “użu agrikolu” għall-finijiet tal-Artikolu 2 irrispettivament mill-karatteristiċi tal-art, sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ foresta f’żona agrikola (it-Taqsimiet 3 u 4); |
|
— |
li tingħata gwida dwar iċ-ċirkostanzi li fihom, minkejja kopertura osservata tas-siġar wara l-31 ta’ Diċembru 2020 (id-data limitu stabbilita fl-Artikolu 2(13) tal-EUDR), iż-żona għandha titqies taħt “użu agrikolu” (it-Taqsima 4); |
|
— |
li jiġu ċċarati s-sitwazzjonijiet fejn żona li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “foresta” ma għandhiex titqies bħala konvertita għal “użu agrikolu” iżda għal użi oħra tal-art, b’mod partikolari:
|
|
— |
li tiġi pprovduta interpretazzjoni ta’ “użu agrikolu” skont l-EUDR, filwaqt li jitqiesu d-definizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjonijiet applikabbli tal-UE u n-noti ta’ spjegazzjoni li huma miftiehma fil-livell internazzjonali (it-Taqsimiet 4, 4.c u 4.d); |
|
— |
li jiġu ċċarati l-użi kkombinati u sinerġetiċi taż-żoni b’kopertura tas-siġar li jaqgħu taħt id-definizzjonijiet fl-EUDR, bħall-agroforestrija, is-sistemi agrisilvikulturali, silvipastorali u agrisilvipastorali (it-Taqsima 4.d); |
|
— |
li jiġu ċċarati tipi differenti ta’ użu tal-art fl-istess żona u l-użu ta’ mapep katastali u reġistri tal-artijiet (it-Taqsima 5). |
2. Kjarifika tal-konverżjoni ta’ foresta f’art li l-fini tagħha mhuwiex użu agrikolu
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — il-Premessa (36), l-Artikolu 2(3), (5), (13) — Definizzjonijiet, l-Artikolu 3(a) — Projbizzjoni |
Skont l-Artikolu 2(3) tal-EUDR “deforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni ta’ foresta għal użu agrikolu u għandha tinftiehem bħala bidla fl-użu tal-art minn “foresta” kif definita fl-Artikolu 2(4) tal-EUDR (diskussa fid-dettall fit-Taqsima 3) għal “użu agrikolu” kif definit fl-Artikolu 2(5) tal-EUDR (diskuss fid-dettall fit-Taqsimiet 4, 4.c u 4.d). F’dan ir-rigward, il-firxa tal-konverżjoni għal użu agrikolu hija irrilevanti, u tali konverżjoni trendi fl-ambitu l-komodità fprodotta fuq tali art mhux konformi jekk id-deforestazzjoni tkun seħħet wara l-31 ta’ Diċembru 2020.
Il-klassifikazzjoni ta’ żona bħala “deforestata” hija bbażata fuq il-kriterju oġġettiv dwar jekk il-foresta ġietx ikkonvertita għal użu u fini speċifiku, li huwa indipendenti mill-użu rreġistrat legalment u mill-konfini ġeografiċi tal-biċċa art jew mill-kwistjoni ta’ min jew xiex huwa l-oriġini tad-deforestazzjoni.
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-konverżjoni ta’ foresta għal użi oħra tal-art li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ “użu agrikolu” tfisser li din il-konverżjoni ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ “deforestazzjoni” (jekk jogħġbok ara l-informazzjoni dettaljata dwar “Użu agrikolu” fit-Taqsima 4). Dan jinkludi l-konverżjoni tal-foresti f’żoni ta’ infrastruttura urbana bħal kejbils tal-elettriku, toroq, bliet u insedjamenti, għal siti industrijali mhux agrikoli, jew għall-użu tal-enerġija rinnovabbli.
Il-konverżjoni tal-art forestali lanqas ma taqa’ taħt id-definizzjoni tal-EUDR ta’ “deforestazzjoni” jekk il-fini primarju tal-konverżjoni u l-użu sussegwenti tal-art tagħha ma jkunx l-użu agrikolu, iżda eż. l-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-użu industrijali, ir-restawr tal-bijodiversità, il-prevenzjoni tan-nirien forestali, il-benesseri tal-annimali f’kundizzjonijiet klimatiċi estremi, jew il-ġestjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi. Attivitajiet agrikoli anċillari jistgħu jseħħu fejn ikun essenzjali għall-appoġġ tal-fini primarju tal-konverżjoni u tal-użu tal-art wara l-konverżjoni (ara t-Taqsima 4.a), jew fejn l-attività agrikola ma tbiddilx l-użu predominanti tal-foresta (ara t-Taqsima 4.b).
Ir-responsabbiltà għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet taqa’ fuq l-Istati Membri. Meta japplikaw dawn il-linji gwida għal każijiet individwali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ jitqiesu kif xieraq, filwaqt li jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. F’każijiet fejn l-attivitajiet huma negliġibbli, minħabba ċ-ċirkostanzi kollha involuti, il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi rrispettat.
3. Definizzjoni ta’ “Foresta”
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 2(4) — Definizzjonijiet |
Skont l-Artikolu 2(4) tal-EUDR, żona titqies bħala “foresta” jekk japplikaw il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
Medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettaru — Dan ifisser li ż-żona ta’ siġar deskritta mill-perimetru ta’ kopertura ta’ qċaċet tilħaq 0,5 ettaru jew aktar. |
|
— |
Siġar għoljin aktar minn 5 metri — Dan ifisser li l-parti ta’ fuq tas-siġar tilħaq l-għoli medju ta’ 5 metru jew aktar. |
|
— |
Kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 % — Dan ifisser li l-proporzjon tal-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar li jiffurmaw popolament ta’ siġar għaż-żona okkupata mill-popolament ta’ siġar hija ta’ aktar minn 10 %. |
|
— |
Siġar li kapaċi jilħqu dawk il-limiti in situ — Dan ifisser żoni b’siġar żgħar li għadhom ma laħqux iżda li mistennija jilħqu kopertura ta’ qċaċet ta’ 10 % u għoli tas-siġar ta’ 5 metri. Dan jinkludi b’mod partikolari żoni li huma temporanjament mhux maħżuna minħabba tqaċċit totali tas-siġar bħala parti minn prattika ta’ ġestjoni tal-foresti jew diżastri naturali, u li huma mistennija li jiġu riġenerati. |
|
— |
Ma tinkludix art li predominantement għandha użu agrikolu jew urban — Dan ifisser li l-foresta hija ddeterminata kemm mill-preżenza ta’ siġar kif ukoll min-nuqqas ta’ użu predominanti ieħor tal-art (ara hawn taħt u t-Taqsima 4 wkoll). |
Il-karatteristiċi tal-medda ta’ art, tal-għoli medju, u tal-kopertura ta’ qċaċet iridu jkunu preżenti jew kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ fl-istess ħin.
Fil-kuntest tal-EUDR, “użu urban tal-art” għandu jitqies li huwa predominanti pereżempju fil-każ ta’ parks u ġonna f’żoni urbani, irrispettivament minn jekk jilħqux il-limiti tad-definizzjoni ta’ foresta. Għal aktar informazzjoni dwar “użu agrikolu” predominanti ara t-Taqsima 4.
Sakemm jiġu ssodisfati l-karatteristiċi fid-definizzjoni, iż-żona ta’ “foresta” tinkludi iżda mhijiex limitata għal:
|
— |
żoni mdawra b’foresti jew strettament konnessi magħha użati għall-forestrija, bħal toroq tal-foresti, kostruzzjonijiet għat-twaqqif tan-nirien, u żoni żgħar oħra fil-miftuħ, sakemm ma jkunux stabbiliti fuq il-proprjetà immobbli individwali tagħhom stess, |
|
— |
art abbandunata ġeneralment għal aktar minn 10 snin b’riġenerazzjoni ta’ siġar li laħqu l-kriterji ta’ “foresta” (jekk jogħġbok ara b’rabta ma’ “art imwarrba u art mistrieħa temporanjament” fit-Taqsima 4); |
|
— |
mangrovji f’żoni tal-marea, kemm jekk din iż-żona hijiex ikklassifikata bħala żona ta’ art kif ukoll jekk le; |
|
— |
mixtliet ta’ speċijiet ta’ foresti mkabbra fiż-żona forestali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-sidien tal-foresti stess; |
|
— |
żoni barra l-art forestali ddeżinjata legalment li jissodisfaw il-kriterji tad-definizzjoni ta’ “foresta”. |
Id-definizzjoni ta’ “foresta” teskludi l-popolamenti ta’ siġar fis-sistemi ta’ produzzjoni agrikola. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara t-Taqsimiet 4.c u 4.d.
4. Definizzjoni ta’ “Użu agrikolu” u eċċezzjonijiet
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 2(5) — Definizzjonijiet |
Skont l-Artikolu 2(5) tal-EUDR, żona titqies taħt “użu agrikolu” jekk l-fini tal-użu ta’ art ikun l-agrikoltura.
a) Kjarifika tal-fini tal-agrikoltura
Skont l-Artikolu 2(5) l-art tintuża għall-finijiet tal-agrikoltura (fost affarijiet oħra) fil-lista ta’ każijiet li ġejja:
|
— |
pjantaġġuni agrikoli definiti fl-Artikolu 2(6) tal-EUDR. Għal gwida aktar dettaljata dwar “pjantaġġuni agrikoli”, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4.c. |
|
— |
żoni agrikoli mwarrba — Żoni agrikoli mwarrba għandhom jitqiesu flimkien ma’ “art mistrieħa temporanjament” kif diskuss hawn taħt f’din it-taqsima. |
|
— |
it-trobbija tal-bhejjem — Dan jinkludi żoni ta’ mergħat temporanji jew permanenti, u bini agrikolu għat-trobbija u l-alloġġ tal-annimali. |
Ta’ min jinnota li l-kategoriji ta’ “pjantaġġun agrikolu”, “żona agrikola mwarrba”, u żona “għat-trobbija tal-bhejjem” huma lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji għal “użu agrikolu”.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-art użata għall-agrikoltura għandha tinftiehem li tkopri l-kategoriji tal-użu tal-art li ġejjin:
|
— |
Art b’għelejjel temporanji li tfisser l-art kollha użata għal għelejjel li s-soltu jkollhom ċiklu veġetattiv ta’ inqas minn sena, inklużi għelejjel temporanji pluriennali. |
|
— |
Art b’għelieqi u mergħat temporanji li tfisser art ikkultivata b’għelejjel tal-foraġġ erbaċew, jew ħaxix għall-ħsad jew mergħa għal perjodu ta’ inqas minn 5 snin konsekuttivi. |
|
— |
Art imwarrba, jew art mistrieħa temporanjament li tfisser raba’ li tkun mistrieħa fit-tul qabel il-kultivazzjoni mill-ġdid, l-użu pastorali jew l-użu għal attivitajiet agrikoli oħra. Dan jista’ jkun parti mis-sistema tan-newba tal-għelejjel tal-azjendi agrikoli jew minħabba raġunijiet leġittimi jew ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni bħal ħsara mill-għargħar, nuqqas ta’ ilma, nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ inputs, inklużi raġunijiet ekonomiċi, soċjali (mard, problemi ta’ suċċessjoni) jew legali (litigazzjoni, eċċ.). Nota: Art imwarrba jew li tibqa’ mistrieħa għandha titqies li tibqa’ taħt “użu agrikolu” ġeneralment għal [10] snin. Madankollu, iż-żona tista’ titqies li tibqa’ taħt “użu agrikolu” għal aktar minn dan il-perjodu jekk jintwera li l-attivitajiet agrikoli ma setgħux jerġgħu jibdew minħabba waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq. Ir-raġuni mogħtija trid tkopri l-perjodu kollu li fih l-art kienet imwarrba jew mistrieħa temporanjament. Jekk dan jintwera, l-art għandha titqies kontinwament li tkun taħt użu agrikolu, sakemm ma tkunx uffiċjalment deżinjata bħala foresta mil-liġi nazzjonali. |
|
— |
Art b’għelejjel permanenti li tfisser art ikkultivata b’għelejjel fit-tul li ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jitħawlu għal diversi snin, normalment għal 5 snin jew aktar. Art b’għelejjel permanenti tinkludi wkoll art użata għat-tkabbir ta’ għelejjel permanenti taħt kopertura protettiva, li hija deskritta fit-Taqsima 4.b. |
|
— |
Art b’għelieqi u mergħat permanenti li tfisser art użata għal aktar minn 5 snin konsekuttivi għar-ragħa tal-annimali jew biex jitkabbru għelejjel tal-foraġġ, permezz ta’ kultivazzjoni jew b’mod naturali. |
|
— |
Art b’bini agrikolu u btieħi tal-irziezet li tfisser l-uċuħ okkupati mill-operat tal-bini agrikolu (ħangars, imqawel, kantini, sajlos), bini għall-produzzjoni tal-annimali (stalel, imqawel tal-baqar u tan-nagħaġ, btieħi tal-pollam) u btieħi tal-irziezet. |
|
— |
Meta jkun jista’ jintwera permezz ta’ evidenza konklużiva b’mod adegwat kemm li (i) biċċa art kienet taħt “użu agrikolu” kif deskritt hawn fuq qabel il-31 ta’ Diċembru 2020, u (ii) meta produttur iddeċieda li jħawwel imsajġar ta’ rotazzjoni qasira jew jikkommetti l-art għal afforestazzjoni temporanja qabel dik id-data jew wara dik id-data u li dik l-art ma taqax fl-ambitu ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew leġiżlazzjoni li tirrikjedi l-ġestjoni tal-foresti jew il-protezzjoni tal-foresti fuq dik il-biċċa art, tali biċċa art titqies li tibqa’ f’użu agrikolu għall-finijiet tal-EUDR u l-produttur jista’ jkompli l-attività agrikola fuq dik il-biċċa art. |
|
— |
Il-kategoriji tal-użu tar-raba’ msemmija hawn fuq jistgħu jkopru wkoll uċuħ okkupati minn elementi tal-pajsaġġ, li huma mħeġġa għal raġunijiet ta’ bijodiversità jew ambjentali. |
Restawr, ġestjoni ta’ speċijiet invażivi, prevenzjoni tan-nirien forestali, benesseri tal-annimali, użu tal-enerġija rinnovabbli
Art li tkun għaddiet minn konverżjoni għal wieħed jew aktar mill-finijiet primarji elenkati hawn taħt ma għandhiex tinftiehem bħala konvertita għal użu agrikolu jekk il-konverżjoni tkun saret biex:
|
— |
tipprevjeni, timmimizza, timmitiga jew treġġa’ lura l-impatt negattiv fuq il-bijodiversità tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi, jekk ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ u appoġġat minn pjanijiet ta’ prevenzjoni, pjanijiet ta’ ġestjoni, jew mandati uffiċjali, jew |
|
— |
tipprevjeni, jew timminimizza u timmitiga r-riskju ta’ nirien forestali, jekk ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ u appoġġat minn pjanijiet ta’ prevenzjoni tan-nirien, pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti, jew mandati uffiċjali, jew |
|
— |
tiżgura l-konformità mal-liġijiet dwar il-benesseri tal-annimali fejn il-bini ta’ strutturi (permanenti u mhux permanenti) biex jinżammu l-annimali fihom ikun meħtieġ għall-fini li jiġi żgurat il-benesseri tagħhom u limitat għall-erja minima meħtieġa għall-kostruzzjoni, u fejn din l-attività ma jkollhiex impatt fuq il-kategorizzazzjoni taż-żoni tal-madwar bħala foresta, jew |
|
— |
tiżgura r-restawr u l-ġestjoni tal-konservazzjoni sussegwenti tal-ekosistemi ta’ valur għoli tal-bijodiversità (bħal pereżempju ċerti tipi ta’ artijiet tax-xagħri, art mistagħdra jew art bil-ħaxix) jekk meħtieġa minn pjan ta’ konservazzjoni jew restawr (pereżempju pjan ta’ ġestjoni ta’ żona protetta jew pjan nazzjonali jew reġjonali għar-restawr tan-natura) li jimplimentaw obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet multilaterali globali dwar il-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità u r-restawr bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, jew |
|
— |
tuża l-enerġija rinnovabbli (eż. permezz tal-istabbiliment ta’ parks eoliċi, fotovoltajka), |
anki jekk attivitajiet agrikoli anċillari jistgħu jseħħu fejn ikun essenzjali biex isostnu l-fini primarju tal-konverżjoni u l-użu tal-art wara l-konverżjoni.
b) Kjarifika tal-użu predominanti tal-art
Skont l-Artikolu 2(4), f’każ li l-użu predominanti tal-art ikun l-agrikoltura, l-art ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ “foresta”.
Fil-kuntest tal-EUDR, għall-finijiet tal-esklużjonijiet imsemmija fid-definizzjoni ta’ “foresta” fl-Artikolu 2(4), “użu agrikolu” għandu jitqies li huwa predominanti fil-lista ta’ każijiet mhux eżawrjenti li ġejja:
|
— |
Ragħa staġjonali (eż. ragħa tas-sajf) jew ragħa silvipastorali temporanju f’żoni koperti mis-siġar li ma jaqgħux fil-kategorija ta’ foresti primarji (eż. f’mergħat seminaturali jew f’mergħat naturali b’kopertura tas-siġar li tinbidel). |
|
— |
Jekk minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi (eż. kopertura temporanja tal-borra) il-prattiki silvipastorali jew agrisilvikulturali jkunu limitati għal ċertu perjodu tas-sena, dawn jistgħu jitqiesu bħala l-użu predominanti. |
|
— |
L-istabbiliment ta’ gruppi protettivi ta’ siġar għal diversi finijiet ambjentali jew ta’ bijodiversità fuq żona ta’ użu prinċipalment agrikolu (eż. ir-ragħa), anki jekk iż-żona tilħaq il-limiti tad-definizzjoni ta’ “foresta”. |
Dawn il-każijiet huma differenti mill-attivitajiet agrikoli anċillari fil-kuntest tal-konverżjoni għall-fini ta’ restawr jew ġestjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi, li ma jaqgħux taħt “użu agrikolu”, ara hawn fuq.
B’kuntrast, għall-finijiet tal-EUDR, “użu agrikolu” ma għandux jitqies li huwa predominanti, pereżempju, fil-każ ta’ produzzjoni fuq skala żgħira ta’ prodotti sekondarji (eż. il-kafè), u ragħa okkażjonali estensiv jew okkażjonali fuq skala żgħira fil-foresti sakemm il-produzzjoni u l-attivitajiet relatati ma jkollhomx effett detrimentali fuq il-ħabitat tal-foresta.
c) Definizzjoni ta’ “Pjantaġġun agrikolu”
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — l-Artikolu 2(6) — Definizzjonijiet |
“Pjantaġġuni agrikoli” huma inklużi fid-definizzjoni ta’ “użu agrikolu” stabbilita fl-Artikolu 2(5) tal-EUDR.
Id-definizzjoni tal-Artikolu 2(6) tal-EUDR “pjantaġġuni agrikoli” tirreferi l-ewwel nett għal “art b’popolament ta’ siġar f’sistemi ta’ produzzjoni agrikola, bħal pjantaġġuni tas-siġar tal-frott, pjantaġġuni tal-palm taż-żejt, imsaġar taż-żebbuġ” li tagħmel referenza għall-art tal-għelejjel inklużi l-għelejjel permanenti kif deskritt fit-Taqsima 4.
It-tieni, dik id-definizzjoni tirreferi għal “sistemi agroforestali fejn l-għelejjel jitkabbru taħt kopertura tas-siġar”, li hija spjegata fit-Taqsima 4.d u trid tinqara flimkien bl-eċċezzjoni fejn l-użu predominanti tal-art ma jinbidilx. L-Artikolu 2(6) tal-EUDR jiċċara wkoll li l-pjantaġġuni kollha ta’ komoditajiet rilevanti għajr l-injam huma inklużi taħt it-terminu “pjantaġġun agrikolu”, u għalhekk dawn il-pjantaġġuni jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “użu agrikolu”.
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 2(6) tal-EUDR jistabbilixxi li l-pjantaġġuni agrikoli huma esklużi mid-definizzjoni ta’ “foresta”. Dan ifisser li ż-żoni li jissodisfaw il-kriterji tal-pjantaġġuni agrikoli ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ foresta, anke meta jinkludu siġar bħal-lastiku jew il-palm taż-żejt.
d) Kjarifika tas-“Sistema agroforestali”
|
Leġiżlazzjoni rilevanti: l-EUDR — il-Premessa (37) u l-Artikolu 2(6) — Definizzjonijiet |
Skont id-dokumenti tal-FAO (27) “agroforestrija” huwa isem kollettiv għas-sistemi u t-teknoloġiji tal-użu tal-art fejn il-perenni tal-injam (siġar, arbuxelli, palmi, bambù, eċċ.) jintużaw apposta fuq l-istess unità ta’ ġestjoni tal-art bħall-għelejjel agrikoli u/jew l-annimali, f’xi forma ta’ arranġament spazjali jew sekwenza temporali. Fis-sistemi agroforestali hemm interazzjonijiet kemm ekoloġiċi kif ukoll ekonomiċi bejn il-komponenti differenti. Hemm żewġ sistemi bażiċi tal-agroforestrija: simultanji u sekwenzjali. Is-sistemi simultanji għandhom siġar u għelejjel jew annimali li jikbru flimkien fuq l-istess biċċa art, filwaqt li f’sistemi sekwenzjali l-għelejjel u s-siġar jalternaw biex jokkupaw il-biċċa l-kbira tal-istess spazju, filwaqt li jimminimizzaw il-kompetizzjoni tagħhom.
L-agroforestrija tista’ tirreferi wkoll għal prattiki speċifiċi tal-forestrija li jikkomplementaw l-attivitajiet agrikoli, pereżempju billi ttejjeb il-fertilità tal-ħamrija, tnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija, ittejjeb il-ġestjoni tal-baċiri tal-iskular, jew tipprovdi dell u ikel għall-bhejjem (28).
Il-Premessa (37) tfakkar li d-definizzjonijiet tal-FAO ma jikkunsidrawx is-sistemi tal-agroforestrija bħala foresti, iżda taħt użu agrikolu u li jinkludu diversi sitwazzjonijiet bħal dawk fejn l-għelejjel jitkabbru taħt kopertura tas-siġar, kif ukoll sistemi agrisilvikulturali, silvipastorali u agrisilvipastorali.
Peress li d-definizzjoni ta’ “foresta” fl-Artikolu 2(4) tal-EUDR teskludi art li fil-biċċa l-kbira taqa’ taħt “użu agrikolu”, wieħed jista’ jiddeduċi li jekk art tintuża b’mod predominanti taħt “sistemi agroforestali” għall-finijiet spjegati mill-Premessa (37), din ma tistax titqies bħala “foresta”. F’dan il-każ u għall-fini tar-Regolament, din l-art trid titqies li hija taħt “użu agrikolu”. Fir-rigward tal-attivitajiet agrikoli anċillari, inklużi l-attivitajiet agroforestali fil-kuntest tar-restawr, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 2.
5. Kjarifika tal-użu tal-art f’każ ta’ diversi tipi ta’ użu tal-art fl-istess żona u l-użu ta’ reġistri tal-artijiet u mapep katastali
F’każ li biċċa art ikun fiha kemm żona li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “foresta” kif ukoll żona li hija ta’ “użu agrikolu”, iż-żewġ żoni għandhom jitqiesu separatament. Iż-żona li tissodisfa l-kriterji tad-definizzjoni ta’ “foresta” taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, filwaqt li ż-żona li tissodisfa l-kriterji ta’ “użu agrikolu”, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament f’termini ta’ konverżjoni.
Mhuwiex rilevanti jekk il-parti tal-biċċa art użata għall-agrikoltura hijiex akbar mill-parti tal-biċċa art meqjusa bħala foresta skont id-definizzjoni. Bħala eżempju, dan ifisser li jekk proprjetà ta’ 10 ettari jkollha erja ta’ 2 ettari li tista’ titqies bħala żona forestali skont kriterji oġġettivi u 8 ettari jiġu kkultivati taħt użu agrikolu, allura ż-2 ettari ta’ foresta jiġu kklassifikati bħala foresta, irrispettivament mill-fatt li din tikkostitwixxi biss 20 % tal-proprjetà totali.
Fil-valutazzjoni ta’ jekk ċerta biċċa art tikkostitwixxix foresta, il-proprjetajiet tal-foresti attwali għandhom jiġu qabel id-deżinjazzjoni fir-reġistri tal-artijiet u fil-mapep katastali. Biex jintwera l-użu agrikolu fil-passat, ir-reġistri tal-artijiet u l-mapep katastali jistgħu jkunu elementi ulterjuri li jikkomplementaw id-data satellitari. Barra minn hekk, il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u r-reġistri ta’ żoni forestali deżinjati jistgħu jkunu ta’ użu meta jiġi ddeterminat jekk iż-żona hijiex foresta mingħajr kopertura attwali tas-siġar, b’mod partikolari f’każ li ż-żona ma tkunx maħżuna temporanjament mingħajr kopertura tas-siġar minħabba prattika ta’ ġestjoni tal-foresti, diżastru naturali, jew l-ewwel snin ta’ afforestazzjoni. L-Osservatorju tal-UE (29) pprovdut mill-Kummissjoni huwa għodda li tista’ tintuża mill-partijiet ikkonċernati kollha biex jiddeterminaw l-art globali koperta mill-foresti tal-2020. Madankollu, l-Osservatorju mhuwiex esklużiv, mhux obbligatorju u ma għandu l-ebda valur legali. Il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati jistgħu jużaw kwalunkwe mappa li jqisu xierqa għall-fini tal-eżerċizzju jew tal-verifiki ta’ diliġenza dovuta tagħhom.
(1) Xejn f’dan id-dokument ta’ gwida ma jieħu post jew jissostitwixxi referenza diretta għall-istrumenti deskritti u l-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu kkawżat minn żbalji jew dikjarazzjonijiet magħmulin fih. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss tista’ tiddeċiedi b’mod finali dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament.
(2) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 206, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1115/oj.
(3) Għal aktar dettalji relatati mal-implimentazzjoni, jekk jogħġbok irreferi wkoll għall-Mistoqsijiet Frekwenti li huma disponibbli hawnhekk: Implimentazzjoni tar-Regolament dwar id-Deforestazzjoni — Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ( ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(6) ECLI:EU:C:2024:972.
(7) ĠU L, 2024/3234, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3234/oj.
(8) OJ L 295, 12.11.2010, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/995/oj.
(9) Innota li jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda livell ta’ riskju speċifiku, il-pajjiżi jitqiesu bħala riskju standard.
(10) Dawk relatati mal-illegalità, id-deforestazzjoni, u d-degradazzjoni tal-foresti.
(11) Skont l-Artikolu 29(2), il-Kummissjoni se tippreżenta lista ta’ pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
(12) Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj).
(13) Skont l-Artikolu 29(2), il-Kummissjoni se tippreżenta lista ta’ pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
(14) Għall-użu ta’ indiċijiet bħal dawn ara wkoll il-Kapitolu 4 tal-Avviż tal-Kummissjoni tat-12.2.2016, C(2016)755 final (Dokument ta’ Gwida għar-Regolament tal-UE dwar l-Injam).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(16) Noti ta’ spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1).
(17) ĠU L, 2024/3084, 6.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3084/oj.
(18) Ċerti skemi jippermettu ċ-ċertifikazzjoni meta perċentwal speċifikat tal-prodott rilevanti, normalment iddikjarat fuq it-tikketta, ikun issodisfa l-istandard sħiħ taċ-ċertifikazzjoni. F’każijiet bħal dawn, huwa importanti li l-operatur jikseb informazzjoni dwar jekk twettqux verifiki fuq il-porzjon mhux iċċertifikat u jekk jipprovdux evidenza adegwata tal-konformità mal-ġeolokalizzazzjoni u mal-element mingħajr deforestazzjoni għall-porzjon mhux iċċertifikat ukoll.
(19) Xi skemi jippermettu ċ-ċertifikazzjoni meta jintużaw il-ktajjen tal-kustodja tal-bilanċ tal-massa. Madankollu, tali prodotti mħallta mhumiex konformi mal-EUDR. Prodotti konformi bis-sħiħ mal-elementi msemmija hawn fuq biss huma permessi skont l-EUDR, bl-esklużjoni ta’ prodotti mħallta bbażati fuq ċerti perċentwali jew ktajjen tal-kustodja tal-bilanċ tal-massa.
(20) Iċ-ċertifikazzjoni tal-katina tal-kustodja tista’ tintuża bħala evidenza li l-ebda komodità mhux magħrufa jew mhux permessa ma tidħol f’katina tal-provvista. Dawn ġeneralment ikunu bbażati fuq l-iżgurar li l-komoditajiet u l-prodotti permessi biss jitħallew jidħlu fil-katina tal-provvista f’“punti kritiċi ta’ kontroll”, u prodott ikun jista’ jiġi ttraċċat għall-kustodju preċedenti tiegħu (li jeħtieġlu jkollu wkoll ċertifikazzjoni tal-katina tal-kustodja) aktar milli lura għall-post tal-oriġini. Prodott b’ċertifikazzjoni tal-katina tal-kustodja jista’ jkun fih taħlita ta’ materjal iċċertifikat u materjal ieħor permess minn varjetà ta’ sorsi. Meta juża ċ-ċertifikazzjoni tal-katina tal-kustodja, operatur għandu jiżgura li l-materjali kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-EUDR u li l-kontrolli jkunu biżżejjed biex jeskludu materjal mhux konformi.
(21) Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport: Study on Certification and Verification Scheme in the Forest Sector and for Wood-based Products, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, 2021.
(22) Il-Kummissjoni Ewropea, SWD(2021) 326 final.
(23) ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5.
(24) Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport: Study on Certification and Verification Scheme in the Forest Sector and for Wood-based Products, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, 2021.
(25) L-element l-ieħor ta’ “mingħajr deforestazzjoni” fl-Artikolu 2(13)(b), li jistipula li l-prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu tal-injam ikunu nħasdu mingħajr ma ġiet indotta d-degradazzjoni tal-foresti, jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kapitolu, li jittratta speċifikament id-definizzjoni ta’ użu agrikolu.
(26) ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1991/oj.
(27) FAO 2003. Multilingual Thesaurus on Land Tenure. Il-Kapitolu 7. Land in an agricultural, pastoral and forestry context.
(28) Il-Programm Dinji tal-FAO għaċ-Ċensiment tal-Agrikoltura 2020, Vol. 1, p. 123, il-punt 8.13.12 u 8.13.13.
(29) https://forest-observatory.ec.europa.eu/forest/gfc2020.
ANNESS I
KIF JAPPLIKAW FIL-PRATTIKA L-INTERPRETAZZJONIJIET TA’ “INTRODUZZJONI FIS-SUQ”, “TQEGĦID FIS-SUQ” U “ESPORTAZZJONI”?
Ix-xenarji li ġejjin jiddeskrivu sitwazzjonijiet li fihom persuna fiżika jew ġuridika titqies bħala operatur skont l-EUDR.
(Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-operaturi fix-xenarji kollha ta’ hawn taħt huma responsabbli għat-twettiq tad-diliġenza dovuta fuq il-prodotti/komoditajiet rilevanti u għas-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta (DDS, due diligence statement) lis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-EUDR jew għall-assenjar ta’ rappreżentant awtorizzat, imsemmi fl-Artikolu 6, biex jippreżentaw id-DDS f’isimhom)
(Skont l-Artikolu 4(3) is-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta (DDS) timplika li l-operatur jew in-negozjant mhux SME jkun ikkonforma mal-obbligi kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-EUDR u jassumi r-responsabbiltà għall-konklużjoni li huma mingħajr deforestazzjoni u ġew prodotti f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni, skont l-Artikolu 3)
Xenarju 1 — Ipproċessar ta’ prodotti
Il-manifattur A stabbilit fl-UE (operatur li mhuwiex SME) huwa kumpanija li tixtri ż-żejt tal-palm [SA 1511 ] f’pajjiż terz u timportah fl-UE, fejn tuża ż-żejt tal-palm biex tipproduċi alkoħols xaħmin industrijali [SA 3823 70 ]. Imbagħad tbigħ l-alkoħols xaħmin industrijali lill-manifattur B fi Stat Membru ieħor tal-UE.
|
— |
Il-manifattur A huwa operatur meta jimporta ż-żejt tal-palm fl-UE (jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”), peress li ż-żejt tal-palm huwa prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-manifattur A jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq iż-żejt tal-palm, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Il-manifattur A huwa wkoll operatur meta jintroduċi l-alkoħols xaħmin industrijali fis-suq, peress li l-alkoħols xaħmin industrijali huma prodotti rilevanti koperti mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-manifattur A jeħtieġlu jippreżenta DDS separata għall-alkoħols xaħmin industrijali qabel ma jintroduċihom fis-suq, li fih jista’ jirreferi għan-numru ta’ referenza tad-DDS preċedenti tiegħu skont l-Artikolu 4(9). |
Xenarju 2 — Materjali għall-imballaġġ
Xenarju 2a
Il-manifattur C (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE jimporta karta kraft miksija [SA 4810 ] mill-produttur B stabbilit f’pajjiż terz u jużaha biex jippakkja prodotti oħra li sussegwentement jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni.
|
— |
Il-manifattur C huwa operatur meta jimporta l-karta kraft fl-UE (jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”), peress li l-karta kraft hija prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR: għalkemm se tintuża bħala imballaġġ, il-karta kraft tiġi importat bħala prodott għalih (qabbel max-Xenarju 2b) u għalhekk hija soġġetta għad-diliġenza dovuta. Il-manifattur C jeħtieġlu jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Il-Manifattur C mhux meħtieġ jeżerċita diliġenza dovuta jew jissottometti DDS għall-karta kraft meta sussegwentement tintuża għall-imballaġġ ta’ prodotti oħra peress li ma tinbiegħx bħala prodott fih innifsu iżda pjuttost bħala materjal tal-imballaġġ (li huwa ta’ tip li normalment jintuża għall-imballaġġ ta’ tali oġġetti, u li ma jagħtix lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu) u għalhekk mhuwiex regolat bħala prodott rilevanti skont l-EUDR. |
Xenarju 2b
Il-kumpanija D (operatur li huwa SME) stabbilita fl-UE timporta gwarniċi tal-injam [SA 4414 ] minn pajjiż terz u tbigħhom lill-bejjiegħ bl-imnut E stabbilit fl-UE. Il-gwarniċi ġew f’imballaġġ tal-kartun.
|
— |
Il-kumpanija D hija operatur meta timporta fl-UE (jiġifieri tiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”) il-gwarniċi tal-injam, peress li l-gwarniċi tal-injam huma prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-kumpanija D jeħtiġilha teżerċita d-diliġenza dovuta fuq il-gwarniċi tal-injam, tippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u tinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Il-Kumpanija D mhijiex meħtieġa teżerċita diliġenza dovuta jew tissottometti DDS għall-imballaġġ tal-kartun, peress li dan ma ġiex importat bħala prodott fih innifsu iżda pjuttost bħala materjal tal-imballaġġ (li huwa ta’ tip li normalment jintuża għall-imballaġġ ta’ tali oġġetti, u li ma jagħtix lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu) u għalhekk mhuwiex regolat bħala prodott rilevanti skont l-EUDR. |
Xenarju 3 — Trasferimenti tas-sjieda
Xenarju 3a
Il-manifattur F (operatur li mhuwiex SME) stabbilit fl-UE jixtri ġlud grezzi tal-bhejjem tal-ifrat [SA ex 4101 ] mill-fornitur H, li huwa stabbilit barra mill-UE. Skont il-kuntratt, is-sjieda tiġi ttrasferita immedjatament lill-manifattur F filwaqt li l-ġlud ikunu għadhom barra mill-UE u l-manifattur F jimportahom fl-UE. Wara l-importazzjoni fl-UE, il-manifattur F jipproċessa l-ġlud fi ġlud ikkonzati [SA ex 4104 ] u jbigħhom lill-bejjiegħ bl-imnut I (negozjant) li mhuwiex SME stabbilit fl-UE.
|
— |
Il-manifattur F huwa operatur meta jimporta fl-UE (jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”) ġlud grezzi tal-bhejjem tal-ifrat, peress li l-ġlud grezzi tal-bhejjem tal-ifrat huma prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-manifattur F jeħtieġlu jeżerċita diliġenza dovuta fuq il-ġlud grezzi, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Bħala parti mid-diliġenza dovuta tiegħu għall-ġlud grezzi, il-manifattur F jeħtieġlu jinkludi informazzjoni dwar il-ġeolokalizzazzjoni li tirreferi għall-istabbilimenti kollha fejn ikunu trabbew il-bhejjem tal-ifrat (f’konformità mal-Artikolu 9(1)(d)). F’konformità mal-Premessa (39), il-manifattur F jiddetermina jekk il-bhejjem tal-ifrat użati għall-produzzjoni ta’ dawk il-ġlud ġewx mitmugħa bi prodott rilevanti ieħor, u jekk iva, iwettaq ukoll id-diliġenza dovuta meħtieġa għall-għalf tal-bhejjem. |
|
— |
Il-manifatturatur F huwa wkoll operatur meta jintroduċi l-ġlud ikkunzati fis-suq, peress li l-ġlud ikkonzati huma prodotti rilevanti koperti mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-manifattur F jeħtieġlu jippreżenta DDS separata għalihom qabel ma jbigħhom lin-negozjant I. Il-manifattur F jista’ jirreferi għad-DDS eżistenti relatata mal-ġlud mhux ipproċessati li qabel kien introduċa fis-suq mal-importazzjoni fl-UE. |
|
— |
Bħala negozjant li mhuwiex SME, in-negozjant I jassumi l-istess obbligi ta’ diliġenza dovuta bħal operatur. Wara li jkun żgura li ġiet eżerċitata d-diliġenza dovuta relatata mal-ġlud grezzi tal-bhejjem tal-ifrat, in-negozjant I huwa meħtieġ jippreżenta DDS separata għall-ġlud ikkonzati mixtrija mill-manifattur F qabel ma jbigħhom lill-konsumaturi jew lil atturi oħra aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista (jiġifieri, iqegħedhom fis-suq tal-Unjoni). Id-DDS tan-negozjant I tista’ tagħmel referenza għad-DDS eżistenti tal-manifattur F għall-ġlud ikkonzati skont l-Artikolu 4(9). |
(F’dan ix-xenarju, is-sjieda tiġi ttrasferita minn persuna mhux tal-UE għal persuna tal-UE qabel ma l-prodott jidħol fiżikament fl-UE)
Xenarju 3b
Il-manifattur F (operatur li mhuwiex SME) stabbilit fl-UE jixtri ġlud ikkonzati tal-bhejjem tal-ifrat [SA ex 4104 ] online mill-fornitur H, li huwa stabbilit barra mill-UE. Skont il-kuntratt, is-sjieda tiġi ttrasferita biss lill-manifattur F meta l-ġlud jiġu kkonsenjati fil-fabbrika tagħhom fl-UE. L-aġent tat-trasferimenti G jimporta l-ġlud fl-UE f’isem il-fornitur H u jikkonsenjahom lill-fabbrika tal-manifattur F.
|
— |
Il-fornitur H huwa operatur meta jimporta l-ġlud ikkonzati tal-bhejjem tal-ifrat fl-UE (jiġifieri, jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”), peress li huma prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-fornitur H jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq il-ġlud tal-bhejjem tal-ifrat, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera [jew jagħti mandat lill-aġent tal-vapuri G bħala rappreżentant awtorizzat skont l-Artikolu 6(1) biex jippreżentaha]. Bħala parti mid-diliġenza dovuta tiegħu għall-ġlud, il-fornitur H jeħtieġlu jinkludi informazzjoni dwar il-ġeolokalizzazzjoni li tirreferi għall-istabbilimenti kollha fejn trabbew il-bhejjem tal-ifrat (f’konformità mal-Artikolu 9(1)(d)). F’konformità mal-Premessa (39), il-fornitur H jiddetermina jekk il-bhejjem tal-ifrat użati għall-produzzjoni ta’ dawk il-ġlud ġewx mitmugħa bi prodott rilevanti ieħor, u jekk iva, iwettaq ukoll id-diliġenza dovuta meħtieġa għall-għalf tal-bhejjem. |
|
— |
Il-manifattur F huwa l-ewwel persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed il-prodotti rilevanti fis-suq tal-UE u jitqies ukoll li huwa operatur skont l-Artikolu 7, jiġifieri għalkemm fil-fatt mhuwiex operatur skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(15), l-Artikolu 7 jistabbilixxi li huwa soġġett għall-istess obbligi bħal operatur. Għalhekk, il-manifattur F jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta u jippreżenta DDS separata lis-Sistema ta’ Informazzjoni qabel ma jbigħhom lill-konsumaturi jew lil atturi oħra aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista, li fiha jista’ jirreferi għad-DDS tal-fornitur H skont l-Artikolu 4(9). |
(F’dan ix-xenarju, is-sjieda tiġi ttrasferita biss mill-persuna mhux tal-UE għall-persuna tal-UE wara li l-prodott ikun daħal fiżikament fl-UE)
Xenarju 4 — Introduzzjoni vs. tqegħid fis-suq
(Ix-xenarji 4a, 4b, 4c u 4d juru d-differenza bejn l-introduzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u jagħtu eżempji ta’ xi wħud miċ-ċirkostanzi li fihom negozju downstream jista’ jkun operatur)
Xenarju 4a
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE jimporta trab tal-kawkaw [SA 1805 ] minn produttur ta’ pajjiż terz (mhux tal-UE) u jbigħu lill-bejjiegħ bl-imnut K stabbilit fl-UE, li mhuwiex SME. Il-bejjiegħ bl-imnut K jimporta trab tal-kawkaw addizzjonali minn pajjiż terz (produttur mhux tal-UE) u jħalltu mat-trab tal-kawkaw mixtri mingħand il-bejjiegħ bl-ingrossa J għall-bejgħ lill-konsumaturi aħħarin fl-UE (qabbel max-Xenarji 4b, 4c, 4d).
|
— |
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J huwa operatur meta jimporta fl-UE (jiġifieri, jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”) it-trab tal-kawkaw (l-introduzzjoni fis-suq), peress li t-trab tal-kawkaw huwa prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-bejjiegħ bl-ingrossa J jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq it-trab tal-kawkaw, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Għal trab tal-kawkaw mixtri mingħand il-bejjiegħ bl-ingrossa J, il-bejjiegħ bl-imnut K qed jaġixxi bħala negozjant minħabba li dan it-trab tal-kawkaw diġà ġir introdott fis-suq tal-Unjoni. Bħala negozjant li mhuwiex SME, il-bejjiegħ bl-imnut K jassumi l-istess obbligi ta’ diliġenza dovuta bħal operatur u huwa meħtieġ jippreżenta DDS għat-trab tal-kawkaw mixtri mingħand il-bejjiegħ bl-ingrossa J qabel ma jbigħu (tqegħid fis-suq). Il-bejjiegħ bl-imnut K jista’ jirreferi għad-DDS eżistenti tal-bejjiegħ bl-ingrossa J għat-trab tal-kawkaw, wara li jaċċerta li d-diliġenza dovuta tkun twettqet kif suppost f’konformità mar-rekwiżiti tal-EUDR skont l-Artikolu 4(9), iżda l-bejjiegħ bl-imnut K xorta jibqa’ responsabbli għall-konformità. |
|
— |
Il-bejjiegħ bl-imnut K huwa operatur għat-trab tal-kawkaw addizzjonali li K jimporta direttament fl-UE (jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”), peress li t-trab tal-kawkaw huwa prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR u K qed jintroduċi t-trab tal-kawkaw addizzjonali fis-suq għall-ewwel darba. Dan ifisser li l-bejjiegħ bl-imnut K jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq it-trab tal-kawkaw addizzjonali, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
Xenarju 4b
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE jimporta trab tal-kawkaw [SA 1805 ] minn produttur ta’ pajjiż terz (mhux tal-UE) u jbigħu lill-bejjiegħ bl-imnut K (negozjant li mhuwiex SME) stabbilit fl-UE. Il-bejjiegħ bl-imnut K ibigħ mill-ġdid it-trab tal-kawkaw fl-UE.
|
— |
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J huwa operatur meta jimporta t-trab tal-kawkaw fl-UE (jiġifieri, jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”), peress li t-trab tal-kawkaw huwa prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-bejjiegħ bl-ingrossa J jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq it-trab tal-kawkaw, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Peress li t-trab tal-kawkaw diġà ġie introdott fis-suq mill-bejjiegħ bl-ingrossa J u dment li l-bejjiegħ bl-imnut K la pproċessah u lanqas issupplimentah qabel il-bejgħ mill-ġdid, il-bejjiegħ bl-imnut K qiegħed biss jagħmel disponibbli prodott rilevanti. Għall-fini tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4(2) u (9), il-bejjiegħ bl-imnut K jista’ jirreferi għad-DDS eżistenti wara li jaċċerta li d-diliġenza dovuta kienet eżerċitata kif suppost mill-bejjiegħ bl-ingrossa J skont l-Artikolu 4(9), iżda l-bejjiegħ bl-imnut K xorta jibqa’ responsabbli għall-konformità. |
Xenarju 4c
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE jimporta ż-żejt tal-fażola tas-sojja [SA 1507 ] minn produttur ta’ pajjiż terz (mhux tal-UE) u jbigħu lill-bejjiegħ bl-imnut K (negozjant li huwa SME) stabbilit fl-UE. Il-bejjiegħ bl-imnut K ibigħ mill-ġdid iż-żejt tal-fażola tas-sojja fl-UE.
|
— |
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J huwa operatur meta jimporta ż-żejt tal-fażola tas-sojja fl-UE (jiġifieri, jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”), peress li ż-żejt tal-fażola tas-sojja huwa prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-bejjiegħ bl-ingrossa J jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq iż-żejt tal-fażola tas-sojja, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Peress li ż-żejt tas-sojja diġà ġie introdott fis-suq mill-bejjiegħ bl-ingrossa J u dment li l-bejjiegħ bl-imnut K la pproċessah u lanqas issupplimentah qabel il-bejgħ mill-ġdid, il-bejjiegħ bl-imnut K qiegħed biss iqiegħed fis-suq prodott rilevanti. Peress li l-bejjiegħ bl-imnut K huwa negozjant li huwa SME, ma għandux l-istess obbligi ta’ diliġenza dovuta bħal operatur. Il-bejjiegħ bl-imnut K jeħtieġlu għalhekk jiġbor u jżomm l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 5 tal-EUDR, iżda mhuwiex meħtieġ li jippreżenta DDS għaż-żejt tal-fażola tas-sojja qabel ma jerġa’ jbigħu skont l-Artikolu 5(2). |
Xenarju 4d
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE jimporta ż-żerriegħa tal-kawkaw [SA 1801 ] minn produttur ta’ pajjiż terz (mhux tal-UE) u jbigħhom lill-manifattur K stabbilit fl-UE (operatur li mhuwiex SME). Il-manifattur K juża ż-żerriegħa tal-kawkaw biex jagħmel il-bars taċ-ċikkulata [SA 1806 ], li jbigħ fl-UE.
|
— |
Il-bejjiegħ bl-ingrossa J huwa operatur meta jimporta ż-żerriegħa tal-kawkaw fl-UE (jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera” ), peress li ż-żerriegħa tal-kawkaw hija prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-bejjiegħ bl-ingrossa J jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq iż-żerriegħa tal-kawkaw, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Il-Manifattur K isir operatur meta jbigħ il-bars taċ-ċikkulata, minħabba li l-bars taċ-ċikkulata huma wkoll prodott rilevanti elenkat fl-Anness I tal-EUDR u dawn qed jiġu introdotti fis-suq (jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba). Għall-fini tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4(2) u (9), il-bejjiegħ bl-imnut K jista’ jirreferi għad-DDS eżistenti wara li jaċċerta li d-diliġenza dovuta kienet eżerċitata kif suppost mill-bejjiegħ bl-ingrossa J skont l-Artikolu 4(9), iżda l-bejjiegħ bl-imnut K xorta jibqa’ responsabbli għall-konformità. |
Xenarju 5 — Użu tad-DDS eżistenti bħala referenza
Il-kumpanija L (operatur li mhuwiex SME) stabbilita fl-UE tixtri laħam tal-bhejjem tal-ifrat iffriżat [SA ex 0202 ] mingħand il-bidwi M (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE li rabba l-bhejjem tal-ifrat fl-UE. Il-bidwi M xtara l-għalf tal-bhejjem tal-ifrat mingħand il-bejjiegħ bl-imnut W (operatur li huwa SME) li eżerċita d-diliġenza dovuta. Il-kumpanija L imbagħad tesporta l-laħam tal-bhejjem ifrat iffriżat [SA ex 0202 ] lejn pajjiż terz. Il-laħam ma ġiex ipproċessat fi prodotti rilevanti oħra jew imħallat magħhom.
|
— |
Il-bidwi M huwa operatur meta jbigħ il-laħam tal-bhejjem tal-ifrat iffriżat lill-kumpanija L u jeħtieġlu jwettaq id-diliġenza dovuta u jippreżenta DDS għal-laħam tal-bhejjem tal-ifrat lis-Sistema ta’ Informazzjoni qabel ma jbigħu. Bħala parti mid-diliġenza dovuta tiegħu għal-laħam tal-ifrat, il-bidwi M jeħtieġlu jinkludi informazzjoni dwar il-ġeolokalizzazzjoni li tirreferi għall-istabbilimenti kollha fejn trabbew il-bhejjem tal-ifrat (f’konformità mal-Artikolu 9(1)(d)). F’konformità mal-Premessa (39), il-bidwi M jiddetermina jekk il-bhejjem tal-ifrat ġewx mitmugħa bi prodott rilevanti ieħor, u jekk iva, il-bidwi M għandu juża bħala evidenza l-fatturi rilevanti, in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta rilevanti jew kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra riċevuta mill-bejjiegħ bl-imnut W li tindika li l-għalf kien mingħajr deforestazzjoni. |
|
— |
Il-kumpanija L hija operatur meta tesporta l-laħam mill-UE (jiġifieri, tiddikjara għall-proċedura ta’ esportazzjoni doganali). Għalhekk, il-kumpanija L jeħtiġilha tiżgura li ġiet eżerċitata d-diliġenza dovuta relatata mal-laħam tal-bhejjem tal-ifrat, u tippreżenta DDS separata, li tista’ tirreferi għad-DDS preċedenti ppreżentata mill-bidwi M skont l-Artikolu 4(9). Jekk, minflok ma tesporta l-laħam lejn pajjiż terz, il-kumpanija L tiddeċiedi li tbigħ il-laħam fl-UE, il-kumpanija L tkun qed taġixxi bħala negozjant, iżda tkun soġġetta għall-istess obbligi bħal hawn fuq, peress li n-negozjanti li mhumiex SMEs jitqiesu bħala operaturi li mhumiex SMEs skont l-Artikolu 5(1). |
Xenarju 6 — Diliġenza dovuta għal persuni fiżiċi/intrapriżi mikro
Is-sid ta’ foresta privata N stabbilit fl-UE (operatur li huwa SME) jikkuntratta l-kumpanija tal-injam O (operatur li mhuwiex SME) biex taħsad xi wħud mis-siġar tiegħu. Il-kumpanija O taħsad is-siġar, iżda z-zkuk [SA 4403 ] għadhom proprjetà tas-sid ta’ foresta privata N. Meta jinġabru z-zkuk, is-sid tal-foresta privata N ibigħ iz-zkuk maħsuda lill-kumpanija tal-injam O. Il-kumpanija tal-injam O mbagħad tibgħat iz-zkuk lill-impjant fejn jisserraw l-injam tagħha stess u tintroduċihom fis-suq bħala injam issegat [SA 4407 ].
|
— |
Is-sid ta’ foresta privata N huwa operatur u jeħtieġlu jwettaq id-diliġenza dovuta qabel ma jintroduċi z-zkuk fis-suq. Madankollu, minħabba li s-sid tal-foresta N huwa persuna fiżika/intrapriża mikro, huwa għandu l-għażla li jagħti mandat lill-operatur jew lin-negozjant li jmiss aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista li mhijiex persuna fiżika/intrapriża mikro biex taġixxi bħala rappreżentant awtorizzat u tippreżenta d-DDS f’isimu. F’każ li s-sid tal-foresta N jagħżel li jagħti mandat lill-kumpanija O biex tippreżenta d-DDS f’ismu, huwa jikkomunika lill-kumpanija O l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkonferma li diġà eżerċita d-diliġenza dovuta u li ma nstab l-ebda riskju/riskju negliġibbli skont l-Artikolu 6(3). Is-sid tal-foresta N jibqa’ responsabbli għall-konformità. |
|
— |
Il-kumpanija tal-injam O hija operatur meta tintroduċi fis-suq injam issegat bħala prodott tal-injam rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR, prodott minn zkuk li nħasdu fil-foresta tas-sid tal-foresta N. Dan ifisser li l-kumpanija tal-injam O jeħtiġilha tiżgura li ġiet eżerċitata d-diliġenza dovuta relatata maz-zkuk u tippreżenta DDS separata għas-Sistema ta’ Informazzjoni qabel ma tintroduċi fis-suq l-injam issegat prodott mill-isserrar tas-siġar tas-sid tal-foresta N. |
Xenarju 7 — Mandar ta’ partijiet terzi bħala rappreżentanti awtorizzati
Il-bejjiegħ bl-imnut P (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE jimporta tajers pnewmatiċi tal-lastiku [SA ex 4011 ] minn pajjiż terz (mhux tal-UE) u jagħżel li jagħti mandat lill-kumpanija Q stabbilita fl-UE bħala r-rappreżentant awtorizzat tiegħu biex tippreżenta d-DDS bħala fornitur ta’ servizzi għall-bejjiegħ bl-imnut P.
|
— |
Il-bejjiegħ bl-imnut P huwa operatur meta jimporta fl-UE (jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”) it-tajers tal-lastiku, peress li t-tajers tal-lastiku huma prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-bejjiegħ bl-imnut P jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq it-tajers tal-lastiku iżda, il-bejjiegħ bl-imnut P jista’ jagħti mandat lill-kumpanija Q bħala rappreżentant awtorizzat biex tippreżenta d-DDS għat-tajers f’ismu skont l-Artikolu 6(1). Il-kumpanija Q ma taġixxix bħala membru tal-katina tal-provvista, hija biss fornitur ta’ servizzi li jippreżenta d-DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni f’isem il-bejjiegħ bl-imnut P u, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti, tipprovdi kopja tal-mandat skont l-Artikolu 6(2). Il-bejjiegħ bl-imnut P jibqa’ responsabbli għall-konformità tat-tajers mal-Artikolu 3 tal-EUDR. |
Xenarju 8 — Prodotti koperti
Il-manifattur R (operatur li huwa SME) stabbilit fl-UE jimporta ż-żejt tal-palm [SA 1511 ] minn produtturi ta’ pajjiżi terzi (mhux tal-UE) fl-UE u jipproċessah fil-fabbrika tiegħu f’sapun [SA 3401 ] li jbigħ fl-UE.
|
— |
Il-manifattur R huwa operatur meta jimporta fl-UE (jiddikjara għall-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera”) iż-żejt tal-palm, peress li ż-żejt tal-palm huwa prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li R jeħtieġlu jeżerċita d-diliġenza dovuta, jippreżenta DDS lis-Sistema ta’ Informazzjoni u jinkludi n-numru ta’ referenza tad-DDS fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. |
|
— |
Madankollu, meta jbigħ is-sapun, il-manifattur R mhuwiex meħtieġ jeżerċita d-diliġenza dovuta jew jippreżenta DDS għaż-żejt tal-palm li jinsab fis-sapun, peress li s-sapun innifsu mhuwiex prodott rilevanti elenkat fl-Anness I tal-EUDR. |
Xenarju 9 — Introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti rilevanti minn operatur li huwa SME
Xenarju 9a
Il-merkant S stabbilit fl-UE (negozjant li mhuwiex SME) jixtri fażola tas-sojja [SA 1201 ] li diġà ġiet introdotta fis-suq minn kumpanija oħra. Il-merkant S li mhuwiex SME stabbilit fl-UE jbigħ il-fażola tas-sojja lill-kumpanija T (operatur li huwa SME) stabbilita fl-UE. Il-kumpanija T toħloq id-dqiq tal-fażola tas-sojja [SA 1208 10 ] mill-fażola tas-sojja u tbigħu.
|
— |
Il-merkant S huwa negozjant li mhuwiex SME meta jbigħ (iqiegħed fis-suq) il-fażola tas-sojja lill-kumpanija T, peress li l-fażola tas-sojja hija prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. Dan ifisser li l-merkant S irid jaċċerta li tkun ġiet eżerċitata d-diliġenza dovuta relatata mal-fażola tas-sojja u jissottometti DDS ġdida lis-Sistema ta’ Informazzjoni li fiha S jista’ jagħmel referenza għad-DDS eżistenti pprovduta mill-fornitur skont l-Artikolu 4(9) qabel ma jbigħ il-fażola tas-sojja lill-kumpanija T. Il-merkant S xorta jibqa’ responsabbli għall-konformità. |
|
— |
Il-kumpanija T hija operatur meta tintroduċi d-dqiq tal-fażola tas-sojja fis-suq billi tbigħu, peress li pproċessat il-fażola tas-sojja fi prodott ġdid (id-dqiq tal-fażola tas-sojja), li huwa prodott rilevanti b’kodiċi SA separat skont l-Anness I tal-EUDR. Peress li dan il-bejgħ mill-kumpanija T huwa introduzzjoni fis-suq (l-ewwel tqegħid fis-suq) ta’ prodott rilevanti ġdid, il-kumpanija T hija operatur. Bħala intrapriża SME, il-kumpanija T mhijiex meħtieġa twettaq diliġenza dovuta qabel ma tintroduċi d-dqiq tal-fażola tas-sojja fis-suq u lanqas li tippreżenta dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta fis-Sistema ta’ Informazzjoni minħabba li d-dqiq tal-fażola tas-sojja huwa magħmul minn fażola tas-sojja li diġà kienet soġġetta għal diliġenza dovuta u li għaliha diġà ġiet ppreżentata dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta mill-merkant S skont l-Artikolu 4(8), iżda l-kumpanija T tibqa’ responsabbli għall-konformità. |
Xenarju 9b
Is-sid ta’ foresta privata U (operatur ta’ SME) stabbilit fl-UE jaħsad uħud mis-siġar tiegħu stess biex jipproċessa z-zkuk f’injam issegat [SA4407 ] fin-negozju tiegħu stess biex ibigħu direttament lil negozji oħra.
|
— |
Is-sid ta’ foresta U huwa operatur meta jbigħ l-injam issegat, jiġifieri s-sid ta’ Foresta U għandu jeżerċita d-diliġenza dovuta u jissottometti DDS għall-injam issegat qabel ma jbigħu, minflok qabel ma jaħsad iz-zkuk. |
(Jekk, fix-xenarju 9b ta’ hawn fuq, is-sid ta’ foresta U jaħsad xi wħud mis-siġar tiegħu biex joħloq injam issegat għall-użu tiegħu stess fid-dar tiegħu pereżempju għar-reċint tiegħu, ma jkunx operatur u konsegwentement ma jkunx soġġett għal obbligi skont l-EUDR. L-istess japplika jekk jipproċessa prodotti rilevanti oħra għall-użu personali proprju mis-siġar, bħal għamara għad-dar tiegħu jew gwarniċi tal-injam għal ritratti, jew juża z-zkuk biex issaħħan id-dar tiegħu stess)
Xenarju 10 — Prodotti rilevanti offruti għall-bejgħ online jew b’mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod
Il-persuna V stabbilita fl-UE (negozjant li huwa SME) tixtri gwarniċi tal-injam għal ritratti [SA 4414 ] għall-bejgħ sussegwenti permezz tal-ħanut tal-artiġjanat online tagħha matul attività kummerċjali. Il-gwarniċi tal-injam għal ritratti kienu diġà soġġetti għad-diliġenza dovuta mill-operatur Z.
|
— |
Il-persuna V hija negozjant meta tqiegħed fis-suq il-gwarniċi tal-injam għal ritratti, jew operatur f’każ li tesporta l-inkwatri tal-injam lejn pajjiż terz, peress li l-gwarniċi tal-injam huma prodott rilevanti kopert mill-Anness I tal-EUDR. L-EUDR ma fih l-ebda dispożizzjoni li biha s-sempliċi offerta għal bejgħ online jew b’mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod titqies bħala tqegħid fis-suq jew esportazzjoni. Il-persuna V jeħtiġilha tikkonforma mal-EUDR qabel ma tidħol fi ftehim kuntrattwali ta’ xiri max-xerrej tal-gwarniċi tal-injam għal ritratti. |
ANNESS II
EŻEMPJI TA’ REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI U TA’ DILIĠENZA DOVUTA GĦALL-PRODOTTI KOMPOSTI KOPERTI MILL-ANNESS I TAL-EUDR
Eżempju 1: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u tad-diliġenza dovuta ġew issodisfati għall-prodott rilevanti u għall-partijiet kollha li fihom prodotti rilevanti oħra jew li huma magħmulin minnhom.
|
Tip ta’ prodott |
Volum |
Twettqet id-diliġenza dovuta għall-prodott rilevanti? |
|||
|
Għamara għall-uffiċċju CKD (SA 9403 ) |
1,500 unità |
Iva, l-operatur wettaq id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8 tal-EUDR, inklużi r-rekwiżiti tal-informazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 9 (ara hawn taħt) u ppreżenta dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta. |
|||
|
Parti mill-prodott rilevanti (komponent) |
Informazzjoni dwar il-partijiet rilevanti tal-prodott (skont l-Artikolu 9) |
Il-parti tal-prodott rilevanti hija koperta minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta (DDS)? |
|||
|
|
Deskrizzjoni 2 |
Speċijiet |
Pajjiż tal-produzzjoni |
Ġeolokalizzazzjonijiet tal-komodità |
|
|
Forma interna |
Particle board (SA 4410 ) |
Abit ta’ Sitka (Picea sitchensis) |
Stat Membru tal-UE |
Diversi pjantaġġuni. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa. |
Iva: l-operatur irrefera għad-DDS eżistenti, wara li vverifika li d-diliġenza dovuta (DD, due diligence) kienet ġiet eżerċitata kif suppost. |
|
Wiċċ u dahar |
Fuljetta ta’ 0,5 mm (SA 4408 ) |
Fagu Ewropew (Fagus sylvatica) |
Stat Membru tal-UE |
Sidien ta’ foresta privata. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa. |
Iva: l-operatur irrefera għad-DDS eżistenti, wara li vverifika li d-DD kienet ġiet eżerċitata kif suppost. |
Eżempju 2: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u tad-diliġenza dovuta ġew issodisfati għall-prodott rilevanti u għall-partijiet kollha li fihom prodotti rilevanti oħra jew li huma magħmulin minnhom
|
Tip ta’ prodott |
Volum |
Twettqet id-diliġenza dovuta għall-prodott rilevanti? |
||
|
Ħelu bbażat fuq il-kawkaw (SA 1806 ) |
2,000 kg |
Iva, l-operatur wettaq id-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikolu 8 tal-EUDR, inklużi r-rekwiżiti tal-informazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 9 (ara hawn taħt) u ppreżenta dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta. |
||
|
Parti mill-prodott rilevanti (komponent) |
Informazzjoni dwar il-partijiet rilevanti tal-prodott (skont l-Artikolu 9) |
Il-parti tal-prodott rilevanti hija koperta minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta (DDS)? |
||
|
|
Deskrizzjoni |
Pajjiż tal-produzzjoni |
Ġeolokalizzazzjonijiet tal-komodità |
|
|
Ingredjent |
Butir tal-kawkaw (SA 1804 ) |
Diversi pajjiżi terzi |
Bosta rziezet / azjendi agrikoli żgħar. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa. |
Iva. Ma kien hemm l-ebda DDS eżistenti, għalhekk l-operatur wettaq id-DD għal din il-parti tal-prodott rilevanti. |
|
Ingredjent |
Paste tal-kawkaw (SA 1803 ) |
Diversi pajjiżi terzi |
Bosta rziezet / azjendi agrikoli żgħar. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa. |
Iva: l-operatur irrefera għad-DDS eżistenti, wara li vverifika li d-DD kienet ġiet eżerċitata kif suppost. |
Eżempju 3: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u tad-diliġenza dovuta ma ġewx issodisfati għall-prodott rilevanti u għall-partijiet kollha li fihom prodotti rilevanti oħra jew li huma magħmulin minnhom. Il-prodott rilevanti ma jistax jiġi introdott fis-suq peress li l-ġeolokalizzazzjonijiet tal-komoditajiet relatati ma’ prodott rilevanti wieħed fil-prodott kompost mhumiex magħrufa.
|
Tip ta’ prodott |
Volum |
Twettqet id-diliġenza dovuta għall-prodott rilevanti? |
|||
|
Plywood (SA 4412 ) |
8,500 m3 |
Iva, id-DD twettqet iżda minħabba li l-proċess tad-diliġenza dovuta żvela li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-ġeolokalizzazzjoni mhijiex disponibbli, il-prodott rilevanti ma jistax jiġi introdott fis-suq. |
|||
|
Parti mill-prodott rilevanti (komponent) |
Informazzjoni dwar il-partijiet rilevanti tal-prodott (skont l-Artikolu 9) |
Il-parti tal-prodott rilevanti hija koperta minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta (DDS)? |
|||
|
|
Deskrizzjoni |
Speċijiet |
Pajjiż tal-produzzjoni |
Ġeolokalizzazzjonijiet tal-komodità |
|
|
Wiċċ u dahar |
Folji għall-fuljetta (SA 4408 ) |
Bintangor (Calophyllum sp.) |
Pajjiż terz |
Diversi konċessjonijiet. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa. |
Iva: l-operatur irrefera għad-DDS eżistenti, wara li vverifika li d-DD kienet ġiet eżerċitata kif suppost. |
|
Forma interna |
Folji għall-fuljetta (SA 4408 ) |
Luq ((Populus sp.) |
Pajjiż terz |
Lottijiet tal-injam tal-irziezet. Ġeolokalizzazzjonijiet mhux speċifikati/mhux magħrufa. |
Le: mhuwiex possibbli li jiġu ssodisfati l-obbligi tad-DD mingħajr ma jiġu identifikati l-ġeolokalizzazzjonijiet. |
Eżempju 4: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u tad-diliġenza dovuta ma ġewx issodisfati għall-prodott rilevanti u għall-partijiet kollha li fihom prodotti rilevanti oħra jew li huma magħmulin minnhom. Il-prodott rilevanti ma jistax jiġi introdott fis-suq peress li l-ġeolokalizzazzjonijiet tal-komoditajiet relatati ma’ prodott rilevanti wieħed fil-prodott kompost mhumiex magħrufa u l-informazzjoni dwar l-ispeċijiet ma kinitx disponibbli għal prodott rilevanti ieħor.
|
Tip ta’ prodott |
Volum |
Twettqet id-diliġenza dovuta għall-prodott rilevanti? |
|||
|
Karta tal-kitba (90 g/m2) (SA 4802 ) |
1,200 tunnellata |
Iva, id-diliġenza dovuta twettqet iżda l-informazzjoni meħtieġa bħala parti minn dak il-proċess mhijiex disponibbli u għalhekk il-prodott rilevanti ma jistax jiġi introdott fis-suq. |
|||
|
Parti mill-prodott rilevanti (komponent) |
Informazzjoni dwar il-partijiet rilevanti tal-prodott (skont l-Artikolu 9) |
Il-parti tal-prodott rilevanti hija koperta minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta (DDS)? |
|||
|
|
Deskrizzjoni |
Speċijiet |
Pajjiż tal-produzzjoni |
Ġeolokalizzazzjonijiet tal-komodità |
|
|
Polpa |
Polpa ta’ fibra qasira (SA 47) |
Acacia mangium |
Pajjiż terz |
Pjantaġġun tal-foresti. Ġeolokalizzazzjoni magħrufa. |
Iva: l-operatur irrefera għad-DDS eżistenti, wara li vverifika li d-DD kienet ġiet eżerċitata kif suppost. |
|
Polpa |
Polpa ta’ fibra qasira (SA 47) |
Injam iebes tropikali mħallat ta’ speċijiet mhux magħrufa |
Pajjiż terz |
Pjantaġġuni tal-foresti. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa. |
Le: mhuwiex possibbli li jiġu ssodisfati l-obbligi tad-DD mingħajr ma jiġu identifikati l-ispeċijiet kollha fil-prodotti tal-injam. |
|
Polpa |
Polpa ta’ fibra twila (SA 47) |
Pinus radiata |
Pajjiż terz |
Pjantaġġuni tal-foresti. Ġeolokalizzazzjonijiet, mhux speċifikati/mhux magħrufa. |
Le: mhuwiex possibbli li jiġu ssodisfati l-obbligi tad-DD mingħajr ma jiġu identifikati l-ġeolokalizzazzjonijiet. |
Eżempju 5: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u tad-diliġenza dovuta ma ġewx issodisfati għall-prodott rilevanti u għall-partijiet kollha li fihom prodotti rilevanti oħra jew li huma magħmulin minnhom. Il-prodott rilevanti ma jistax jiġi introdott fis-suq peress li d-diliġenza dovuta mwettqa għal prodott rilevanti wieħed fil-prodott kompost żvelat li kien mingħajr deforestazzjoni.
|
Tip ta’ prodott |
Volum |
Twettqet id-diliġenza dovuta għall-prodott rilevanti? |
||
|
Ħelu bbażat fuq il-kawkaw (SA 1806 ) |
900 kg |
Iva, id-diliġenza dovuta twettqet iżda mhuwiex possibbli li jiġi kkonfermat li l-prodotti ma kinux jinvolvu d-deforestazzjoni u għalhekk il-prodott rilevanti ma jistax jiġi introdott fis-suq. |
||
|
Parti mill-prodott rilevanti (komponent) |
Informazzjoni dwar il-partijiet rilevanti tal-prodott (skont l-Artikolu 9) |
Il-parti tal-prodott rilevanti hija koperta minn dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta (DDS)? |
||
|
|
Deskrizzjoni |
Pajjiż tal-produzzjoni |
Ġeolokalizzazzjonijiet tal-komodità |
|
|
|
Butir tal-kawkaw (SA 1804 ) |
Diversi pajjiżi terzi |
Bosta rziezet / azjendi agrikoli żgħar. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa |
Iva: l-operatur irrefera għad-DDS eżistenti, wara li vverifika li d-DD kienet ġiet eżerċitata kif suppost. |
|
|
Paste tal-kawkaw (SA 1803 ) |
Diversi pajjiżi terzi |
Bosta rziezet / azjendi agrikoli żgħar. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa |
Iva: l-operatur irrefera għad-DDS eżistenti, wara li vverifika li d-DD kienet ġiet eżerċitata kif suppost. |
|
|
Trab tal-kawkaw (SA 1805 ) |
Diversi pajjiżi terzi |
Bosta rziezet. Il-ġeolokalizzazzjonijiet kollha magħrufa. |
Le. Id-DD twettqet iżda xi postijiet kienu soġġetti għad-deforestazzjoni wara d-data limitu, u għalhekk il-komponent ma jikkonformax mal-Artikolu 3 u huwa pprojbit. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4524/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)