|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4292 |
11.8.2025 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2025 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB (Kontribuzzjonijiet ex ante 2020)
(Kawża T-394/20) (1)
(Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) - Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) - Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2020 - Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 - Rikors manifestament fondat - Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tad-digriet)
(C/2025/4292)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger, A. Brenneis u J. Holzmann, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: C. Flynn u D. Ceran, aġenti, assistiti minn B. Meyring, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Etienne u G. Bartram, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt et E. d’Ursel, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2022/80 tas-7 ta’ Diċembru 2022 li tirtira d-Deċiżjoni tas-SRB SRB/ES/2020/24 tal-15 ta’ April 2020 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2020 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), sa fejn tikkonċerna l-istituzzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, u li terġa’ tikkalkola mill-ġdid il-kontribuzzjonijiet ex ante 2020 ta’ dawk l-istituzzjonijiet għas-SRF, sa fejn tikkonċernaha.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2022/80 tas-7 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2020 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Hypo Vorarlberg Bank AG. |
|
2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2023/80 jinżammu sa fejn tikkonċerna lil Hypo Vorarlberg Bank sakemm is-SRB ikun ħa l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dan id-digriet, u dan f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mill-jum li fih dan id-digriet isir definittiv. |
|
3) |
Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk imġarrba minn Hypo Vorarlberg Bank. |
|
4) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4292/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)