|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4267 |
11.8.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ April 2025 – KFZ Kolak e.U. vs GF
(Kawża C-307/25, KFZ Kolak)
(C/2025/4267)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: KFZ Kolak e.U.
Konvenut: GF
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 13(4)(c) tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li difett li jaffettwa s-sigurtà tal-oġġett (f’dan il-każ, telf ta’ żejt f’vettura bil-mutur, li jwassal għar-riskju ta’ ħsara fil-magna), anki fl-assenza ta’ kundizzjonijiet oħra, bħalma huwa aġir oġġezzjonabbli tal-bejjiegħ (pereżempju, għemil doluż), tant huwa serju li jiġġustifika immedjatament tnaqqis fil-prezz jew ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ bejgħ? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: |
|
2) |
Dan ikun jħodd ukoll meta d-difett ikun jista’ jiġi rrimedjat bi spiża finanzjarja relattivament żgħira? |
(1) ĠU 2019, L 136, p. 28, rettifiki fil-ĠU 2019, L 305, p. 61 u fil-ĠU 2020, L 86, p. 18.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4267/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)