|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4191 |
21.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1481 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1480 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
(C/2025/4191)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1481 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3), kif implimentat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1480 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 u fir-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-14 ta' Awwissu 2025, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.
(2) ĠU L, 2025/1481, 18.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1481/oj.
(3) ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.
(4) ĠU L, 2025/1480, 18.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1480/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4191/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)