|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3874 |
21.7.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ April 2025 – Lidl Italia Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCM)
(Kawża C-301/25, Lidl Italia)
(C/2025/3874)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lidl Italia Srl
Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCM)
Domandi preliminari
|
1) |
L-aġir ikkontemplat fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1) jikkostitwixxi każijiet partikolari ta’ prattiki kummerċjali żleali li huma koperti fi kwalunkwe każ mill-Artikoli 6 et seq tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (2) u suġġett, bħala tali, anki għall-Artikoli 11 et seq ta’ din id-direttiva u għal-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni nazzjonali, jew inkella, bil-kontra ta’ dan, dawn jifformaw sistema awtonoma li l-applikazzjoni tagħha, jiġifieri l-implimentazzjoni (“enforcement”) tagħha, ma tistax tkun ibbażata fuq l-imsemmija direttiva iżda hija rregolata biss, fil-każ tal-Italja, mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 231/2017? |
|
2) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-aġir ikkontemplat fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1169/2011 jikkostitwixxu l-unika forma ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-kuntest tax-xiri ta’ prodotti tal-ikel, b’tali mod li tkun eskluża l-protezzjoni ġenerali li tirriżulta mid-Direttiva 2005/29, jew inkella, bil-kontra ta’ dan, dawn jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-konsumatur flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29 u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponiha? |
|
3) |
Fil-każ fejn l-aġir ikkontemplat fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1169/2011 għandu jiġi kklassifikat bħala prattiki kummerċjali żleali u jkun kopert mid-Direttiva 2005/29, is-sistema ta’ sanzjonijiet prevista fl-Artikolu 3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 231/2017 hija ta’ natura li tiżgura effett li jista’ jiddiswadi t-twettiq ta’ aġir illegali, u b’dan il-mod tiżgura l-protezzjoni tal-konsumaturi prevista fl-Artikolu 169 TFUE, u, fi kwalunkwe każ, din hija konformi mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/29? |
(1) ĠU 2011, L 304, p. 18 u rettifiki fil-ĠU 2014, L 331, p. 40, fil-ĠU 2016, L 266, p. 7, fil-ĠU 2022, L 35, p. 26, fil-ĠU 2023, L 142, p. 41 u fil-ĠU 2023, L 214, p. 229.
(2) ĠU 2005, L 149, p. 22 u rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3874/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)