European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3853

21.7.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Mejju 2025 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (Direttiva data miftuħa u użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku)

(Kawża C-215/23)  (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Direttiva (UE) 2019/1024 - Data miftuħa u użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku - Traspożizzjoni inkompleta ta’ din id-direttiva u assenza ta’ komunikazzjoni immedjata tal-miżuri ta’ traspożizzjoni - Artikolu 260(3) TFUE - Talba għal kundanna għall-pagament ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità - Rinunzja parzjali)

(C/2025/3853)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u U. Małecka, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: S. Baeyens, M. Jacobs, C. Pochet u L. Van den Broeck, aġenti, assistiti minn J. De fauw, G. Ryelandt u J. van Riet, advocaten)

Dispożittiv

1)

Billi, fl-iskadenza tat-terminu previst fl-opinjoni motivata tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta’ April 2022, ma adottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u, b’konsegwenza, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa għal ammont ta’ EUR 2 100 000.

3)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)   ĠU C 216, 19.6.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3853/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)