European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3829

10.7.2025

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(C/2025/3829)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa minn Monaco

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009  (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Monaco

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Marquisat des Baux

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita tikkommemora l-fewdu tal-Marquisate ta’ Baux. Dan it-titolu nżamm għall-ewwel darba fl-1642 minn Hercule Grimaldi, it-tifel ta’ Honoré II. Illum, skont it-tradizzjoni storika, dan jappartjeni lill-Qdusija Tiegħu l-Prinċep Ereditajru Jacques.

Id-disinn juri l-blat u ż-żona tal-madwar tal-villaġġ ta’ Les Baux de Provence. Fil-parti ta’ fuq hemm l-isem tal-pajjiż emittenti “MONACO.” Fil-parti ta’ isfel, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “MARQUISAT DES BAUX.”

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 15 000

Id-data tal-ħruġ: Novembru 2025


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3829/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)