European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3766

17.9.2025

P9_TA(2024)0340

Il-Kard Ewropea tad-Diżabilità u l-Kard Ewropea għall-Parkeġġ għall-persuni b’diżabilità għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li testendi d-Direttiva [XXXX] għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru (COM(2023)0698 – C9-0398/2023 – 2023/0393(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/3766)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0698),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2), il-punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0398/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar 2024  (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0059/2024),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C, C/2024/1981, 18.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1981/oj.


P9_TC1-COD(2023)0393

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li testendi d-Direttiva (UE) 2024/2841 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fi Stat Membru

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2024/2842.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3766/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)