European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3636

14.7.2025

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Roermond (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Mejju 2025 – GB vs Minister van Asiel en Migratie

(Kawża C-313/25, Adrar  (1) ))

(C/2025/3636)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Roermond

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GB

Konvenut: Minister van Asiel en Migratie

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5, l-Artikolu 13(1) u (2) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (2), moqrija flimkien mal-Artikolu 6, mal-Artikolu 19(2) u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, waqt il-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet dwar il-legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, l-awtorità ġudizzjarja hija marbuta tiżgura, jekk meħtieġ ex officio, li l-prinċipju ta’ non-refoulement ma jipprekludix l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn adottata preċedentement u li għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħha ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun tqiegħed f’detenzjoni?

2)

L-Artikolu 5, l-Artikolu 13(1) u (2) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, moqrija flimkien mal-Artikolu 6, mal-Artikolu 7, mal-Artikolu 24(2) u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, waqt il-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet dwar il-legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, l-awtorità ġudizzjarja hija marbuta tiżgura, jekk meħtieġ ex officio, li l-interessi li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115 ma jipprekludux l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn adottata preċedentement u li għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tagħha ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun tqiegħed f’detenzjoni?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)   ĠU 2008, L 348, p. 98


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3636/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)