European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3621

7.7.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)+

(C/2025/3621)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Cheverny”

PDO-FR-A0164-AM03 — 10.4.2025

1.   Isem il-prodott

Cheverny

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☒ Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

☐ Indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

☐ Indikazzjoni ġeografika (IĠ)

3.   Settur

☐ Prodotti agrikoli

☒ Inbejjed

☐ Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt (Ministeru għall-agrikoltura, l-industrija agroalimentari u l-forestrija)

Direction Générale de la performance économique et environnementale des entreprises (Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi)

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li t-talba ppreżentata tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u Nru 2024/1143.

L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

It-talba għal emenda tad-DOP Cheverny ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni, jiġifieri:

a)

ma tinkludix tibdil fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika;

b)

ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika;

c)

ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li t-talba hija għal emenda standard.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

1.   Kodiċi ġeografiku uffiċjali

Żdiedet ir-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2022 fir-rigward taż-żona ġeografika u taż-żona fil-viċinanza immedjata.

Din hija bidla purament editorjali li ma timmodifikax iż-żona ġeografika.

Il-punti 6 “Żona ġeografika definita” u 9 “Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)” tad-dokument uniku ġew emendati f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

2.   Dispożizzjonijiet agroambjentali

Żdiedu diversi dispożizzjonijiet ambjentali differenti:

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin bl-użu ta’ sustanzi kimiċi huwa permess fuq strixxa ta’ 80 cm taħt il-flann;

It-tneħħija tal-ħaxix ħażin bl-użu ta’ sustanzi kimiċi mad-dawra tal-irqajja’ art huwa pprojbit.

L-għan ta’ dawn il-modifiki huwa li jqisu aħjar it-talbiet soċjetali għal tnaqqis fl-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll it-tħassib ambjentali.

Id-dokument uniku ma ġiex emendat.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Cheverny

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

4.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed huma bojod, ħomor jew rożè bla gass. L-inbejjed ħomor għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’mhux aktar minn 0,3 g/l u kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mhux aktar minn 2 g/l. L-inbejjed bojod u rożè għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10 %. Wara l-ibbottiljar, kull lott ta’ nbid irid jissodisfa l-istandards analitiċi li ġejjin: Kontenut ta’ zokkor fermentabbli tal-inbejjed bojod u rożè: mhux aktar minn 4 g/l (glukożju + fruttożju). Inbejjed bojod u rożè b’qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 13,5 %: mhux aktar minn 6 g/l (glukożju + fruttożju). L-inbejjed bojod għandhom, b’mod partikolari, aromi ta’ ċitru u ta’ fjuri bojod. L-inbejjed ħomor għandhom aromi ta’ frott aħmar u ta’ ħwawar. Il-bilanċ fil-ħalq tal-inbejjed rożè jikkombina l-vivaċità ma’ ċertu rikkezza. Il-valuri analitiċi l-oħra awtomatikament jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 12,5

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Arrikkiment

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed bojod u rożè b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ aktar minn 4 g/l jiġu prodotti mingħajr arrikkiment.

2.

Produzzjoni tal-inbejjed rożè

Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbid Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam enoloġiku, kemm waħdu kif ukoll imħallat fi preparati, huwa pprojbit.

3.

Tħarriġ tad-dwieli

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru, b’wisa’ massima bejn il-flanni ta’ 2,10 m. Il-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann hija ta’ bejn 0,90 m u 1,20 m.

Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 13-il għajn għal kull pjanta, bit-tekniki li ġejjin:

żabra Guyot b’żarġun twil wieħed u b’mhux aktar minn żewġ idfra;

żabra b’żewġt iżraġen qosra;

żabra b’idfra (tħarriġ forma ta’ mrewħa jew skont il-metodu cordon de Royat).

7.2.   Rendimenti massimi

1.

Inbejjed bojod

72 ettolitru għal kull ettaru

2.

Inbejjed ħomor u rożè

66 ettolitru għal kull ettaru

8.   Żona ġeografika definita

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Loir-et-Cher (lista stabbilita abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2024 u tal-katast tal-2023): Candé-sur-Beuvron, Cellettes, Chambord, Cheverny, Chitenay, Le Controis-en-Sologne (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Feings, Fougères-sur-Bièvre u Ouchamps), Cormeray, Cour-Cheverny, Fresnes, Huisseau-sur-Cosson, Maslives, Monthou-sur-Bièvre (għas-sezzjonijiet katastali E u ZB tal-muniċipalità), Les Montils, Montlivault, Mont-près-Chambord, Muides-sur-Loire, Saint-Claude-de-Diray, Saint-Dyé-sur-Loire, Saint-Laurent-Nouan, Sambin, Seur, Tour-en-Sologne, Vineuil.

9.   Varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

 

Chardonnay B

 

Chenin B

 

Gamay N

 

Orbois B

 

Pinot noir N

 

Sauvignon B – Sauvignon blanc

 

Sauvignon gris G – Fié gris

10.   Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet

Il-ħamrija fqira tal-vinji, b’konsistenza prinċipalment ramlija jew li tinsab fuq substrat kalkarju, affettwata sew mill-azzjoni tax-Xmara Loire, flimkien mal-foresti kbar fil-viċinanzi, li jikkontribwixxu għal klima friska, wasslu għat-tħawwil ta’ varjetajiet bikrin adattati għal klima diffiċli għad-dwieli.

Din il-klima tikkontribwixxi għal fwieħa li tikkombina b’mod armonizzat il-varjetajiet differenti tal-għeneb:

inbejjed bojod vivaċi, iżda bbilanċjati, iddominati minn aromi taċ-ċitru,tal-frott eżotiku, jew tal-fjuri bojod;

inbejjed rożè bbilanċjati b’ċertu rikkezza fil-ħalq, li normalment ikollhom noti ta’ frott aħmar u ta’ ħwawar;

inbejjed ħomor b’aromi ta’ frott aħmar u iswed, xi drabi b’noti ta’ ħwawar, u bi struttura delikata fil-każ tal-inbejjed mhux imqaddmin jew struttura aktar robusta fil-każ tal-inbejjed imqaddmin li jistgħu jiżviluppaw aromi ta’ laħam tal-kaċċa.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Dispożizzjonijiet relatati mat-tikkettar

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Id-daqs tal-ittri tal-isem

“Val de Loire”, li jista’ jissupplimenta l-isem tad-denominazzjoni, ma għandux jaqbeż, mill-għoli jew mill-wisa’, żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

Isem ta’ unità ġeografika iżgħar

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikkettar tal-inbejjed jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, sakemm din tkun post irreġistrat u tkun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikkettar tal-inbejjed bojod u rożè b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ aktar minn 9 g/l għandu jindika l-kontenut ta’ zokkor fermentabbli tal-inbid, kif definit mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga li tikkonċerna l-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju

tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Loir-et-Cher:

Bracieux, Chailles, Chambord, Chaumont-sur-Loire, Contres, Fontaines-en-Sologne, Monthou-sur-Bièvre, Oisly, Pontlevoy, Saint-Gervais-la-Forêt, Soings-en-Sologne, Thenay, Valaire.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-1fda4485-5ec9-4fc6-aea8-1486297de9ec


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3621/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)