European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3602

4.7.2025

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Qafas għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw il-Patt għal Industrija Nadifa

(Qafas tal-Għajnuna mill-Istat għall-Patt għal Industrija Nadifa)

(C/2025/3602)

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fis-26 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar Il-Patt għal Industrija Nadifa: Pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni (“Il-Patt għal Industrija Nadifa”) (1). Din il-Komunikazzjoni takkumpanja l-Patt għal Industrija Nadifa billi tistabbilixxi kif l-Istati Membri jistgħu jfasslu miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw l-objettivi tagħhom relatati mal-Patt għal Industrija Nadifa.

(2)

Il-Patt għal Industrija Nadifa jistipula azzjonijiet biex jittejjeb l-aċċess għal enerġija affordabbli, tingħata spinta lid-domanda u l-provvista ta’ prodotti tat-teknoloġija nadifa, jikkatalizza l-investimenti pubbliċi u privati, tissaħħaħ l-ekonomija ċirkolari, jiġu żviluppati sħubijiet internazzjonali u jiġu żgurati ħiliet u impjiegi ta’ kwalità għall-ġustizzja soċjali. Jipprovdi strateġija komprensiva ta’ tkabbir għal industrija kompetittiva, reżiljenti u dekarbonizzata fl-Unjoni, filwaqt li joffri opportunitajiet għall-investituri u jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali u għall-ekwità fir-reġjuni kollha. Il-Patt għal Industrija Nadifa jirrappreżenta impenn biex jiġu aċċellerati d-dekarbonizzazzjoni, ir-riindustrijalizzazzjoni u l-innovazzjoni, kollha fl-istess ħin u fil-kontinent kollu, filwaqt li jirrinforza wkoll ir-reżiljenza tal-Ewropa. Huwa jippreżenta lill-industrija Ewropea b’argument aktar b’saħħtu għal investimenti kbar newtrali fil-klima f’industriji intensivi fl-enerġija u t-teknoloġija nadifa. Huwa jissottolinja l-ħtieġa li jinkiseb aċċess għal investiment biex jippermetti kapaċità suffiċjenti tal-manifattura fl-Unjoni, jinħolqu swieq ewlenin għat-teknoloġija nadifa, jitnaqqsu l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet tajbin għall-kumpaniji biex jikbru, jikkompetu u jkunu minn ta’ quddiem fid-dinja kollha kif ukoll biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin.

1.1.   Il-ħtieġa li jiġu inċentivati l-investimenti fl-Ewropa

(3)

Biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Patt għal Industrija Nadifa, se jkun meħtieġ investiment konsiderevoli. Għalhekk, jeħtieġ li l-fondi jiġu mobilizzati, prinċipalment minn sorsi privati, iżda, fejn meħtieġ, inċentivati jew ikkomplementati b’fondi pubbliċi.

(4)

Kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa, jinħtieġu investimenti biex tkompli tiġi aċċellerata t-tnedija tal-enerġija rinnovabbli, biex tiġi implimentata d-dekarbonizzazzjoni industrijali, u biex tiġi żgurata kapaċità suffiċjenti tal-manifattura tat-teknoloġija nadifa. Din il-Komunikazzjoni tispeċifika l-kriterji li l-Kummissjoni tapplika meta tivvaluta l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri beħsiebhom jieħdu biex jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet. Dan jippermetti orizzont ta’ ppjanar itwal għall-Istati Membri u prevedibbiltà tal-investiment u sigurtà għan-negozji, mingħajr ma jfixkel bla bżonn il-kompetizzjoni u l-kummerċ u filwaqt li jippreserva l-objettivi ta’ koeżjoni.

(5)

Il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-manifattura Ewropea għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti ewlenin tagħhom hija rikonoxxuta wkoll fl-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (NZIA) (2), li diġà jindirizza ċerti ostakli għat-tkabbir tal-produzzjoni fl-Ewropa. L-Istati Membri huma mħeġġa jaċċelleraw l-investimenti eliġibbli fil-manifattura tat-teknoloġija nadifa billi jirrikonoxxuhom bħala proġetti strateġiċi b’emissjonijiet żero netti f’konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-NZIA. Filwaqt li l-NZIA se żżid il-kompetittività tas-settur tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, tattira l-investimenti, u ttejjeb l-aċċess għas-suq għat-teknoloġija nadifa fl-UE, ċerti investimenti fit-teknoloġija nadifa jistgħu jirrikjedu appoġġ addizzjonali biex jiġi żgurat li l-kapaċità fl-Unjoni tikber, u b’hekk tippermetti l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn emissjonijiet żero netti u żżid ir-reżiljenza Ewropea f’dan il-qasam. F’dan l-isfond, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jingħata appoġġ pubbliku addizzjonali lil proġetti li jsaħħu r-reżiljenza filwaqt li jimminimizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(6)

Barra minn hekk, biex jipprovdu appoġġ min-naħa tad-domanda u jinċentivaw l-użu tal-prodotti ta’ teknoloġija nadifa, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu wkoll inċentivi fiskali fil-forma ta’ deprezzament aċċellerat, inkluż l-infiq immedjat, għall-akkwist ta’ assi tat-teknoloġija nadifa meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti. Miżuri li mhumiex imfassla biex jiffavorixxu b’mod selettiv impriża jew settur speċifiku u li huma de jure u de facto miftuħa għall-operaturi reali u potenzjali kollha huma meqjusa bħala ġenerali fin-natura tagħhom u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat (3). Dan japplika wkoll għal prodotti mhux koperti minn din il-Komunikazzjoni. Madankollu, meta l-inċentivi għall-akkwist ta’ prodotti tat-teknoloġija nadifa jkunu selettivi u għalhekk jinvolvu għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni se tqis tali għajnuna kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni.

(7)

L-inklużjoni ta’ investimenti privati permezz ta’ strumenti finanzjarji hija ta’ importanza vitali. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jikkoinvestu ma’ investituri privati fuq termini tas-suq (4). Fl-istess ħin, ċerti gruppi ta’ investituri privati, bħall-fondi tal-pensjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni, għadhom avversi għar-riskju minkejja l-kapaċità ġenerali tagħhom li jinvestu. Għalhekk, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistgħu jkomplu jinċentivaw lil dawn l-investituri privati permezz ta’ skemi biex jitnaqqsu r-riskji ta’ investimenti f’ċerti portafolji tal-proġetti. Dawn l-iskemi jridu jiżguraw addizzjonalità, li jfisser li permezz tat-tnaqqis tar-riskji assoċjati mal-investiment huma jinkludu investituri privati li kieku ma kinux jinvestu fl-istess tip ta’ proġetti. Biex jiġi żgurat li l-għajnuna tingħadda kemm jista’ jkun lill-proġetti rilevanti, jenħtieġ li dawn l-iskemi jillimitaw minnhom infushom l-għajnuna għall-investituri sal-minimu meħtieġ. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jimplimentaw skemi bħal dawn anke permezz tal-istabbiliment ta’ kompartiment tal-Istati Membri taħt il-programm InvestEU. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ InvestEU u l-investituri privati tagħhom jistgħu jikkoinvestu fi skemi bħal dawn, sakemm l-ebda sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew investitur privat ma jibbenefika minn garanzija doppja mill-Istat Membru u minn sorsi pubbliċi oħra (inklużi fondi tal-UE) għall-istess investiment.

1.2.   Simplifikazzjoni meħtieġa għal miżuri speċifiċi li jiżguraw aċċellerazzjoni u investiment suffiċjenti

(8)

Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat jikkontribwixxu biex is-suq intern ma jkunx frammentat u biex jiġu ppreservati l-kundizzjonijiet ekwi. L-integrità tas-suq intern hija importanti biex ikun jiflaħ għall-pressjoni esterna u biex jiġu evitati tlielaq għas-sussidji bejn l-Istati Membri għad-detriment tal-koeżjoni fl-Unjoni.

(9)

Billi tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għal miżuri mmirati lejn l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi permezz ta’ investimenti, din il-Komunikazzjoni tikkomplementa l-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat, li diġà fihom possibbiltajiet għall-Istati Membri biex jappoġġaw ħafna azzjonijiet proposti fil-Patt għal Industrija Nadifa.

(10)

Miżuri oħra li jappoġġaw il-Patt għal Industrija Nadifa, bħall-għajnuna għall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija, jistgħu jingħataw mingħajr notifika minn qabel skont ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (5) jew notifikati skont it-Taqsima 4.4 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-Enerġija (“CEEAG”) (6) minkejja li mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti biex jilħqu l-miri komuni tal-Patt għal Industrija Nadifa u se tittratta każijiet bħal dawn bħala prijorità.

(11)

Il-kundizzjonijiet simplifikati ta’ kompatibbiltà ta’ din il-Komunikazzjoni meta mqabbla ma’ linji gwida eżistenti oħra dwar l-għajnuna mill-Istat huma ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu permessi u aċċellerati l-investimenti u attivitajiet speċifiċi. L-għodod ipprovduti minn din il-Komunikazzjoni huma komplementari u addizzjonali għar-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat, li jibqgħu fis-seħħ, b’mod partikolari s-CEEAG, il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali (“RAG”) (7) jew ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija. Il-miżuri li ma jissodisfawx il-kriterji simplifikati stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni, se jiġu vvalutati skont regoli oħra dwar l-għajnuna mill-Istat. Għajnuna lil parteċipanti ġodda li jinvestu f’ċerti teknoloġiji dekarbonizzati tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku hija possibbli taħt it-taqsimiet 4 u 6 ta’ din il-Komunikazzjoni. Appoġġ ieħor għal dħul ġdid huwa possibbli wkoll skont għadd ta’ regoli eżistenti oħra dwar l-għajnuna mill-Istat li jkomplu japplikaw (bħas-CEEAG, ir-RAG, bħala għajnuna għall-bidu u għall-finanzjament ta’ riskju, u skont ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija). Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mir-regoli kollha disponibbli dwar l-għajnuna mill-Istat u biex jagħżlu r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat xierqa li jaqblu man-natura u t-tfassil tal-miżuri tagħhom. Dan japplika b’mod partikolari għad-dekarbonizzazzjoni u għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jinvolvu investimenti greenfield ta’ parteċipanti ġodda, li se jiġu vvalutati abbażi tad-dispożizzjonijiet disponibbli tas-CEEAG biex jiġi żgurat li jiġu evitati riskji speċifiċi relatati b’mod partikolari mal-kapaċità żejda u distorsjonijiet oħra tas-suq. Fid-dawl tal-importanza strateġika li jiġu appoġġati manifatturi kompetittivi, inklużi parteċipanti ġodda, li jixprunaw id-dekarbonizzazzjoni permezz tal-innovazzjoni, il-Kummissjoni se tittratta każijiet bħal dawn bħala prijorità u se timmira li tieħu deċiżjoni fi żmien 6 ġimgħat wara n-notifika sħiħa.

(12)

Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà deskritti f’din il-Komunikazzjoni huma bbażati fuq il-prattika tal-każijiet u l-esperjenza rilevanti miġbura mill-Kummissjoni, inkluż mill-applikazzjoni tal-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni (“TCTF”), li huwa qafas temporanju li se jiġi sostitwit b’din il-Komunikazzjoni (8).

(13)

Filwaqt li tirrikonoxxi bis-sħiħ id-drittijiet tal-Istati Membri li jiddeterminaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni f’waqtha tal-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat għall-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari, inkluż għal reatturi modulari żgħar u avvanzati, bil-ħsieb li tiżgura ċ-ċertezza legali għal din l-għajnuna, f’konformità mat-Trattat (9) jew ma’ kwalunkwe linja gwida applikabbli, b’rispett sħiħ tan-newtralità teknoloġika.

(14)

Barra minn dan, f’konformità mal-Patt għal Industrija Nadifa u kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni Awtomibbilistiku (10): “il-Kummissjoni se tipproponi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-industrija, kundizzjonijiet għall-investimenti barranin ’il ġewwa fis-settur awtomobilistiku biex ikompli jżid il-valur miżjud tiegħu għall-UE [...] Wieħed mill-oqsma ta’ prijorità għal dan ser ikun il-katina tal-provvista tal-batteriji. Filwaqt li l-ħidma fuq l-investimenti barranin għadha għaddejja, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jiżguraw li l-investimenti diretti barranin jintużaw biex joħolqu valur miżjud fl-Ewropa, speċjalment meta jkun involut il-finanzjament pubbliku, u jirrikjedu kundizzjonijiet ċari li jgħinu biex jingħalaq id-distakk fl-għarfien espert u l-għarfien espert tal-produzzjoni, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi effettivi għat-trasferiment tal-PI u tal-ħiliet kif ukoll ir-reklutaġġ tal-persunal ibbażat fl-UE u l-ktajjen tal-provvista lokali.”

2.   DEFINIZZJONIJIET

(15)

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw fit-taqsimiet kollha ta’ din il-Komunikazzjoni:

(a)

“żona megħjuna” tfisser żona deżinjata f’mappa tal-għajnuna reġjonali approvata mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (a) jew (c), tat-Trattat, fis-seħħ fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna;

(b)

“makkeniżmu ta’ kapaċità” tfisser makkeniżmu ta’ kapaċità kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 22, tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(c)

“mekkaniżmu ta’ rkupru” tfisser mekkaniżmu li jindirizza l-okkorrenza ta’ gwadanji addizzjonali li ma kinux previsti meta ġie stabbilit l-ammont tal-għajnuna u li permezz tagħhom l-Istat Membru jirċievi sehem xieraq minn kwalunkwe surplus addizzjonali ġġenerat minn proġett megħjun;

(d)

“proċess kompetittiv ta’ offerti” tfisser proċess ta’ offerti li jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: (i) miftuħ, ċar, trasparenti u nondiskriminatorju, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, definiti ex ante f’konformità mal-objettiv tal-miżura u l-minimizzazzjoni tar-riskju ta’ offerti strateġiċi; (ii) b’mill-inqas 70 % fil-kriterji tal-għażla totali użati għall-klassifikazzjoni tal-offerti definiti f’termini ta’ għajnuna għal kull unità ta’ protezzjoni ambjentali (bħal għajnuna għal kull unità ta’ output tal-enerġija ta’ referenza jew kapaċità installata jew servizz ta’ flessibbiltà pprovdut skont it-Taqsima 4, jew EUR għal kull tunnellata ta’ CO2 li tkun tnaqqset jew unità ta’ enerġija ffrankata skont it-Taqsima 5); (iii) il-kriterji jiġu ppubblikati b’mod suffiċjenti (12) qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet biex tkun tista’ ssir kompetizzjoni effettiva; (iv) il-baġit jew il-volum relatat mal-proċess ta’ offerti huwa restrizzjoni vinkolanti fis-sens li jista’ jkun mistenni li mhux l-offerenti kollha jirċievu għajnuna (13); (v) l-ammont tal-għajnuna jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-offerta inizjali jew prezz tal-ikklerjar; sabiex jiġu ddeterminati l-kostijiet tal-proġett, kwalunkwe għajnuna mill-Istat jew finanzjament minn fondi tal-UE mmaniġġjati ċentralment li jingħataw għall-istess proġett iridu jiżdiedu mal-offerta għall-fini tal-klassifikazzjoni tal-offerti; u (vi) aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess ta’ offerti (bħal negozjati sussegwenti dwar ir-riżultati tal-offerti jew ir-razzjonar) huma preklużi peress li jistgħu jimminaw l-effiċjenza tal-eżitu tal-proċess;

(e)

“entità fdata” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, jew entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali li tkun ingħatat mandat minn Stat Membru jew entità ta’ Stat Membru fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali sabiex twettaq attivitajiet ta’ żvilupp jew promozzjonali (bank promozzjonali jew istituzzjoni promozzjonali oħra). L-entità fdata tista’ tintgħażel jew tinħatar direttament f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jew f’konformità mal-Artikolu 38(4), il-punt (b)(iii), tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jew l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), skont liema jkun applikabbli;

(f)

“elettriku kompletament rinnovabbli” tfisser elettriku kompletament rinnovabbli skont it-tifsira tar-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistipula regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ fjuwils għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika (17);

(g)

“diskrepanza fil-finanzjament” tfisser id-differenza bejn il-valur preżenti nett (“VPN”, net present value) tal-proġett (ix-xenarju fattwali) filwaqt li jitqiesu l-flussi tal-flus pożittivi u negattivi futuri mistennija kollha inklużi t-taxxi (18) ġġenerati mill-investiment matul il-ħajja tiegħu u valur terminali, skontat bl-użu tal-kost medju ponderat tal-kapital tal-benefiċjarju, u l-VPN tal-flussi tal-flus mistennija kollha relatati mal-investiment kontrofattwali (ix-xenarju kontrofattwali);

(h)

“ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont skontat ta’ għajnuna ekwivalenti għal dak li jkun jammonta għalih jekk jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotja lill-benefiċjarju tal-għajnuna, qabel it-taxxi jew imposti oħra, kif ikkalkulat fid-data tal-għoti tal-għajnuna abbażi tar-rata ta’ referenza applikabbli f’dik id-data (19).

(i)

“Awtorità Regolatorja Nazzjonali” jew “ARN” tfisser l-awtorità regolatorja maħtura minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

(j)

“rilokazzjoni” tfisser trasferiment tal-istess attività jew attività simili jew parti minnha minn stabbiliment f’parti kontraenti waħda għall-Ftehim ŻEE (“stabbiliment inizjali”) għall-istabbiliment li fih l-investiment megħjun iseħħ f’parti kontraenti oħra għall-Ftehim ŻEE (“stabbiliment megħjun”). Trasferiment iseħħ jekk il-prodott jew is-servizz fl-istabbiliment inizjali u f’dawk megħjuna jservi tal-anqas parzjalment l-istess finijiet u jkun jissodisfa d-domanda jew il-ħtiġijiet tal-istess tip ta’ klijenti u jintilfu l-impjiegi fl-istess attività jew f’attività simili f’wieħed mill-istabbilimenti inizjali tal-benefiċjarju tal-għajnuna fiż-ŻEE;

(k)

“intrapriża żgħira u ta’ daqs medju” jew “SME” tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (21);

(l)

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri ta’ art u ħidma preparatorja bħall-kisba ta’ permessi u t-twettiq ta’ studji ta’ fattibbiltà mhumiex meqjusa bħala bidu tax-xogħlijiet;

(m)

“riżerva strateġika” tfisser mekkaniżmu ta’ kapaċità li fih il-kapaċità tal-elettriku, bħall-ġenerazzjoni, il-ħżin jew ir-rispons tad-domanda, tinżamm barra mis-suq tal-elettriku u li tiġi skjerata biss f’ċirkustanzi speċifiċi;

(n)

“investituri privati” tfisser investituri li, irrispettivament mill-istruttura tas-sjieda tagħhom, isegwu interess purament kummerċjali, jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom u jġorru r-riskju sħiħ fir-rigward tal-investiment tagħhom, u jinkludu, b’mod partikolari: istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinvestu b’riskju proprju u minn riżorsi proprji, dotazzjonijiet u fondazzjonijiet privati, uffiċċji tal-familja u business angels, investituri korporattivi, fondi ta' kapital ta' riskju, impriżi tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, istituzzjonijiet akkademiċi, kif ukoll persuni fiżiċi li jwettqu attività ekonomika jew inkella le. Entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali li tkun ingħatat mandat minn Stat Membru jew entità ta’ Stat Membru fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali biex twettaq attivitajiet ta’ żvilupp jew promozzjonali (bank promozzjonali nazzjonali jew istituzzjoni promozzjonali oħra), ma titqiesx bħala investituri privati għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni;

(o)

“(investiment) ta’ kważi ekwità” tfisser tip ta’ finanzjament li jikklassifika bejn ekwità u dejn, li jkollu riskju ogħla minn dejn superjuri u riskju aktar baxx minn ekwità komuni u li r-redditu tiegħu għad-detentur ikun ibbażat b’mod predominanti fuq il-profitti jew it-telf tal-impriża fil-mira sottostanti, u li ma jkunx garantit f’event ta’ inadempjenza; investimenti ta’ kważi ekwità jistgħu jkunu strutturati bħala dejn, mhux garantit u subordinat, inkluż dejn intermedju, u f’xi każijiet konvertibbli f’ekwità, jew bħala ekwità ppreferuta;

3.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ SKONT L-ARTIKOLU 107(3), IL-PUNT (C), TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA: PRINĊIPJI ĠENERALI

(16)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”), il-Kummissjoni tista’ tqis kompatibbli mas-suq intern għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi (kundizzjoni pożittiva), fejn din l-għajnuna ma taffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa punt li jmur kontra l-interess komuni (kundizzjoni negattiva).

3.1.   Kundizzjoni pożittiva: l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika

(17)

Fir-rigward tal-kundizzjoni pożittiva li l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew oqsma ekonomiċi, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tinċentiva l-investimenti u l-attivitajiet f’ċerti setturi li jikkontribwixxu għall-objettivi definiti fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa, u b’hekk tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi speċifiċi, jiġifieri dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taqsimiet rilevanti ta’ din il-Komunikazzjoni.

(18)

Jeħtieġ li l-għajnuna mill-Istat ikollhaeffett ta’ inċentiv, li jfisser li ġġiegħel lill-benefiċjarju jwettaq investiment jew attività li ma kienx iwettaq, jew li kieku kien iwettaq b’mod ristrett jew differenti, fin-nuqqas tal-għajnuna. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’din il-Komunikazzjoni, effett ta’ inċentiv huwa preżunt meta l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett jew l-attività jseħħ biss wara applikazzjoni għall-għajnuna bil-miktub mill-benefiċjarju lill-awtoritajiet kompetenti (22). Madankollu, l-għajnuna tista’ titqies ukoll li għandha effett ta’ inċentiv għalkemm il-bidu tax-xogħlijiet seħħ qabel iil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna, fejn jiġu ssodisfati żewġ kriterji kumulattivi: (i) l-għajnuna tingħata awtomatikament f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru, u (ii) il-miżura tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna, ħlief fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi, fejn l-attività kienet diġà koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa. L-għajnuna lill-investituri privati skont it-Taqsima 8 tista’ titqies li għandha effett ta’ inċentiv meta tinċentiva lill-investituri privati biex jipprovdu finanzjament lil portafoll ta’ proġetti eliġibbli potenzjalment vijabbli ogħla mil-livelli ta’ finanzjament li kien jiġi pprovdut fin-nuqqas ta’ din l-għajnuna jew biex jassumu riskju addizzjonali, jew it-tnejn. Għall-iskemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili u għall-mekkaniżmi ta’ kapaċità, hemm effett ta’ inċentiv dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet dettaljati, rispettivament, fis-sottotaqsimiet 4.3 u 4.4, irrispettivament minn jekk ikunux inbedew xi xogħlijiet (23).

(19)

Għall-investimenti u l-miżuri speċifikati f’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tippreżumi li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-benefiċjarji jkomplu l-attivitajiet tagħhom mingħajr bidliet, dment li dan ma jkunx jinvolvi ksur tad-dritt tal-Unjoni. Din il-preżunzjoni ma tapplikax għal sitwazzjonijiet fejn xenarju kontrofattwali speċifiku jeħtieġ li jiġi pprovdut abbażi tal-kundizzjonijiet fit-taqsimiet applikabbli ta’ din il-Komunikazzjoni. L-għajnuna mogħtija għal investimenti li sempliċiment jiżguraw konformità mal-istandards tal-Unjoni (24) li jkunu fis-seħħ fil-mument tal-għoti tal-għajnuna ma għandhiex effett ta’ inċentiv.

(20)

Jekk il-proġett jew l-attività appoġġata, jew il-miżura ta’ għajnuna jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha, inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta tifforma parti integrali mill-miżura, jinvolvu ksur tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern.

(21)

Meta jfasslu l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-UE, b’mod partikolari dawk immirati lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE. Bl-NZIA, l-Unjoni tiddefinixxi u tressaq miżuri biex tindirizza falliment tas-suq fir-rigward tal-kwistjonijiet interkonnessi ta’ reżiljenza u dekarbonizzazzjoni. Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din il-Komunikazzjoni għall-investimenti fil-kapaċità tal-manifattura tat-teknoloġija nadifa huwa għalhekk definit bħala konsistenti bis-sħiħ mal-NZIA u jippermetti miżuri u skemi ta’ għajnuna mill-Istat li jirrispettaw il-kundizzjonalità tal-NZIA, inkluż għall-appoġġ tal-manifattura. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa jinkludu kundizzjonijiet addizzjonali biex jindirizzaw l-objettivi tar-reżiljenza b’mod partikolari bil-ħsieb li jsaħħu l-katina tal-valur Ewropew fit-teknoloġija nadifa b’mod li tikkontribwixxi għall-parametru referenzjarju ta’ 40 % stabbilit mill-NZIA sakemm tali kundizzjonijiet ma jiksrux id-dritt tal-Unjoni inklużi l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jew ma jikkontradixxux kundizzjonijiet aktar speċifiċi f’din il-Komunikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jqisu r-rekwiżiti ta’ reżiljenza fl-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE, bħall-Fond għall-Innovazzjoni. F’dawn il-limiti, l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa biex jinkludu kriterji ta’ preferenza Ewropej meta jużaw proċessi kompetittivi ta’ offerti jew forom oħra ta’ allokazzjoni ta’ għajnuna fejn xieraq. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jibqgħu trasparenti, ippubblikati qabel it-tnedija tas-sejħiet għal proposti, u proporzjonati, biex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva filwaqt li jiġu appoġġati l-iżvilupp u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur Ewropej.

(22)

Fuq linji simili, l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa wkoll biex iżidu kundizzjonijiet biex jindirizzaw objettivi usa’ tal-politika soċjali u ambjentali. Il-Kummissjoni tinsab lesta tassisti lill-Istati Membri dwar kif ifasslu l-kundizzjonijiet relatati mal-objettivi. L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw dawn il-kundizzjonalitajiet flimkien mas-sħab soċjali. Billi tappoġġa l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi u tikkontribwixxi għall-għanijiet tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, din il-Komunikazzjoni tipprovdi għodod għall-Istati Membri li se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u d-durabbiltà tagħhom kif ukoll għall-objettivi ta’ emissjonijiet żero netti.

(23)

Meta l-Istati Membri jorbtu kundizzjonijiet mal-għoti tal-għajnuna, u skont jekk dawn jirriżultawx mid-dritt tal-UE, in-nuqqas ta’ rispett ta’ tali kundizzjonijiet jista’ jwassal lill-awtorità awtorizzanti biex tirkupra l-għajnuna. L-Istati Membri huma mħeġġa jantiċipaw il-bidliet li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti u jippromwovu eżiti ekwi tas-suq tax-xogħol bħal pagi ġusti, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, taħriġ u tranżizzjonijiet ġusti tal-impjiegi. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll iqisu kunsiderazzjonijiet ta’ solidarjetà fiskali u jistgħu jeskludu mill-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat entitajiet li jużaw rifuġji fiskali biex jevitaw li jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxa lis-soċjetà (25).

(24)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-importanza taċ-ċirkolarità u tal-bijoekonomija għall-kisba tad-dekarbonizzazzjoni, it-tnaqqis tad-dipendenzi u t-tisħiħ tal-kompetittività ekonomika. L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw li l-proġetti u l-attivitajiet appoġġati mill-għajnuna mill-Istat skont din il-Komunikazzjoni jikkontribwixxu kemm jista’ jkun għall-ekonomija ċirkolari.

3.2.   Kundizzjoni negattiva: l-għajnuna ma taffettwax bla bżonn il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa punt li jmur kontra l-interess komuni

(25)

Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni (negattiva) skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, biex jiġi żgurat li l-għajnuna ma taffettwax bla bżonn il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa punt li jmur kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna, tivverifika li jiġu evitati effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar fit-Taqsima 9.

(26)

Kwalunkwe għajnuna trid tkun meħtieġa, li jfisser li trid tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn tista’ twassal għal żvilupp materjali li s-suq waħdu ma jistax iwassal, pereżempju billi jiġu rrimedjati fallimenti tas-suq fir-rigward tal-proġetti li għalihom tingħata l-għajnuna. Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu aċċellerati l-investimenti u l-attivitajiet eliġibbli skont din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tqis li s-suq waħdu ma jkunx jista’ jwassal b’mod suffiċjenti l-livell meħtieġ ta’ investimenti jew attivitajiet fl-iskeda ta’ żmien meħtieġa biex tinkiseb tranżizzjoni nadifa, ġusta u kompetittiva. Il-Kummissjoni għalhekk tippreżumi li jinħtieġu miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha fit-taqsimiet applikabbli.

(27)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa li jista’ jkun meħtieġ sostenn finanzjarji pubbliku biex jiġu inċentivati l-investimenti addizzjonali meħtieġa u li strumenti ta’ politika oħra waħidhom mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni tippreżumi li l-għajnuna mill-Istat fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni hija, fil-prinċipju, miżura xierqa biex tinċentiva l-investimenti u l-attivitajiet eliġibbli għall-għajnuna dment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet applikabbli kollha fit-taqsimiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-għażla tal-istrument ta’ għajnuna jenħtieġ tkun xierqa għall-objettiv li l-miżura ta’ għajnuna jkollha l-għan li tikseb u x’aktarx tiġġenera l-inqas distorsjoni tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni. Dment li l-Istati Membri jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet skont din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tippreżumi li l-istrument ta’ għajnuna huwa xieraq ukoll.

(28)

Fil-prinċipju, l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni mhux se tingħata lil impriżi f’diffikultà biex jiġi żgurat li impriżi vijabbli biss jirċievu għajnuna (26).. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li s-salvagwardji speċifiċi inerenti fl-istruttura tal-fond ta’ investiment taħt it-taqsima8, li b’mod partikolari jinkludu allinjament tal-inċentivi finanzjarji għall-maniġer tal-fond u koinvestiment privat sinifikanti, isegwu l-istess objettiv u jikkostitwixxu mekkaniżmu alternattiv adegwat għall-esklużjoni formali tal-impriżi f’diffikultà mill-proġetti eliġibbli għall-investimenti skont dik it-taqsima.

(29)

L-għajnuna hija meqjusa bħala proporzjonata jekk l-ammont tal-għajnuna għal kull benefiċjarju jkun limitat għall-minimu meħtieġ sabiex jitwettaq il-proġett jew l-attività megħjuna. Il-proporzjonalità ġeneralment tiġi żgurata jekk l-ammonti ta’ għajnuna jiġu ddeterminati permezz ta’ proċess ta’ offerti kompetittiv, minħabba li dan jipprovdi stima affidabbli tal-għajnuna minima meħtieġa mill-benefiċjarji potenzjali. Il-Kummissjoni tqis li l-użu ta’ proċessi ta’ offerti kompetittivi huwa partikolarment xieraq għal miżuri mmirati lejn għadd kbir ta’ proġetti komparabbli b’mod suffiċjenti, eż. fil-qasam tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għal proġetti akbar li japplikaw teknoloġiji maturi. Minħabba li l-proċessi ta’ offerti kompetittivi ma jkunux dejjem xierqa, inkluż fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu aċċellerati l-investimenti speċifiċi msemmija fil-punt (4), it-taqsimiet rilevanti ta’ din il-Komunikazzjoni jippermettu lill-Istati Membri jiddeterminaw l-ammonti ta’ għajnuna b’mod amministrattiv abbażi tal-intensitajiet massimi tal-għajnuna jew b’referenza għad-diskrepanza fil-finanzjament f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi pprovduti fit-taqsima applikabbli. Kull meta l-ammont tal-għajnuna jiġi kkalkulat abbażi ta’ diskrepanza fil-finanzjament, ix-xenarji użati f’dak il-kalkolu jridu jkunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi bħala parti minn pjan ta’ direzzjoni tan-negozju kredibbli. Meta x-xenarju kontrofattwali jikkorrispondi għall-fatt li l-benefiċjarju ma jwettaq l-ebda attività jew li jwettaq l-attività tiegħu mingħajr bidliet, il-VPN tax-xenarju kontrofattwali jikkorrispondi għal żero u d-diskrepanza fil-finanzjament tista’ tiġi approssimata għall-VPN negattiv tal-investiment fix-xenarju fattwali. Din il-Komunikazzjoni tipprovdi f’kull taqsima l-limiti tal-għajnuna applikabbli speċifiċi li l-Kummissjoni tqis proporzjonati.

(30)

Barra minn hekk, ir-riskji ta’ distorsjonijiet tas-suq jiżdiedu bl-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija. Dan huwa partikolarment il-każ fejn l-għajnuna tingħata fin-nuqqas ta’ proċess kompetittiv tal-offerti. Għal din ir-raġuni, l-ammonti ta’ għajnuna għall-istabbiliment ta’ kapaċità tal-manifattura ġdida huma limitati għal kull proġett, filwaqt li, għall-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni, l-għajnuna li taqbeż ċerti limiti tirrikjedi valutazzjoni individwali tad-diskrepanza fil-finanzjament mill-Kummissjoni.

(31)

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fit-taqsimiet speċifiċi, l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni tista’ tingħata fi kwalunkwe forma, inklużi għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa (27) inklużi krediti tat-taxxa u deprezzament aċċellerat, rati tal-imgħax sussidjati fuq selfiet ġodda jew garanziji fuq selfiet ġodda. Meta l-għajnuna tiġi pprovduta f’forma oħra għajr għotjiet, l-ammont tal-għajnuna jiġi espress f’ekwivalenti ta’ għotja gross, u l-ammont nominali tal-benefiċċju fuq it-taxxa jew l-ammont nominali tal-istrument finanzjarju sottostanti bħal self jew garanzija ġodda ma jistax jaqbeż il-kostijiet eliġibbli (fejn applikabbli).

(32)

L-Istati Membri jistgħu, għall-kalkolu tal-ekwivalenti ta’ għotja gross f’garanziji pubbliċi, jużaw primjums fil-limitu ta’ eżenzjoni stabbiliti fl-avviż tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (“Avviż dwar il-Garanziji”) (28) jew jużaw metodoloġija li, qabel l-implimentazzjoni, tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni abbażi tal-Avviż dwar il-Garanziji u dment li l-metodoloġija tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti inkwistjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ għajnuna esklużivament fil-forma ta’ self jew garanziji lill-SMEs, jew lil impriżi kbar b’mill-inqas klassifikazzjoni B (jew ekwivalenti), minflok ma jikkalkulaw l-ekwivalenti ta’ għotja gross, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw l-approċċ simplifikat li ġej għall-għajnuna mogħtija abbażi tal-intensitajiet tal-għajnuna, u għall-għajnuna mogħtija abbażi kemm tal-intensitajiet tal-għajnuna kif ukoll tal-ammonti massimi tal-għajnuna:

(a)

għal self: l-ammont nominali tas-self ma jaqbiżx id-doppju tal-ammont li jirriżulta mill-intensità massima applikabbli tal-għajnuna u, jekk applikabbli, mill-ammont massimu tal-għajnuna;

(b)

għall-garanziji: l-ammont nominali tal-garanzija ma jaqbiżx it-triplu tal-ammont li jirriżulta mill-intensità massima applikabbli tal-għajnuna u, jekk applikabbli, mill-ammont massimu tal-għajnuna u, ħlief għall-garanziji pprovduti fit-taqsima 6.1, il-garanzija ma taqbiżx it-80 % tas-self sottostanti;

Fi kwalunkwe każ, l-ammont nominali tas-self (sottostanti) ma jistax jaqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli u jibqa’ soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni ulterjuri taħt it-taqsima rispettiva.

(33)

Skont din il-Komunikazzjoni, meta tivvaluta l-għajnuna favur benefiċjarju li jkun soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni tqis l-ammont ta’ għajnuna li jkun għad irid jiġi rkuprat (29).

(34)

Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jipprovdu għajnuna fil-forma ta’ garanziji jew self li jgħaddu minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji, u sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna mogħtija tingħadda direttament, kemm jista’ jkun (30), lill-benefiċjarji finali, se jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin (31):

(a)

jekk jiġu pprovduti garanziji lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji, jenħtieġ li, dawk l-intermedjarji finanzjarji, kemm jista’ jkun, jgħaddu l-benefiċċji tal-garanziji pubbliċi lill-benefiċjarji finali. L-intermedjarju finanzjarju jrid ikun jista’ juri li huwa jopera mekkaniżmu li jiżgura li l-benefiċċji jingħaddu kemm jista’ jkun lill-benefiċjarji finali fil-forma ta’ volumi ogħla ta’ finanzjament, portafolji aktar riskjużi, rekwiżiti kollaterali aktar baxxi, primjums ta’ garanzija aktar baxxi jew rati tal-imgħax aktar baxxi milli mingħajr dawn il-garanziji pubbliċi;

(b)

jekk jiġi pprovdut self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji, jenħtieġ li, dawk l-intermedjarji finanzjarji, kemm jista’ jkun, jgħaddu l-benefiċċji tar-rati tal-imgħax issussidjati fuq is-selfiet lill-benefiċjarji finali. L-intermedjarju finanzjarju jrid ikun jista’ juri li huwa jopera mekkaniżmu li jiżgura li l-benefiċċjijingħaddu kemm jista’ jkun lill-benefiċjarji finali mingħajr ma jikkundizzjona l-għoti ta’ selfiet issussidjati skont din il-Komunikazzjoni għall-finanzjament mill-ġdid ta’ selfiet eżistenti.

(35)

Abbażi tal-esperjenza rilevanti u fid-dawl tal-objettivi segwiti mill-miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tippreżumi li dawn il-miżuri ma jirriżultawx f’effetti manifestament negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ sa fejn ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha fit-taqsimiet applikabbli.

(36)

L-għajnuna mogħtija skont din il-Komunikazzjoni ma tistax tiġi kkundizzjonata fuq ir-rilokazzjoni ta’ attività peress li tali kundizzjonijiet ikunu ta’ ħsara għas-suq intern.

(37)

Bħala l-pass finali skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tibbilanċja l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet tan-negozjar tal-miżura ta’ għajnuna mal-effetti pożittivi tal-għajnuna ppjanata fuq l-attivitajiet ekonomiċi appoġġati, inkluż il-kontribut tagħha għat-tranżizzjoni nadifa, ġusta u kompetittiva u l-objettivi tal-Patt għal Industrija Nadifa. Dment li l-miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha fit-taqsimiet applikabbli, il-Kummissjoni ssib li l-effetti pożittivi tal-għajnuna ppjanata jegħlbu l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet tan-negozjar.

3.3.   Akkumulazzjoni ma’ għajnuna oħra mill-Istat u kombinament ma’ fondi tal-UE mmaniġġjati ċentralment

(38)

Għajr kif speċifikat mod ieħor f’din il-Komunikazzjoni:

(a)

l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat jew għajnuna de minimis, jew ikkombinata ma’ fondi tal-UE mmaniġġjati ċentralment, sakemm dawk il-miżuri jirrigwardaw kostijiet eliġibbli identifikabbli differenti;

(b)

l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat jew għajnuna de minimis, jew ikkombinata ma’ fondi tal-UE mmaniġġjati ċentralment, fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, li jikkoinċidu parzjalment jew kompletament, dment li din l-akkumulazzjoni ma twassalx biex l-għajnuna taqbeż l-ogħla intensità jew ammont ta’ appoġġ applikabbli taħt kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet rilevanti.

(c)

l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli (32).

4.   GĦAJNUNA BIEX TITĦAFFEF L-INTRODUZZJONI TAL-ENERĠIJA NADIFA U JIĠU APPOĠĠATI L-KOSTIJIET TAL-ELETTRIKU F’KONFORMITÀ MAL-OBJETTIVI TAL-PATT GĦAL INDUSTRIJA NADIFA

(39)

Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, inkluż skont is-CEEAG, il-Patt għal Industrija Nadifa jirrikonoxxi l-ħtieġa li titħaffef l-introduzzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju b’mod kosteffettiv, u b’hekk jikkontribwixxi għall-kompetittività globali ġenerali, inaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili, jaċċellera t-tranżizzjoni tal-enerġija u jikseb prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi u inqas volatili.

(40)

Il-Patt għal Industrija Nadifa jirrikonoxxi r-rwol ċentrali li għandhom il-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs) (33), bħall-idroġenu rinnovabbli, fid-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-UE. F’konformità mal-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu, il-prijorità għall-Unjoni hi li tiżviluppa idroġenu rinnovabbli prodott l-iżjed bl-enerġija tar-riħ u tax-xemx. Biex tappoġġa l-ħolqien ta’ suq tal-idroġenu, id-Direttiva (UE) 2018/2001 tinkludi miri vinkolanti għall-adozzjoni tal-idroġenu rinnovabbli fl-industrija u t-trasport sal-2030.

(41)

Il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli se jkollha rwol importanti fl-ibbilanċjar tal-grilja u fl-akkoppjament tas-setturi. Matul perjodi ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli żejda, il-produzzjoni tal-idroġenu tista’ tiżgura domanda flessibbli li tistabbilizza l-grilja. Madankollu, il-produzzjoni u l-użu tal-idroġenu rinnovabbli kienu aktar bil-mod milli mistenni.

(42)

Għalhekk, il-Patt għal Industrija Nadifa jirrikonoxxi li l-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħall-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju se jkunu meħtieġa jikkontribwixxu biex jitnaqqsu malajr l-emissjonijiet u biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni tal-konsumaturi tal-Unjoni f’setturi li diffiċli jiġu dekarbonizzati fejn għażliet aktar effiċjenti fl-enerġija jew kosteffiċjenti ma jkunux faċilment disponibbli. Dawn jinkludu s-settur tat-trasport fejn miri ddedikati għall-avjazzjoni sostenibbli u l-fjuwils tal-baħar, jiġifieri l-bijofjuwils, il-RFNBOs u l-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport permezz ta’ dawn it-trasportaturi, jiġu introdotti mir-Regolament ReFuelEU Aviation (34) u FuelEU Maritime (35).

(43)

Mill-2030, il-RFNBOs jiġu prodotti meta l-installazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli kuntrattati jkunu qed jitħaddmu jew meta l-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli taqbeż id-domanda fis-sistema. Għalhekk, dawn jiżguraw użu aktar effiċjenti tal-kapaċitajiet eżistenti ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli billi jipprovdu soluzzjoni ta’ ħżin u billi jipprevjenu t-tnaqqis. Dan is-servizz addizzjonali għas-sistema tal-elettriku jista’ jiġi appoġġat mill-Istati Membri u jirriżulta f’intensitajiet ogħla ta’ għajnuna għall-RFNBOs, filwaqt li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ li kemm l-RFNBOs kif ukoll l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (li għalih se tiġi stabbilita metodoloġija fl-att delegat li jmiss dwar l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju) se jkollhom rwol biex jintlaħqu l-miri ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni.

(44)

Il-produzzjoni flessibbli ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tista’ tnaqqas il-kost tat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija u tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija orħos u aktar nodfa. F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli (36), huwa meħtieġ li jinżammu inċentivi għall-flessibbiltà fis-sistema kollha, biex titnaqqas il-volatilità u jingħata kontribut għal prezzijiet tal-elettriku aktar baxxi u stabbli.

(45)

Għall-kuntrarju tal-RFNBOs, il-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jistgħu jiġu prodotti mill-fjuwils fossili jew bl-użu tal-elettriku li ma jikkwalifikax bħala rinnovabbli. Għalhekk huwa xieraq li l-appoġġ pubbliku ma jpoġġix l-RFNBOs u l-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fuq l-istess livell, u li jirrikonoxxi l-kontribut akbar li l-RFNBOs se jagħtu għad-dekarbonizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kostijiet tas-sistema.

(46)

F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġu ffaċilitati l-investimenti biex tiġi aċċellerata u estiża d-disponibbiltà tal-enerġija nadifa b’mod kosteffettiv, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-prijorità għall-Unjoni hija li tiżviluppa idroġenu rinnovabbli prodott prinċipalment bl-użu tal-enerġija tar-riħ u tax-xemx, u l-istabbiliment ta’ salvagwardji biex jiġi żgurat li l-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet tas-sistema.

(47)

Iż-żieda fis-sehem tas-sorsi rinnovabbli diversi fis-sistema tal-enerġija tista’ tirriżulta f’varjabbiltà ogħla tax-xejriet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Għalhekk, it-tnedija ta’ akkumpanjament tas-sorsi ta’ flessibbiltà u l-mekkaniżmi ta’ kapaċità tista’ tkun meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-elettriku dejjem aktar dekarbonizzati jibqgħu siguri u jwasslu enerġija affordabbli.

4.1.   Skemi ta’ għajnuna biex tiġi aċċellerata t-tnedija tal-enerġija rinnovabbli

(48)

Il-Kummissjoni tqis kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, dment li jkunu jikkonformaw ma’ din it-taqsima, flimkien mat-Taqsima 3, miżuri ta’ għajnuna biex jappoġġaw:

(a)

investimenti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluża l-produzzjoni tal-RFNBOs iżda bl-esklużjoni tal-produzzjoni tal-elettriku mill-RFNBOs;

(b)

investimenti fil-ħżin għall-RFNBOs, il-bijofjuwils, il-bijolikwidi, il-bijogass (inkluż il-bijometan) u l-fjuwils tal-bijomassa, li jaħżnu esklużivament l-enerġija li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima;

(c)

investimenti fil-ħżin tal-elettriku (37) u l-ħżin termali (38).

(49)

Meta tingħata għajnuna biex tappoġġa l-ħżin tal-elettriku, l-Istati Membri jridu jew juru li għandhom derogi mil-liġi rilevanti tal-Unjoni jew jikkonfermaw li:

(a)

ir-rispons tad-domanda u l-ħżin, indipendentement mil-livell ta’ vultaġġ li miegħu huma konnessi l-assi, ikollhom il-possibbiltà li:

(i)

ibigħu u jixtru l-elettriku fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata;

(ii)

jipparteċipaw fi kwalunkwe servizz anċillari tal-frekwenza u mhux tal-frekwenza fejn ir-rispons tad-domanda u/jew il-ħżin jista’ jipprovdi s-servizz meħtieġ;

(iii)

jipparteċipaw fir-ridispaċċ ibbażat fuq is-suq u/jew ikunu eliġibbli biex jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tal-konġestjoni għall-Operaturi ta’ Sistema tat-Trażmissjoni (TSOs) u/jew l-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni (DSOs);

(b)

l-aggregaturi, inklużi l-aggregaturi indipendenti, jistgħu jipparteċipaw fis-swieq u s-servizzi elenkati fil-punt (a).

(50)

Fin-nuqqas tal-konferma meħtieġa fil-punt (49), il-miżuri li jappoġġaw il-ħżin tal-elettriku skont din it-taqsima jistgħu jiġu approvati biss għal perjodu massimu ta’ sentejn. Stat Membru jista’ jfittex approvazzjoni ġdida biss ladarba dan it-titjib fis-suq ikun ġie implimentat kollu. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistiedna jqisu s-sejbiet rigward il-fallimenti tas-suq fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 19e tar-Regolament dwar l-Elettriku, ladarba jkunu disponibbli, fi kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ għajnuna għall-investiment għall-ħżin tal-elettriku. Fi kwalunkwe każ, il-miżuri li jappoġġaw il-ħżin tal-elettriku skont din it-taqsima ma jistgħux jiġu approvati għal perjodu itwal minn 5 snin.

(51)

Meta l-għajnuna tingħata għall-produzzjoni tal-RFNBOs, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-fjuwils megħjuna jiġu prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew fl-atti delegati tagħha (39).

(52)

Meta l-għajnuna tingħata għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, il-bijolikwidi, il-bijogass (inkluż il-bijometan) u l-fjuwils tal-bijomassa, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-fjuwils megħjuna jkunu konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà u mal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew fl-atti delegati tagħha.

(53)

Għajnuna tista’ tingħata fir-rigward ta’ kapaċitajiet li jkunu għadhom kif ġew installati jew repowered (40). Fil-każ ta’ kapaċitajiet repowered, huma biss il-kostijiet addizzjonali fir-rigward tal-kapaċità repowered li huma eliġibbli għall-għajnuna.

(54)

Bl-eċċezzjoni ta’ installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, tal-enerġija idroelettrika, inklużi l-ħażna idroelettrika ppumpjata, u l-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-RFNBOs, il-proġetti appoġġati jridu jiġu kkompletati u jkunu qed joperaw fi żmien 48 xahar mid-data tal-għoti. Jenħtieġ li l-iskema tinkludi sistema effettiva ta’ penali f’każ li din l-iskadenza ma tiġix rispettata (41).

(55)

L-għajnuna trid tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’volum ta’ kapaċità u baġit stmati. L-iskemi jistgħu jkunu limitati għal teknoloġija waħda jew aktar koperti fil-punt (48), iżda ma jridux jinkludu limitazzjonijiet għall-eliġibbiltà li jwasslu għal distorsjonijiet sproporzjonati tal-kompetizzjoni. L-iskemi ma jridu jirriżultaw fl-ebda diskriminazzjoni, inkluż fl-għoti ta’ liċenzji, permessi jew konċessjonijiet meta jkunu meħtieġa. F’każ li l-Istati Membri jintroduċu daqs minimu meħtieġ għall-parteċipazzjoni fi skemi taħt din it-taqsima, dan ma jistax jaqbeż l-1 MW ta’ kapaċità degradata u trid tkun permessa aggregazzjoni.

(56)

L-Istat Membru jrid jiżgura l-konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”.

4.1.1.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

(57)

L-għajnuna għall-investiment biex titħaffef l-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, tista’ tingħata għall-investimenti deskritti fil-punt (48), (a) sa(c).

(58)

L-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti (42) jew amministrattivament.

(59)

Huwa meħtieġ proċess kompetittiv ta’ offerti fejn l-għajnuna tingħata għal investimenti għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna għal proġetti ta’ dimostrazzjoni (43) u għal proġetti żgħar definiti kif ġej:

(a)

proġetti b’kapaċità installata ta’ 1 MW jew inqas; jew

(b)

proġetti b’kapaċità installata ta’ 6 MW jew inqas, jekk ikunu 100 % proprjetà ta’ SMEs u/jew ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli (44) u/jew ta’ komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini (45); jew

(c)

għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ biss, proġetti b’kapaċità installata ta’ 18 MW jew inqas, jekk ikunu 100 % proprjetà ta’ intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi u/jew ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u/jew ta’ komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini.

(60)

Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet totali tal-investiment.

(61)

Meta jintuża proċess kompetittiv ta’ offerti biex tingħata l-għajnuna, il-livell ta’ għajnuna jrid jikkorrispondi għar-riżultat tal-proċedura kompetittiva tal-offerti u ma jridx jaqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-proġetti appoġġati.

(62)

Meta l-għajnuna tingħata b’mod amministrattiv, il-livell tal-għajnuna jrid jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-data dwar il-kostijiet eliġibbli ta’ kull proġett appoġġat u ma jridx jaqbeż il-45 % ta’ dawn il-kostijiet. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lill-impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ daqs medju.

(63)

L-għajnuna taħt din it-taqsima tista’ tiġi akkumulata biss ma’ għajnuna skont it-Taqsima 4.1.2 ta’ din il-Komunikazzjoni jekk l-iskema ta’ għajnuna notifikata tipprevedi dik il-possibbiltà fiż-żmien in-notifika inizjali tagħha.

4.1.2.   Skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet

(64)

L-iskemi diretti (46) ta’ appoġġ għall-prezzijiet jistgħu jkopru l-investimenti deskritti fil-punti (48)(a) u(b).

(65)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ dirett għall-prezzijiet bl-użu ta’ strumenti differenti, inklużi kuntratti għad-differenza u primjums feed-in.

(66)

B’deroga mill-punt (65), l-għajnuna għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, trid tieħu l-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza (47) mfassla f’konformità mal-prinċipji tal-Artikolu 19d(2) tar-Regolament dwar l-Elettriku. Id-durata tal-kuntratt ma tridx taqbiż il-25 sena wara li l-installazzjoni megħjuna tibda topera (48).

(67)

L-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti (49) jew amministrattivament.

(68)

Huwa meħtieġ proċess kompetittiv ta’ offerti fejn l-għajnuna tingħata għal investimenti għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna għal proġetti ta’ dimostrazzjoni(59) u għal proġetti żgħar definiti kif ġej:

(69)

Il-kost eliġibbli huwa l-kost nett mistenni li jiġi stmat filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u d-dħul prinċipali kollha mġarrba matul il-ħajja tal-proġett u kwalunkwe għajnuna diġà riċevuta, skontata mill-kost medju ponderat tal-kapital (WACC).

(70)

Meta jintuża proċess kompetittiv ta’ offerti biex tingħata l-għajnuna, il-livell ta’ għajnuna jrid jikkorrispondi għar-riżultat tal-proċedura kompetittiva tal-offerti u ma jridx jaqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-proġetti appoġġati.

(71)

Meta l-għajnuna tingħata amministrattivament, il-livell ta’ għajnuna jrid jiġi stabbilit mill-awtorità regolatorja kompetenti biex ikopri l-kost eliġibbli (50). Meta l-għajnuna tingħata amministrattivament għall-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, l-awtorita regolatorja kompetenti trid tistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna.

(72)

L-għajnuna trid tkun imfassla biex tipprevjeni kwalunkwe distorsjoni bla bżonn għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u, b’mod partikolari, tippreserva inċentivi operattivi effiċjenti u sinjali tal-prezzijiet. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-benefiċjarji ma jiġux inċentivati biex joffru l-output tagħhom taħt il-kostijiet marġinali tagħhom u ma jridu jirċievu għajnuna għall-produzzjoni fl-ebda perjodu li fih il-valur tas-suq ta’ dik il-produzzjoni jkun negattiv (51).

4.2.   Skemi ta’ għajnuna biex tiġi aċċellerata t-tnedija tal-fjuwils b’livell baxx ta’ karbonju

(73)

Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, inkluż skont is-CEEAG, il-Kummissjoni tqis kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, dment li jkunu jikkonformaw ma’ din it-taqsima, flimkien mat-Taqsima 3, miżuri ta’ għajnuna biex jappoġġaw:

(a)

investimenti għall-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ karbonju kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (13) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 (52), inklużi fjuwils tal-karbonju riċiklat kif definiti fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u fjuwils gassużi u likwidi sintetiċi li l-kontenut enerġetiku tagħhom huwa derivat minn idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

(b)

investimenti għall-produzzjoni kemm tal-RFNBOs kif ukoll tal-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4.1;

(c)

investimenti fil-ħżin għal fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jaħżnu esklużivament fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, jew taħlita ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u RFNBOs.

(74)

Sabiex ikunu eliġibbli skont din it-taqsima, il-miżuri ta’ għajnuna jridu jkunu miftuħa wkoll għall-RFNBOs. Sabiex jiġi żgurat li l-RFNBOs jirċievu appoġġ, sehem minimu ta’ 30 % tal-baġit ta’ dawn il-miżuri jrid ikun riżervat għall-RFNBOs koperti mit-Taqsima 4.1 (53).

(75)

Meta l-għajnuna tingħata għall-produzzjoni tal-RFNBOs, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-fjuwils megħjuna jiġu prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew fl-atti delegati tagħha.

(76)

Meta l-għajnuna tingħata għall-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-fjuwils megħjuna jissodisfaw il-limitu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ 70 % meta mqabbel mal-komparatur tal-fjuwils fossili f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2024/1788 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew fl-atti delegati tagħha.

(77)

Għajnuna tista’ tingħata biss fir-rigward ta’ kapaċitajiet li jkunu għadhom kif ġew installati.

(78)

Il-proġetti ta’ ħżin appoġġati skont il-punt (73)(c) iridu jitlestew u jitħaddmu fi żmien 48 xahar wara d-data tal-għoti. Jenħtieġ li l-iskema tinkludi sistema effettiva ta’ penali f’każ li din l-iskadenza ma tiġix rispettata (54).

(79)

L-għajnuna trid tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’volum ta’ kapaċità u baġit stmati. L-iskemi jistgħu jkunu limitati għal teknoloġija waħda jew aktar koperti fil-punt (73), iżda ma jridux jinkludu limitazzjonijiet għall-eliġibbiltà li jwasslu għal distorsjonijiet sproporzjonati tal-kompetizzjoni. L-iskemi ma jridu jirriżultaw fl-ebda diskriminazzjoni, inkluż fl-għoti ta’ liċenzji, permessi jew konċessjonijiet meta jkunu meħtieġa. F’każ li l-Istati Membri jintroduċu daqs minimu meħtieġ għall-parteċipazzjoni fi skemi taħt din it-taqsima, dan ma jistax jaqbeż l-1 MW ta’ kapaċità degradata u trid tkun permessa aggregazzjoni.

(80)

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skema investimenti fil-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju minn fjuwils fossili mingħajr ma dan jitqies bħala limitazzjoni artifiċjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema. F’każ ta’ skemi li jinkludu investimenti fil-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju minn fjuwils fossili, l-Istati Membri jistgħu jirriżervaw sehem minimu tal-baġit tal-iskema għal fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jnaqqsu r-riskju ta’ intrappolament ta’ fjuwils fossili.

(81)

L-Istat Membru jrid jiżgura l-konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”.

4.2.1.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

(82)

L-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti (55) jew amministrattivament.

(83)

Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet totali tal-investiment.

(84)

Meta jintuża proċess kompetittiv ta’ offerti biex tingħata l-għajnuna, il-livell ta’ għajnuna jrid jikkorrispondi għar-riżultat tal-proċedura kompetittiva tal-offerti u ma jridx jaqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-proġetti appoġġati.

(85)

Meta l-għajnuna tingħata b’mod amministrattiv, il-livell tal-għajnuna jrid jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-data dwar il-kostijiet eliġibbli ta’ kull proġett appoġġat u ma jridx jaqbeż il-20 % ta’ dawn il-kostijiet. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lill-impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ daqs medju.

(86)

L-għajnuna taħt din it-taqsima tista’ tiġi akkumulata biss ma’ għajnuna skont it-Taqsima 4.1.2 ta’ din il-Komunikazzjoni jekk l-iskema ta’ għajnuna notifikata tipprevedi dik il-possibbiltà fiż-żmien in-notifika inizjali tagħha.

4.2.2.   Skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet

(87)

L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna bl-użu ta’ strumenti differenti, inklużi kuntratti għad-differenza u primjums feed-in.

(88)

L-għajnuna trid tingħata permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti (56).

(89)

Il-kost eliġibbli huwa l-kost nett mistenni li jiġi stmat filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u d-dħul prinċipali kollha mġarrba matul il-ħajja tal-proġett u kwalunkwe għajnuna diġà riċevuta, skontata mill-WACC.

(90)

Il-livell ta’ għajnuna jrid jikkorrispondi għar-riżultat tal-proċedura kompetittiva tal-offerti u ma jridx jaqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-proġetti appoġġati.

(91)

L-għajnuna trid tkun imfassla biex tipprevjeni kwalunkwe distorsjoni bla bżonn għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u, b’mod partikolari, tippreserva inċentivi operattivi effiċjenti u sinjali tal-prezzijiet. Il-benefiċjarji ma jistgħux jiġu inċentivati biex joffru l-output tagħhom taħt il-kostijiet marġinali tagħhom u ma jridu jirċievu għajnuna għall-produzzjoni fl-ebda perjodu li fih il-valur tas-suq ta’ dik il-produzzjoni jkun negattiv.

(92)

Ma tistax titħallas għajnuna għall-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (jew RFNBOs, fejn applikabbli) mill-elettriku meħud mill-grilja f’aktar minn 80 % tas-sigħat (jew unitajiet tas-suq) kull sena (57).

4.3.   Għajnuna għal skemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili

(93)

Il-Kummissjoni tqis l-għajnuna għall-promozzjoni tal-flessibbiltà tal-elettriku mhux fossili (58), kif indikat fl-Artikolu 19g u 19h tar-Regolament dwar l-Elettriku, bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat skont din il-Komunikazzjoni (59) dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fit-Taqsima 3 u f’din is-sottotaqsima.

(94)

Il-miżura jenħtieġ li titfassal biex tappoġġa investiment ġdid fi flessibbiltajiet mhux fossili. Investiment ġdid jinkludi, pereżempju:

(a)

investiment għall-kostruzzjoni ta’ kapaċità flessibbli ġdida. Iċ-ċaqliq ta’ kapaċità flessibbli użata minn post għal ieħor ma jistax jitqies bħala investiment ġdid; jew

(b)

investiment biex tiżdied il-flessibbiltà jew l-enerġija installata ta’ kapaċità eżistenti. Il-livell miżjud ta’ flessibbiltà biss, meta mqabbel mal-livell ta’ flessibbiltà qabel l-investiment, jista’ jitqies bħala flessibbiltà addizzjonali bis-saħħa tal-investiment il-ġdid; jew

(c)

investiment biex tiġi estiża l-ħajja ta’ kapaċità eżistenti. Il-perjodu li bih ġiet estiża l-ħajja biss, meta mqabbel mal-ħajja ta’ qabel l-investiment, jista’ jitqies bħala flessibbiltà addizzjonali bis-saħħa tal-investiment il-ġdid; jew

(d)

investiment biex jinbidel is-sors tal-enerġija primarja ta’ assi ta’ ġenerazzjoni flessibbli minn inputs fossili għal dawk mhux fossili. Huwa biss l-ammont ta’ kapaċità li għalih is-sors primarju tal-enerġija sar mhux fossili, meta mqabbel mas-sorsi primarji qabel l-investiment, li jista’ jitqies bħala flessibbiltà addizzjonali bis-saħħa tal-investiment il-ġdid. F’każijiet bħal dawn, il-NRA jenħtieġ li tivverifika li kwalunkwe kapaċità fossili li jifdal tkun profittabbli mingħajr għajnuna, u li ma jkun hemm l-ebda sussidjar inkroċjat ta’ ġenerazzjoni bbażata fuq il-fossili.

(95)

Barra minn hekk, fejn jitqies meħtieġ biex ma tiġix imminata l-vijabbiltà ekonomika tal-kapaċitajiet eżistenti, l-Istati Membri jistgħu jestendu r-regoli ta’ eliġibbiltà għal firxa usa’ ta’ flessibbiltajiet mhux fossili li jikkontribwixxu biex tiġi indirizzata l-ħtieġa ta’ flessibbiltà li jkunu saru fihom investimenti reċentement.

(96)

Il-miżura tkun miftuħa għal teknoloġiji mhux fossili li jkunu kapaċi jipprovdu s-servizzi ta’ flessibbiltà u mill-inqas għall-ħżin tal-elettriku u r-rispons tad-domanda. L-iskema ma trid tinkludi l-ebda limitazzjoni jew diskriminazzjoni artifiċjali (inkluż fl-għoti ta’ liċenzji, permessi jew konċessjonijiet meta jkunu meħtieġa). Il-miżura tista’ tinkludi biss rekwiżiti tekniċi addizzjonali fuq il-bażi tal-ħtiġijiet identifikati tas-sistema f’konformità mal-punt (103). Id-daqs minimu meħtieġ għall-parteċipazzjoni ma jridx ikun ogħla minn 1 MW degradat jew aktar minn siegħa ta’ durata minima tal-konsenja u jrid jippermetti l-aggregazzjoni.

(97)

L-għajnuna taħt din it-taqsima trid tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’volum ta’ kapaċità u baġit stmati.

(98)

L-Istati Membri jridu jew juru li għandhom derogi mil-liġi rilevanti tal-Unjoni jew jikkonfermaw li:

(a)

it-teknoloġiji kollha ta’ flessibbiltà mhux fossili, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, indipendentement mil-livell ta’ vultaġġ li miegħu huma konnessi l-assi, ikollhom il-possibbiltà li:

(i)

ibigħu u jixtru l-elettriku fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata;

(ii)

jipparteċipaw fi kwalunkwe servizz anċillari tal-frekwenza u mhux tal-frekwenza fejn ir-rispons tad-domanda u/jew il-ħżin jista’ jipprovdi s-servizz meħtieġ;

(iii)

jipparteċipaw fir-ridispaċċ ibbażat fuq is-suq u/jew ikunu eliġibbli biex jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tal-konġestjoni għall-Operaturi ta’ Sistema tat-Trażmissjoni (TSOs) u/jew l-Operaturi tas-Sistema tad-Distribuzzjoni (DSOs);

(b)

l-aggregaturi, inklużi l-aggregaturi indipendenti, jistgħu jipparteċipaw fis-swieq u s-servizzi elenkati fil-punt (a).

Fin-nuqqas ta’ din l-konferma, il-miżuri skont din it-taqsima jistgħu jiġu approvati biss għal perjodu massimu ta’ sentejn. Stat Membru jista’ jfittex approvazzjoni ġdida ladarba dan it-titjib fis-suq ikun ġie implimentat kollu.

(99)

L-Istati Membri jridu jikkonfermaw li kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni identifikata fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà, skont l-Artikolu 19e(2)c tar-Regolament dwar l-Elettriku, tiġi implimentata fi żmien sentejn wara l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19e(1) tar-Regolament dwar l-Elettriku.

(100)

Jekk jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ kapaċità fl-Istat Membru kkonċernat, id-disinn ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ kapaċità jenħtieġ li jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ flessibbiltà mhux fossili bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin għal dan il-mekkaniżmu ta’ kapaċità. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ kapaċità u l-miżuri ta’ flessibbiltà mhux fossili jenħtieġ li jiġu kkoordinati b’wieħed mill-modi li ġejjin biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli tas-suq u kumpens żejjed:

(a)

il-kapaċità għandha tiġi akkwistata b’mod konġunt (60); jew

(b)

L-Istati Membri jistgħu jinkludu rekwiżiti ta’ flessibbiltà mhux fossili identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà fil-mekkaniżmi ta’ kapaċità tagħhom, pereżempju billi jirrikjedu volum minimu ta’ kapaċità flessibbli mhux fossili li tipprovdi servizzi ta’ rrankar fuq terminu qasir; jew

(c)

ir-riżorsi jridu jagħżlu bejn il-parteċipazzjoni f’miżura waħda biss, jew l-iskema ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili jew il-mekkaniżmu ta’ kapaċità. Il-mira tad-domanda f’kull miżura jenħtieġ li tiġi aġġustata biex tqis il-parteċipazzjoni fil-miżura l-oħra.

(101)

Il-mira tad-domanda li se tiġi offruta għandu tiġi stabbilita skont ir-rapport adottat skont il-metodoloġija u l-kriterji ta’ gwida Ewropej li ġew introdotti fl-Artikolu 19e tar-Regolament dwar l-Elettriku fid-dawl tal-ħtieġa li jinkisbu b’mod kosteffiċjenti s-sigurtà u l-affidabbiltà tal-provvista u d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku.

(102)

Sakemm jiġu żviluppati dawn il-metodoloġija u gwida, jenħtieġ li l-mira tad-domanda ma taqbiżx l-objettiv għall-flessibbiltà nazzjonali indikattiv proviżorju deskritt fl-Artikolu 19f tar-Regolament dwar l-Elettriku. F’każ li l-mira tad-domanda ma tkunx abbażi tal-metodoloġija u l-kriterji ta’ gwida Ewropej introdotti fl-Artikolu 19e tar-Regolament dwar l-Elettriku, il-NRA trid tikkonferma li l-mira tad-domanda għall-akkwist (61) tirrifletti:

(a)

il-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà vvalutati bis-suppożizzjoni li t-titjib fis-suq iddettaljat fil-punti (98) u (99) ġie implimentat; kif ukoll

(b)

l-investiment ibbażat fuq is-suq li mistenni jseħħ, filwaqt li jitqies it-titjib fis-suq imsemmi fil-paragrafu (a).

(103)

Il-kundizzjonijiet tekniċi (bħar-rekwiżiti ta’ prekwalifikazzjoni (62), l-obbligi ta’ disponibbiltà jew ta’ konsenja fuq il-parteċipanti, kif ukoll l-unità tas-servizz ta’ flessibbiltà użata biex jiġu kklassifikati l-offerti, iridu jkunu ġġustifikati b’mod ċar abbażi ta’ ħtiġijiet speċifiċi identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet deskritta fil-punt (101).

(104)

L-għajnuna tingħata fil-forma ta’ kuntratti li jipprovdu għotja diretta bi skambju għall-kapaċità flessibbli disponibbli li nħolqot bis-saħħa tal-investimenti msemmija fil-punti (94) u (95). Għal kuntratti pluriennali, it-tul ta’ kuntratt irid ikun proporzjonat mal-livell ta’ investiment meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-kuntratt u ma jistax, fi kwalunkwe każ, jaqbeż il-perjodu ta’ amortizzament tal-investiment.

(105)

L-ammont tal-għajnuna jiġi ddeterminat permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti kklassifikati biss skont il-prezz tal-offerta tagħhom għal kull unità ta’ kapaċità flessibbli disponibbli fis-sena u l-appoġġ mogħti skont il-prezz tal-ikklerjar għal kull unità ta’ kapaċità flessibbli disponibbli fis-sena.

(106)

Jenħtieġ li l-kuntratt jiddeskrivi l-metodoloġiji segwiti biex tiġi vverifikata d-disponibbiltà tal-flessibbiltà appoġġata u biex jiġu kkalkulati l-penali dissważivi xierqa f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà jew terminazzjoni bikrija tal-kuntratt. Il-benefiċjarji kollha jridu jiġu attivati (tħaddim jew test) mill-inqas darba fis-sena b’avviż <=24 siegħa. Il-penali tan-nuqqas ta’ disponibbiltà trid tkun l-istess għat-teknoloġiji kollha u kull benefiċjarju inqas minn 50 % disponibbli fuq perjodu annwali jrid ikun espost għal pagament ta’ penali ta’ mill-inqas id-dħul mill-flessibbiltà korrispondenti tiegħu matul dan il-perjodu annwali.

(107)

L-ARN trid tikkonferma li r-rekwiżiti ta’ disponibbiltà u l-penali fil-kuntratt ta’ disponibbiltà mhux se joħolqu distorsjoni bla bżonn fil-funzjonament tas-swieq tal-elettriku (63). B’mod partikolari, il-benefiċjarji jiġu inċentivati biex jipparteċipaw b’mod effiċjenti fis-swieq tal-elettriku u jkunu esposti għal varjazzjoni fil-prezzijiet u riskji tas-suq matul il-ħajja tal-assi.

(108)

L-Istat Membru kkonċernat irid jikkonferma li l-miżura tippromwovi l-ftuħ tal-miżura għall-parteċipazzjoni transfruntiera ta’ dawk ir-riżorsi li jistgħu jipprovdu l-prestazzjoni teknika meħtieġa, meta analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tkun pożittiva.

(109)

Sabiex jiġu pprovduti inċentivi effiċjenti biex il-konsum jiġi aġġustat għas-sinjali tal-prezzijiet, il-konsumaturi li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-ħtieġa ta’ flessibbiltà jenħtieġ li jipparteċipaw fil-kostijiet tal-miżura, abbażi tal-konsum tagħhom matul tal-anqas 1 % tas-sigħat bl-ogħla prezz u l-aktar ta’ 5 % tas-sigħat bl-ogħla prezz (64) (jew unitajiet ta’ ħin tas-suq) kull sena jew, bħala alternattiva, matul tal-anqas 1 % tas-sigħat u l-aktar 20 % tas-sigħat (jew unitajiet ta’ ħin tas-suq) kull sena meta l-ħtieġa għall-flessibbiltà tkun aktar probabbli (pereżempju, abbażi ta’ xejriet mistennija ta’ rrankar) (65). Jekk jiġu applikati kriterji tekniċi lokazzjonali, jenħtieġ li l-kostijiet addizzjonali tal-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji jiġu allokati lill-konsumaturi tal-elettriku fil-postijiet rilevanti. Il-Kummissjoni tqis li din il-kontribuzzjoni tista’ titqies proporzjonata meta tkun mill-inqas ugwali għal 90 % tal-kostijiet tal-miżura. Jistgħu jiġu imposti imposti fuq partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar (bħall-fornituri).

(110)

Il-miżura tiġi approvata għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin.

4.4.   Għajnuna għall-mekkaniżmi ta’ kapaċità skont mudell fil-mira

(111)

Il-Kummissjoni tqis l-għajnuna għall-mekkaniżmi ta’ kapaċità, kif indikat fl-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament dwar l-Elettriku, bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin kif ukoll il-kundizzjonijiet fit-Taqsima 3:

(a)

Il-miżura tikkonforma mal-kriterji kollha għal mekkaniżmu ta’ kapaċità ta’ riżerva strateġika jew ta’ mudell fil-mira fis-suq kollu pprovdut fl-Anness I;

(b)

Il-miżura tiġi approvata għal perjodu ta’ mhux aktar minn 10 snin.

4.5.   Eżenzjoni temporanja fil-prezz tal-elettriku għall-utenti li jużaw ħafna enerġija

4.5.1.   Tranżizzjoni lejn kost baxx tal-elettriku

(112)

Il-miżuri deskritti fil-Patt għal Industrija Nadifa se jittrasformaw l-ekonomija tal-Unjoni f’konformità mal-għanijiet klimatiċi ambizzjużi tal-UE. Sakemm id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Unjoni tissarraf bis-sħiħ fi prezzijiet tal-elettriku aktar baxxi, l-industriji fl-Unjoni se jkomplu jiffaċċjaw kostijiet ogħla meta mqabbla mal-kompetituri f’ġuriżdizzjonijiet b’politiki klimatiċi inqas ambizzjużi.

(113)

Din is-sitwazzjoni toħloq sfidi partikolari għas-setturi li huma partikolarment esposti għall-kummerċ internazzjonali u li jiddependu ħafna fuq l-elettriku għall-ħolqien tal-valur. Il-prezzijiet għoljin tal-elettriku jżidu r-riskju li dawn l-industriji jirrilokaw barra mill-Unjoni għal postijiet fejn ma hemmx regolamenti ambjentali jew fejn huma inqas ambizzjużi. Barra minn hekk, il-kostijiet għoljin tal-elettriku jirriskjaw li jiskoraġġixxu l-elettrifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, li hija ċentrali għad-dekarbonizzazzjoni b’suċċess tal-ekonomija tal-Unjoni. Sabiex jittaffew dawk ir-riskji u l-impatti negattivi fuq l-ambjent, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna temporanja fuq il-prezz tal-elettriku lill-kumpaniji attivi fis-setturi ekonomiċi kkonċernati.

4.5.2.   Kamp ta’ Applikazzjoni u Eliġibbiltà

(114)

Il-Kummissjoni se tqis kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, għajnuna fil-forma ta’ eżenzjoni temporanja fil-prezz tal-elettriku għall-attivitajiet f’setturi li għalihom dawn ir-riskji huma partikolarment għoljin. Għal impatt li jdum, il-benefiċjarji huma meħtieġa jagħmlu investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u jgħinu l-kostijiet tas-sistema tal-enerġija fuq terminu medju sa twil (pereżempju, billi jissostitwixxu l-fjuwils fossili b’enerġija rinnovabbli).

(115)

L-Istati Membri jistgħu jagħtu tnaqqis mill-prezz tal-elettriku bl-ingrossa għal ċertu sehem tal-konsum tal-elettriku, irrispettivament mis-sors tal-provvista tal-elettriku (autoġenerazzjoni, kuntratti tal-provvista tal-elettriku jew provvista mill-grilja). Din it-taqsima ma tindirizzax it-tnaqqis mill-imposti li jiffinanzjaw l-appoġġ għal sorsi rinnovabbli jew għas-sħana u l-enerġija kkombinati, li għadhom indirizzati mit-Taqsima 4.11 tas-CEEAG.

(116)

Ir-riskju fil-livell settorjali ta’ attivitajiet li jiċċaqalqu ’l barra mill-Unjoni lejn postijiet fejn id-dixxiplini ambjentali huma nieqsa jew inqas ambizzjużi jiddependi ħafna fuq l-intensità fl-użu tal-elettriku tas-settur inkwistjoni u l-ftuħ tiegħu għall-kummerċ internazzjonali. Għaldaqstant, l-għajnuna tista’ tingħata biss lil impriżi minn setturi fejn dawn ir-riskji huma sinifikanti. Dan japplika għal dawk is-setturi elenkati fl-Anness 1 tas-CEEAG (66), li għalihom il-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ u tal-intensità tal-użu tal-elettriku tagħhom fil-livell tal-Unjoni tilħaq mill-inqas 2 % u li l-intensità tal-kummerċ u l-intensità tal-użu tal-elettriku tagħhom fil-livell tal-Unjoni tkun mill-inqas 5 % għal kull indikatur.

(117)

Settur jew sottosettur li jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-punt (116) iżda li ma jkunx inkluż fil-lista msemmija f’dak il-punt, jitqies eliġibbli wkoll dment li l-Istati Membri juru dan b’data li tkun rappreżentattiva tas-settur jew tas-sottosettur fil-livell tal-Unjoni, ivverifikata minn espert indipendenti u abbażi ta’ perjodu ta’ żmien ta’ mill-inqas l-aħħar tliet snin li għalihom tkun disponibbli d-data.

(118)

L-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’baġit stmat. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-iskema tal-għajnuna għal setturi ekonomiċi speċifiċi skont l-esponiment tagħhom għall-kostijiet tal-elettriku jew għal setturi ta’ importanza partikolari għall-ekonomija jew għas-sigurtà u r-reżiljenza tas-suq intern. Kwalunkwe limitu bħal dan jeħtieġ li jitfassal b’mod wiesa’ u ma jistax iwassal għal limitazzjoni artifiċjali ta’ benefiċjarji potenzjali. Fi ħdan is-settur eliġibbli, l-Istati Membri għandhom bżonn jiżguraw li l-għażla tal-benefiċjarji issir fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti u li l-għajnuna tingħata bħala prinċipju bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur jekk ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali simili.

4.5.3.   Effett ta’ inċentiv u Proporzjonalità

(119)

L-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern biss jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Sabiex l-għajnuna jkollha effett ta’ inċentiv u attwalment tipprevjeni r-riskju deskritt fit-taqsima 4.5.1, din trid tiġi applikata u mħallsa lill-benefiċjarju fis-sena li matulha jiġġarrbu l-kostijiet jew fis-sena ta’ wara.

(120)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna bħala proporzjonata għall-benefiċjarji mis-setturi fil-punti (116) u (117) jekk ma tkunx tkopri aktar minn tnaqqis ta’ 50 % tal-prezz medju annwali tas-suq bl-ingrossa fiż-żona tal-offerti, li fiha l-benefiċjarju jkun konness, għal mhux aktar minn 50 % tal-konsum annwali tal-elettriku tagħhom rispettivament. Il-konsum totali annwali tal-elettriku jista’ jitkejjel jew fis-sena li fiha jirriżulta l-kost eliġibbli jew fis-sena preċedenti. Il-Kummissjoni tqis ukoll li, sabiex l-għajnuna tkun proporzjonata, tali tnaqqis ma jridx jirriżulta fi prezz imnaqqas taħt il-EUR 50/MWh għall-konsum eliġibbli.

4.5.4.   Kontribut għad-dekarbonizzazzjoni

(121)

Meta jistabbilixxu l-iskemi, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu tipi ta’ investimenti li jistgħu jintwerew b’mod miżurabbli li jikkontribwixxu iżjed għat-tnaqqis tal-kostijiet tas-sistema tal-elettriku, li jirriflettu l-ħtiġijiet tas-suq u tas-sistema f’dak l-Istat Membru, mingħajr ma jirriżultaw f’żieda fil-konsum ta’ fjuwils fossili. Il-benefiċjarji tal-għajnuna jridu jkunu meħtieġa jallokaw mill-inqas 50 % tal-ammont tal-għajnuna taħt din il-miżura għal investimenti bħal dawn f’assi ġodda jew modernizzati. L-attivitajiet ta’ investiment eliġibbli jistgħu jinkludu, pereżempju, l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, soluzzjonijiet għall-ħżin tal-enerġija, miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà min-naħa tad-domanda, titjib fl-effiċjenza enerġetika b’impatt fuq id-domanda għall-elettriku, u l-iżvilupp ta’ elettrolizzaturi għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. L-investimenti mmirati lejn l-elettrifikazzjoni huma eliġibbli wkoll. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu lista aktar limitata ta’ investimenti eliġibbli, iżda l-investimenti biex tiżdied il-flessibbiltà min-naħa tad-domanda jridu jkunu eliġibbli.

(122)

Dawn l-investimenti ma jistgħux jibbenefikaw minn xi miżura ta’ għajnuna oħra. L-attività ta’ investiment eliġibbli trid tibda topera fi żmien 48 xahar mill-għoti tal-għajnuna skont din it-taqsima sakemm il-benefiċjarju ma jkunx jista’ juri lill-Istat Membru li skeda ta’ żmien itwal hija xierqa għal raġunijiet tekniċi. Investimenti individwali jistgħu jkopru għajnuna riċevuta fuq diversi snin. L-investimenti jistgħu jsiru fuq is-sit tal-benefiċjarju jew ikunu ddelegati lil partijiet terzi. Fil-każ tal-aħħar, il-benefiċjarju jibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni effettiva tal-investimenti.

(123)

L-Istat Membru jista’ jagħti appoġġ addizzjonali sa 10 % tal-ammont mogħti skont il-punt (120). Il-benefiċjarji jridu jallokaw mill-inqas 75 % ta’ dan l-appoġġ addizzjonali għall-investimenti speċifikati fil-punt (121). L-Istati Membri jistgħu jagħtu dan l-appoġġ addizzjonali biss meta l-benefiċjarju jkun jista’ juri li mill-inqas 80 % tal-ammont totali tal-investiment jintefaq fuq investimenti biex tiżdied il-flessibbiltà tad-domanda, inkluża l-provvista ta’ riżerva mhux fossili.

(124)

L-Istati Membri huma meħtieġa jivverifikaw dawn ir-rekwiżiti għal kull benefiċjarju u jippubblikaw rapporti annwali dwar il-miżuri ta’ investiment implimentati skont din it-taqsima.

4.5.5.   Kumulazzjoni

(125)

Minbarra r-regoli ġenerali ta’ akkumulazzjoni skont it-Taqsima 3.3, l-għajnuna skont din it-taqsima tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat jew għajnuna de minimis, jew ikkombinata ma’ fondi tal-UE ġestiti ċentralment, fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli (jiġifieri l-prezz tal-elettriku bl-ingrossa inklużi l-kostijiet indiretti li jiġġarrbu mill-kostijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku), li jikkoinċidu parzjalment jew kompletament, dment li tali akkumulazzjoni ma twassalx biex l-għajnuna taqbeż l-ogħla intensità ta’ appoġġ jew ammont applikabbli taħt kwalunkwe kundizzjoni rilevanti. Meta jiġi akkumulat ma’ għajnuna li tikkumpensa għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2021 (67), l-ammont ta’ għajnuna kkombinat ma jistax jaqbeż l-ogħla ammont applikabbli skont kwalunkwe waħda miż-żewġ linji gwida.

4.5.6.   Durata

(126)

L-għajnuna taħt din it-taqsima tista’ tingħata lill-benefiċjarji għal perjodu massimu ta’ tliet snin. Il-pagamenti ma jistgħux isiru wara l-31 ta’ Diċembru 2030.

5.   GĦAJNUNA GĦAD-DEKARBONIZZAZZJONI TAL-INDUSTRIJA

(127)

Lil hinn mill-possibbiltajiet eżistenti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, inkluż skont is-CEEAG, il-Kummissjoni tqis kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, għajnuna għall-investimenti li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet industrijali biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet klimatiċi tal-Unjoni jew li jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fil-konsum tal-enerġija f’attivitajiet industrijali permezz tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fit-Taqsima 3 u f’din it-taqsima.

(128)

It-titjib fl-effiċjenza tal-materjali jista’ jnaqqas ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ġġenerati mill-attivitajiet industrijali. Il-benefiċċji ambjentali tal-effiċjenza tal-materjali qed jaqbżu s-sempliċi tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Għalhekk, l-appoġġ għall-effiċjenza tal-materjali, l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija huma koperti minn taqsima ddedikata fis-CEEAG (it-Taqsima 4.4 tas-CEEAG). Il-proġetti tal-bijogass u tal-bijometan li huma mfassla biex jikkoproduċu d-diġestat, li sussegwentement jiġi pproċessat f’nutrijenti b’bażi bijoloġika jew fi prodotti fertilizzanti (bħall-bijofertilizzanti), diġà jistgħu jiġu appoġġati wkoll skont ir-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, it-Taqsima 4.4 tas-CEEAG tipprovdi bażi ġuridika, inkluża l-valorizzazzjoni tal-bijoresidwi, u s-sostituzzjoni tal-materja prima b’materja sekondarja. Il-Kummissjoni se tittratta każijiet bħal dawn bħala prijorità. L-investimenti li jappoġġaw l-ekonomija ċirkolari jistgħu jiġu appoġġati wkoll mingħajr notifika minn qabel skont ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija.

5.1.   Kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet ġenerali

(129)

Din it-taqsima ġeneralment tapplika għal investimenti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-attivitajiet industrijali. Għall-fini ta’ din it-taqsima, l-attivitajiet industrijali huma definiti bħala attivitajiet li jseħħu f’installazzjonijiet industrijali (68) u li jinvolvu l-produzzjoni ta’ oġġetti finali jew intermedji tanġibbli fuq skala kbira.

(130)

Din it-taqsima mhijiex applikabbli għal:

(a)

Għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli u l-produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (69);

(b)

Għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija mingħajr preġudizzju għall-punti (131)u (132) (70);

(c)

Għajnuna mill-Istat għal investimenti ġodda fil-produzzjoni industrijali, inklużi l-investimenti msemmija fil-punt (131), strutturalment ibbażati fuq il-fjuwils fossili. B’mod eċċezzjonali, l-investimenti bbażati fuq il-gass naturali jistgħu jiġu koperti taħt din it-taqsima dment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet addizzjonali fis-sottotaqsima 5.2.4.

(131)

Filwaqt li l-appoġġ għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bħala tali huwa kopert mit-Taqsima 4 ta’ din il-Komunikazzjoni, tali attivitajiet jistgħu eċċezzjonalment ikunu koperti wkoll mit-taqsima 5, dment li:

(a)

ikun parti minn investiment li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew itejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-attivitajiet industrijali kif previst fil-punt (139);

(b)

l-enerġija tiġi prodotta minn sorsi rinnovabbli (71). Għall-ġenerazzjoni tas-sħana jew tas-sħana u tal-enerġija kkombinati, jista’ jintuża wkoll gass naturali bil-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fis-sottotaqsima5.2.4. Il-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju kif imsemmi fil-punt (73)(a) tista’ tiġi koperta wkoll;

(c)

l-enerġija tiġi prodotta jew fis-sit fejn tkun qed isseħħ l-attività industrijali, jew fil-park industrijali (72) fejn titwettaq l-attività industrijali, dment li l-enerġija tiġi fornuta lill-utent industrijali permezz ta’ network konfinat, mingħajr ma tgħaddi min-network pubbliku; kif ukoll

(d)

jew (i) mill-inqas 80 % l-enerġija prodotta tintuża fl-attivitajiet industrijali fis-sit tal-proġett (73), jew (ii) fil-każ ta’ investimenti f’koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja, is-sħana prodotta tintuża totalment mill-benefiċjarju (74).

(132)

Din it-taqsima tapplika għall-għajnuna għall-investimenti f’infrastruttura anċillari tal-ħżin tal-enerġija jew tat-trasport dment li l-investiment jifforma parti integrali minn investiment skont il-punt (139) jew il-punt (131) u:

(a)

F’każ ta’ ħżin, l-infrastruttura tkun tinsab fis-sit tal-proġett u tkun imdaqqsa skont il-ħtiġijiet ta’ dak l-investiment;

(b)

Fil-każ ta’ trasport, l-infrastruttura jew tkun tinsab fis-sit tal-proġett jew inkella tikkonnettja biss lil dak is-sit ma’ infrastruttura miftuħa li tkun soġġetta għal aċċess ta’ partijiet terzi f’konformità mal-qafas legali applikabbli għas-suq intern tal-enerġija.

(133)

L-għajnuna f’din it-taqsima tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’baġit stmat. L-Istati Membri jridu jipprovdu stima tal-emissjonijiet diretti totali ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu ffrankati, jew tal-iffrankar totali tal-enerġija li għandu jinkiseb permezz tal-iskema. L-għajnuna f’din it-taqsima tista’ tingħata biss fil-forma ta’ għotjiet diretti, avvanzi ripagabbli, selfiet, garanziji jew benefiċċji fuq it-taxxa (75).

(134)

Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-iskemi vvalutati skont din it-taqsima jkopru s-setturi u t-teknoloġiji kollha li jistgħu jikkontribwixxu għall-objettiv stabbilit fil-punt (127). L-Istati Membri li jkunu jridu jillimitaw l-eliġibbiltà tal-iskema għal ċerti setturi jridu (i) jiġġustifikaw tali eliġibbiltà limitata abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi; u (ii) juru li l-eliġibbiltà limitata tal-iskema għadha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE u dawk nazzjonali u ma teskludix bla bżonn soluzzjonijiet aktar favur il-klima u l-ambjent.

(135)

Bħala dispożizzjoni ta’ port sigur u mingħajr preġudizzju għall-Istati Membri li jipprovdu ġustifikazzjonijiet alternattivi, il-Kummissjoni se tippreżumi li l-limitazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ skema hija ġġustifikata għall-finijiet tal-punt (134) jekk l-iskema tkopri l-installazzjonijiet stazzjonarji kollha msemmija fil-Kapitolu III tad-Direttiva dwar l-ETS (76).

(136)

Biex jiġi żgurat li l-proġetti jiġu implimentati fil-ħin u jwasslu għall-iffrankar mistenni fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew fl-enerġija, l-Istati Membri jridu jiżguraw li:

(a)

l-installazzjoni jew it-tagħmir li għandu jiġi ffinanzjat mill-għajnuna jkun qed jopera fi żmien 60 xahar wara d-data tal-għoti; kif ukoll

(b)

il-proġett, ladarba l-installazzjoni jew it-tagħmir il-ġdid iffinanzjat mill-għajnuna jkun kompletament operattiv (77), iwassal għal tnaqqis dirett fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew iffrankar tal-enerġija li jikkorrispondi għal mill-inqas 80 % tat-tnaqqis jew l-iffrankar previst.

(137)

L-iskemi jridu jinkludu sistema effettiva ta’ penali f’każ li l-kundizzjonijiet taħt il-punt (136) ma jkunux issodisfati (78).

(138)

L-Istat Membru jrid juri li l-għajnuna ma tiffinanzjax żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ġenerali tal-benefiċjarju. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal:

(a)

żidiet temporanji fil-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu tranżitorju qabel ma l-installazzjoni jew it-tagħmir il-ġdid iffinanzjat mill-għajnuna jkun kompletament operattiv u t-tagħmir eżistenti jkun għadu mhux kompletament dekummissjonat; jew

(b)

żidiet limitati fil-kapaċità li jirriżultaw minn neċessità teknika li ma taqbiżx il-15 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-investiment iffinanzjat mill-għajnuna.

5.2.   Effetti minimi ta’ dekarbonizzazzjoni jew effiċjenza enerġetika

5.2.1.   Rekwiżiti komuni

(139)

Investimenti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet jew li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-attivitajiet industrijali msemmija fil-punti (129) sa (132) huma eliġibbli, irrispettivament mis-soluzzjoni teknoloġika użata, dment li jew:

(a)

iwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-attività kkonċernata, (i) li ma jseħħx mingħajr l-għajnuna, filwaqt li jitqiesu l-miżuri ta’ politika u l-mekkaniżmi introdotti biex jirrimedjaw l-istess falliment tas-suq, inkluża s-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), u (ii) li jkunu konsistenti mal-miri tal-Liġi tal-UE dwar il-Klima (79); jew

(b)

iwassal għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tal-attività kkonċernata għal kull unità ta’ output meta mqabbel mas-sitwazzjoni mingħajr l-għajnuna (80) u jkollu perjodu ta’ rkupru tal-kost ta’ 5 snin jew aktar. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija kull unità ta’ output jrid ikun minn tal-anqas 10 % għall-proċessi diġà dekarbonizzati u minn tal-anqas 20 % fil-każijiet l-oħra kollha (81).

(140)

Bħala dispożizzjoni dwar l-isfera ta’ sikurezza u mingħajr preġudizzju għall-Istati Membri li jipprovdu ġustifikazzjonijiet alternattivi, il-Kummissjoni se tippreżumi li l-għajnuna mogħtija għall-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tikkonforma mal-punt (139)(a), jekk l-iskema jkun fiha r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Fir-rigward ta’ investimenti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ installazzjonijiet eżistenti:

i.

l-investiment inaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-installazzjoni eżistenti b’mill-inqas [40]% u, għall-installazzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tad-Direttiva dwar l-ETS (82), iressaqhom taħt il-medja tal-emissjonijiet ta’ 10 % tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti, kif iddeterminat mir-regolament ta’ implimentazzjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-iskema għall-istabbiliment ta’ parametri referenzjarji skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (“l-aktar installazzjonijiet effiċjenti”); jew

ii.

l-investiment inaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ unità teknika (83) fi ħdan l-installazzjoni eżistenti b’mill-inqas 90 % u ma jintrappolax fjuwils fossili;

(b)

Fir-rigward ta’ investimenti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ installazzjonijiet ġodda li jissostitwixxu installazzjoni eżistenti, l-investiment jiżgura li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-installazzjoni jkunu mill-inqas 10 % taħt l-aktar installazzjonijiet effiċjenti jew referenza komparabbli meta l-installazzjonijiet ma jkunux bħal dawk imsemmija fil-Kapitolu III tal-ETS.

(141)

Il-proġetti jridu jwasslu għal tnaqqis ġenerali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dawn ma għandhomx iwasslu biss għall-ispostament tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-settur industrijali kkonċernat għas-settur tal-enerġija jew minn sit industrijali għal ieħor.

(142)

Biex juru li l-emissjonijiet mhumiex sempliċiment qed jiġu spostati, l-Istati Membri jridu juru li l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra marbuta mal-proġetti eliġibbli ma jikkumpensawx bis-sħiħ għat-tnaqqis dirett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra miksub permezz tal-investiment sabiex l-iffrankar nett tal-emissjonijiet jibqa’ materjali. L-Istati Membri jistgħu juru li dan huwa l-każ bis-saħħa tad-disinn tal-iskema jew abbażi ta’ simulazzjonijiet ta’ ffrankar previst tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tal-emissjonijiet indiretti projjettati għal kull proġett ta’ referenza, bl-użu ta’ metodoloġiji stabbiliti. Għall-elettriku, jista’ jintwera wkoll billi (i) jintwera li ż-żieda mistennija fid-domanda għall-elettriku li tirriżulta mill-iskema tista’ tkun koperta kompletament minn żieda fil-provvista tal-elettriku rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif previst fl-aktar Pjan Nazzjonali reċenti għall-Enerġija u l-Klima (“NECP”) tal-Istat Membru kkonċernat jew minn pjanijiet aktar aġġornati biex tiżdied il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju adottati wara l-aħħar aġġornament tal-NECP, u (ii) li l-benefiċjarji jibqgħu esposti għas-sinjali tal-prezzijiet tal-elettriku u li l-iskema fiha biżżejjed inċentivi għal soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà.

(143)

Bħala dispożizzjoni dwar l-isfera ta’ sikurezza u mingħajr preġudizzju għall-Istati Membri li jipprovdu ġustifikazzjonijiet alternattivi, il-Kummissjoni se tippreżumi li l-kundizzjonijiet skont il-punt (142) huma ssodisfati fix-xenarji li ġejjin:

(a)

L-emissjonijiet indiretti marbuta mal-użu tal-idroġenu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (146);

(b)

L-emissjonijiet indiretti marbuta ma’ proġetti ta’ elettrifikazzjoni flessibbli (84), inkluż l-użu ta’ pompi tas-sħana, li l-output tal-enerġija finali tagħhom jaqbeż b’mod sinifikanti l-input tal-enerġija primarja meħtieġ skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2018/2001; jew

(c)

L-emissjonijiet indiretti marbuta mal-użu tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi, il-bijogass (inkluż il-bijometan) u l-fjuwils mill-bijomassa f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt. (145).

(144)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-għajnuna għad-dekarbonizzazzjoni ma tispostax bla bżonn l-investimenti f’alternattivi aktar nodfa li diġà huma disponibbli fis-suq, u ma timblokkax ċerti teknoloġiji, u dan ixekkel l-iżvilupp usa’ ta’ suq għal soluzzjonijiet aktar nodfa u l-użu tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu bla bżonn l-ambitu teknoloġiku tal-iskemi. B’mod partikolari għad-dekarbonizzazzjoni tas-sħana industrijali taħt il-500 °C, dawn ma jistgħux jeskludu l-aktar teknoloġiji favur il-klima u l-ambjent, jiġifieri s-sħana rinnovabbli mhux ibbażata fuq il-bijomassa, l-elettrifikazzjoni flessibbli u l-użu mill-ġdid tas-sħana mormija.

5.2.2.   Rekwiżiti addizzjonali għall-appoġġ għall-bijofjuwils, l-idroġenu jew għall-fjuwils derivati mill-idroġenu

(145)

Għal skemi ta’ għajnuna li jkopru investimenti li jiddependu kompletament jew parzjalment fuq l-użu tal-bijofjuwils, tal-bijolikwidi, tal-bijogass (inkluż il-bijometan) u tal-fjuwils tal-bijomassa, l-Istati Membri jridu jimponu kundizzjonijiet li jirrikjedu li dawk il-fjuwils ikunu konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha.

(146)

Għal skemi ta’ għajnuna li jkopru investimenti li jiddependu kompletament jew parzjalment mill-użu tal-idroġenu jew ta’ fjuwils derivati mill-idroġenu, l-Istati Membri jridu jimponu kundizzjonijiet li jiżguraw li l-idroġenu jew il-fjuwils derivati mill-idroġenu użati fil-proġetti jkunu RFNBOs jew fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (85). Dawn il-fjuwils jistgħu jiġu kkombinati wkoll ma’ idroġenu prodott minn bijomassa konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha.

5.2.3.   Rekwiżiti addizzjonali għall-appoġġ għal proġetti ta’ qbid tal-karbonju

(147)

Għal skemi ta’ għajnuna li jkopru wkoll investimenti għall-użu ta’ tagħmir tal-qbid tal-karbonju (86), l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-proġetti li jkopru investimenti f’tagħmir tal-qbid tal-karbonju mad-dħul fis-seħħ jirriżultaw fl-evitar tal-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra filwaqt li titqies il-katina kollha tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS) jew tal-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU).

(148)

Bħala dispożizzjoni ta’ port sigur u mingħajr preġudizzju għall-Istati Membri li jipprovdu ġustifikazzjonijiet alternattivi, il-Kummissjoni se tippreżumi l-konformità mal-punt (147) jekk l-iskema tipprevedi li jkunu eliġibbli biss proġetti li:

(a)

jirrigwardaw l-installazzjoni ta’ tagħmir għall-qbid tal-karbonju sakemm is-CO2 maqbud mad-dħul fl-operazzjoni (i) jintuża b’tali mod li jkun sar kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott sabiex ma jidħolx fl-atmosfera f’kundizzjonijiet ta’ użu normali, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara tmiem il-ħajja tal-prodott, jew (ii) jintuża għall-produzzjoni ta’ fjuwils sintetiċi f’konformità mad-dritt applikabbli tal-UE; u/jew

(b)

jikkonċernaw l-installazzjoni ta’ tagħmir għall-qbid tal-karbonju bil-ħsieb tal-ħżin ġeoloġiku permanenti tiegħu permezz ta’ katina tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju f’siti permessi f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE (87), inkluż f’siti rikonoxxuti bħala proġetti strateġiċi ta’ ħżin tas-CO2 b’emissjonijiet żero netti f’konformità mal-NZIA.

5.2.4.   Rekwiżiti addizzjonali għall-appoġġ għal proġetti li jiddependu fuq il-gass naturali

(149)

F’konformità mal-prinċipji fil-punti (130)u (144), l-iskemi jistgħu jinċentivaw investimenti ġodda bbażati fuq il-gass naturali bħala mezz biex jitnaqqsu l-emissjonijiet jew tiżdied l-effiċjenza enerġetika biss b’mod eċċezzjonali. Dawn ikunu koperti minn din it-taqsima biss jekk l-Istat Membru juri (i) li ma hemm l-ebda alternattiva teknoloġikament matura għall-gass naturali, (ii) li l-alternattivi għall-gass naturali għadhom mhumiex fattibbli minħabba disponibbiltà jew infrastruttura insuffiċjenti, jew (iii) li d-dekarbonizzazzjoni se ssir fi stadji. F’dawn is-sitwazzjonijiet kollha, l-Istati Membri jridu jirrikjedu li l-benefiċjarji jissottomettu pjan kredibbli u dettaljat li juri kif il-gass naturali se jitneħħa gradwalment sal-2040; l-Istat Membru għandu jiżgura li din l-eliminazzjoni gradwali tiġi implimentata.

(150)

B’deroga mill-punti (139) (b) u (140) (a)(i) u (b), l-investimenti li huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq il-gass naturali bħala mezz għad-dekarbonizzazzjoni tas-sħana industrijali jridu, malli jibdew joperaw, iwasslu għal iffrankar tal-emissjonijiet diretti tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 70 % jew iffrankar ta’ konsum tal-enerġija ta’ mill-inqas 40 % (88).

(151)

L-eċċezzjonijiet li jippermettu żidiet limitati fil-kapaċità stabbiliti fl-ittra (a) u (b) fil-punt (138) ma japplikawx għal investimenti li huma bbażati fuq il-gass naturali, sakemm l-investiment ma jikkonformax mal-aħjar tekniki disponibbli kif definit fid-Direttiva 2010/75/UE (89).

5.3.   Limiti tal-għajnuna applikabbli

(152)

Meta jippjana skema ta’ għajnuna taħt din it-taqsima, sabiex jiżgura l-proporzjonalità tal-għajnuna, l-Istat Membru jrid jagħżel waħda mill-metodoloġiji alternattivi deskritti fis-sottotaqsimiet 5.3.1, 5.3.2 jew 5.3.3.

(153)

Meta l-ammonti tal-għajnuna individwali taħt is-sottotaqsima 5.3.1 jaqbżu l-EUR 200 miljun, l-ammont tal-għajnuna jrid jiġi ddeterminat f’konformità mas-sottotaqsima 5.3.2.

5.3.1.   Intensità tal-għajnuna

(154)

Għal ammonti ta’ għajnuna (90) sa EUR 200 miljun, l-ammont massimu ta’ għajnuna taħt skema ta’ għajnuna jista’ jiġi ddeterminat abbażi tal-kostijiet eliġibbli ta’ investiment, jiġifieri l-kostijiet totali tal-investiment relatati direttament mal-kisba tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew l-effiċjenza enerġetika, u intensità massima tal-għajnuna. L-intensità massima tal-għajnuna hija approssimazzjoni tal-kostijiet ambjentali extra tal-użu tas-soluzzjonijiet ta’ dekarbonizzazzjoni teknoloġiċi rispettivi. L-intensità massima tal-għajnuna ma tistax tkun ogħla minn:

(a)

60 % għall-investimenti li jippermettu l-użu tal-idroġenu jew tal-fjuwils derivati mill-idroġenu, fejn is-sehem tal-RFNBOs (91) imsemmija fil-punt (146) ikun mill-inqas 40 %;

(b)

45 % għall-investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (92), il-ħżin tal-enerġija (93), l-investimenti fl-elettrifikazzjoni flessibbli msemmija fil-punt, (143)(b), l-investimenti f’tagħmir għall-qbid tal-karbonju li jikkonformaw mal-punt (147);

(c)

35 % għall-investimenti li jippermettu l-użu ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju msemmija fil-punt (146);

(d)

20 % għall-investimenti fil-produzzjoni tal-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju msemmija fil-punt (146);

(e)

30 % għat-teknoloġiji l-oħra kollha.

(155)

Għall-investimenti magħmula minn impriżi żgħar, l-intensitajiet tal-għajnuna taħt il-punt (154) jistgħu jiżdiedu b’ 10 punti perċentwali u għall-investimenti magħmula minn intrapriżi ta’ daqs medju, l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiżdiedu b’ 5 punti perċentwali.

5.3.2.   Diskrepanza fil-finanzjament

(156)

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddeterminaw l-ammont massimu ta’ għajnuna taħt skema ta’ għajnuna bħala d-diskrepanza fil-finanzjament tal-investiment eliġibbli. L-applikanti taħt l-iskema jridu jkunu meħtieġa jużaw mudell uniformi għall-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament. Jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-metodoloġija li se jsegwu biex jivverifikaw li l-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus li jirfdu l-kalkoli tal-VPN ikunu kredibbli u koerenti mal-proġett ta’ dekarbonizzazzjoni. Il-formula uniformi jeħtieġ li tkun konformi mal-prinċipji u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell li se jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni.

(157)

Meta l-għajnuna kkalkulata abbażi tad-diskrepanza tal-likwidità tal-proġett taqbeż l-ogħla ammont ta’ EUR 200 miljun jew 10 % tal-baġit tal-iskema għal kull impriża għal kull proġett, id-diskrepanza fil-finanzjament trid tiġi vvalutata mill-Kummissjoni wara notifika separata.

(158)

Meta l-Istati Membri jiddeterminaw l-ammont tal-għajnuna abbażi tal-punt (156) u dan l-ammont tal-għajnuna jaqbeż it-EUR [30] miljun għal kull impriża għal kull proġett, irid jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rkupru li jiżgura li l-Istat Membru jirċievi sehem xieraq ta’ kwalunkwe surplus addizzjonali ġġenerat mill-proġett megħjun, abbażi ta’ tqabbil tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju pprojjettat mal-flussi tal-flus attwali tal-proġett. Il-mekkaniżmu ta’ rkupru għandu jinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

Il-kalkolu mwettaq skont il-mekkaniżmu ta’ rkupru jrid jiġi vverifikat abbażi tal-kontabbiltà separata għall-proġett megħjun, li tiġi vverifikata minn awditur indipendenti;

(b)

Il-mekkaniżmu ta’ rkupru jrid japplika għad-durata tal-projezzjonijiet finanzjarji sottostanti għall-valutazzjoni tad-diskrepanza fil-finanzjament u jrid jinkludi valur terminali tal-proġett fi tmiem l-orizzont tal-ippjanar ibbażat fuq metodoloġiji ekonomiċi standard (94); kif ukoll

(c)

Il-mekkaniżmu ta’ rkupru jrid jinkludi inċentivi għall-benefiċjarji biex jimminimizzaw il-kostijiet tagħhom u jimplimentaw il-proġett b’mod effiċjenti maż-żmien filwaqt li s-sehem tas-surplus li għandu jitħallas lura lill-Istat irid jibqa’ sinifikanti.

5.3.3.   Proċess ta’ offerti kompetittiv

(159)

Bħala alternattiva għall-punti (154) u (156), l-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll li jiddeterminaw l-ammont massimu ta’ għajnuna taħt skema ta’ għajnuna permezz ta’ proċess ta’ offerti kompetittiv li jikkonforma mal-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

Il-proċess kompetittiv ta’ offerti jrid ikun miftuħ għall-proġetti eliġibbli kollha taħt l-iskema li qed jagħtu l-istess tip ta’ kontribut għall-objettivi ambjentali tal-miżura, jiġifieri l-kontribut tagħha għall-evitar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew il-kontribut tagħha għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika;

(b)

Ma jistgħux jiġu applikati basktijiet speċifiċi għat-teknoloġija sakemm ma jkunux meħtieġa biex jiġi evitat li teknoloġiji b’kostijiet ogħla ta’ tnaqqis iżda wkoll b’potenzjal għoli ta’ dekarbonizzazzjoni, jiġu esklużi de facto;

(c)

Il-limiti massimi potenzjali tal-offerti biex tiġi limitata l-offerta massima minn offerenti individwali f’kategoriji u basktijiet partikolari jridu jiġu ġġustifikati b’referenza għall-kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament għall-proġetti ta’ referenza (95).

6.   GĦAJNUNA BIEX TIĠI ŻGURATA KAPAĊITÀ SUFFIĊJENTI TAL-MANIFATTURA F’TEKNOLOĠIJI NODFA

(160)

Dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fit-Taqsima 3 u f’din it-taqsima, il-Kummissjoni tqis kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, għajnuna mogħtija biex tinċentiva proġetti ta’ investiment li jżidu kapaċità tal-manifattura għal:

(a)

il-produzzjoni, inkluż b’materja prima sekondarja, tal-prodotti finali elenkati fl-Anness II; u/jew

(b)

il-produzzjoni, inkluż b’materja prima sekondarja, tal-komponenti speċifiċi ewlenin elenkati fl-Anness II; u/jew

(c)

il-produzzjoni ta’ materja prima kritika relatata ġdida jew irkuprata li hija meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti finali jew komponenti speċifiċi ewlenin definiti fil-punti (a) u (b).

Tali għajnuna tista’ tagħti kontribut materjali għall-kisba tal-parametru referenzjarju tar-reżiljenza ta’ 40 % tal-NZIA, flimkien ma’ politiki oħra biex jiġi żviluppat ambjent tan-negozju akkomodanti għal tali investimenti fil-manifattura tat-teknoloġija nadifa.

(161)

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu skemi ta’ għajnuna ddedikati għall-appoġġ ta’ investimenti li jtejbu l-ekonomija ċirkolari (pereż. it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, eċċ.), skont it-taqsima 4.4 tas-CEEAG, sal-ammont massimu ta’ għajnuna previst f’dik it-taqsima. Il-Kummissjoni se tittratta każijiet bħal dawn bħala prijorità. Dan jinkludi appoġġ għal investimenti li jippermettu s-sostituzzjoni ta’ materja prima primarja b’materja prima sekondarja. L-investimenti li jappoġġaw l-ekonomija ċirkolari jistgħu jiġu appoġġati wkoll mingħajr notifika minn qabel skont ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija.

(162)

F’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-produtturi ta’ teknoloġija nadifa jenħtieġ li jkunu jistgħu jkopru l-kostijiet operatorji tagħhom mingħajr appoġġ pubbliku ulterjuri, aktar u aktar meta l-kost tal-investiment tagħhom ikun diġà ġie ssussidjat. L-għajnuna operatorja għandha l-potenzjal li tkun partikolarment distortiva peress li tista’ tnaqqas direttament il-kost tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti fis-suq u żżomm fis-suq operaturi li jkun ilhom żmien twil jagħmlu telf. Madankollu, il-manifatturi ta’ teknoloġija nadifa bħall-produtturi tal-batteriji jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni globali inġusta, kostijiet żejda mhux mistennija, jew inċertezzi fuq id-domanda futura pereżempju, mhux biss matul il-perjodu tal-irrankar, li huma inerenti fl-operazzjonijiet tagħhom. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu finanzjament, inkluż fil-forma ta’ strumenti ta’ ekwità u kważi ekwità, fuq termini tas-suq, b’mod partikolari flimkien ma’ operaturi privati (ara l-punt (7)), bl-istess kundizzjonijiet f’termini ta’ riskji u benefiċċji (pari passu). Tali finanzjament jista’ jkopri l-ħtiġijiet ta’ investiment iżda wkoll il-kostijiet operatorji.

6.1.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

(163)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna għal proġetti ta’ investiment li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (160).

(164)

L-għajnuna għall-proġetti ta’ investiment imsemmija fil-punt (163) tista’ tingħata abbażi ta’ skema b’baġit stmat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-sottotaqsima u 3 fit-taqsima.

(165)

Il-benefiċjarji jridu japplikaw għall-għajnuna qabel il-bidu tax-xogħlijiet u jridu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa li hija indikata fl-Anness III ta’ din il-Komunikazzjoni lill-Istat Membru.

(166)

Il-kostijiet eliġibbli tal-proġett ta’ investiment appoġġat mill-għajnuna huma kollha kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli (bħal art, bini, impjant, tagħmir, makkinarju) u intanġibbli (bħal drittijiet ta’ privattivi, liċenzji, għarfien prattiku jew proprjetà intellettwali oħra) meħtieġa għall-produzzjoni jew l-irkupru tal-oġġetti elenkati fil-punt (160). L-assi intanġibbli jridu: i) jibqgħu assoċjati maż-żona kkonċernata u ma jridux jiġu ttrasferiti lejn żoni oħra; ii) jintużaw primarjament fil-faċilità tal-produzzjoni rilevanti li tirċievi l-għajnuna; iii) ikunu jistgħu jiġu amortizzati; iv) jinxtraw skont kundizzjonijiet tas-suq minn partijiet terzi mhux relatati mal-akkwirent; v) jiġu inklużi fl-assi tal-impriża li tirċievi l-għajnuna; u vi) jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tingħata l-għajnuna għal mill-inqas ħames snin (jew tliet snin għall-SMEs).

(167)

Meta l-proġett ta’ investiment iseħħ barra miż-żoni megħjuna, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-15 % tal-kostijiet eliġibbli u l-ammont ta’ għajnuna (96) ma jistax jaqbeż l-EUR 150 miljun għal kull proġett. Meta l-proġett ta’ investiment iseħħ f’żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż l-20 % tal-kostijiet eliġibbli u l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jaqbeż l-EUR 200 miljun għal kull proġett. Meta l-proġett ta’ investiment iseħħ f’żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż l-35 % tal-kostijiet eliġibbli u l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jaqbeż l-EUR 350 miljun għal kull proġett (97).

(168)

Għall-investimenti magħmula minn impriżi żgħar, l-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fil-punt (167) jistgħu jiżdiedu b’20 punti perċentwali oħra u għall-investimenti magħmula minn intrapriżi ta’ daqs medju, l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali.

(169)

Biex jiġi żgurat li l-investiment huwa vijabbli, l-Istat Membru jrid jiżgura li l-benefiċjarju tal-għajnuna jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % tal-kostijiet eliġibbli, mir-riżorsi proprji jew permezz ta’ finanzjament estern, f’għamla li hija eżenti minn kwalunkwe appoġġ pubbliku (98).

(170)

Il-benefiċjarju jrid jimpenja ruħu li jżomm l-investiment fiż-żona kkonċernata għal perjodu minimu ta’ ħames snin, jew ta’ tliet snin għall-SMEs, wara t-tlestija tal-proġett, bil-ħsieb li jinħolqu impjiegi ta’ kwalità li jdumu fl-Unjoni Ewropea. Dan l-impenn ma għandux jimpedixxi s-sostituzzjoni ta’ impjant jew tagħmir li ma jkunx għadu validu jew li nkiser f’dan il-perjodu, dment li l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu. Madankollu, l-ebda għajnuna ulterjuri ma tista’ tingħata skont din il-Komunikazzjoni biex tissostitwixxi dak l-impjant jew dak it-tagħmir. In-nuqqas ta’ rispett ta’ dan l-impenn jista’ jwassal lill-awtorità awtorizzanti biex tirkupra l-għajnuna.

(171)

Qabel ma tagħti l-għajnuna u fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-benefiċjarju kif indikat fl-Anness III ta’ din il-Komunikazzjoni, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika r-riskji konkreti li l-investiment ma jseħħx fiż-ŻEE (99).

(172)

L-għajnuna ma tistax tingħata biex tiffaċilita r-rilokazzjoni tal-attivitajiet ta’ produzzjoni fiż-ŻEE, b’mod partikolari biex jiġi evitat li l-għajnuna tikkawża telf ta’ impjiegi. Għal dan l-għan, il-benefiċjarju jrid:

(a)

jikkonferma li fis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna, ma wettaqx rilokazzjoni għall-istabbiliment li fih għandu jsir l-investiment megħjun; kif ukoll

(b)

jimpenja ruħu li ma jwettaqx din ir-rilokazzjoni sa perjodu ta’ sentejn wara l-ikkompletar tal-investiment. In-nuqqas ta’ rispett ta’ dan l-impenn jista’ jwassal lill-awtorità awtorizzanti biex tirkupra l-għajnuna.

6.2.   Għajnuna ad hoc

(173)

Il-Kummissjoni tista’ tapprova għajnuna notifikata individwalment għal proġetti ta’ investiment li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni definit fil-punt (160), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-sottotaqsima, fil-punti, (165) u (170), u fit-Taqsima 3.

(174)

L-ammont ta’ għajnuna ma jistax jaqbeż l-ammont aktar baxx ta’ dawn li ġejjin: (i) l-ammont ta’ sussidju (100) li l-benefiċjarju jista’ jirċievi b’mod ċar għal investiment ekwivalenti f’pajjiż terz barra miż-ŻEE; u (ii) l-ammont minimu meħtieġ biex il-benefiċjarju tal-għajnuna jiġi inċentivat iwettaq l-investiment fiż-żona kkonċernata fiż-ŻEE minflok fil-post alternattiv barra miż-ŻEE (diskrepanza fil-finanzjament) (101). Il-benefiċjarju jrid juri li mingħajr l-għajnuna l-investiment ippjanat ma jseħħx fiż-ŻEE (102). Il-Kummissjoni tqis li hija meħtieġa salvagwardja addizzjonali fil-forma ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru fis-swieq b’riskju akbar ta’ volatilità tas-suq futura biex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta ta’ gwadanji addizzjonali li ma kinux previsti fl-analiżi tad-diskrepanza fil-finanzjament notifikata.

(175)

Meta l-investiment iseħħ barra miż-żoni megħjuna, l-Istat Membru jrid juri li l-investiment ma setax jiġi implimentat b’mod effiċjenti f’żona megħjuna u li għalhekk huwa raġonevoli għall-benefiċjarju tal-għajnuna li ma jillokalizzax l-investiment f’dawn iż-żoni megħjuna.

(176)

Meta bosta postijiet fiż-ŻEE jkunu qed jiġu kkunsidrati għall-investiment, u jekk l-għajnuna mill-Istat taħt din is-sottotaqsima kellha tingħata biex tattira l-investiment lejn żona b’intensità tal-għajnuna reġjonali kif speċifikat fil-mappa tal-għajnuna reġjonali applikabbli li hija aktar baxxa milli f’żoni alternattivi taż-ŻEE li jkunu qed jiġu kkunsidrati (jew għal żona mhux megħjuna), dan ikun jikkostitwixxi effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ li x’aktarx li ma jiġi kkumpensat mill-ebda effett pożittiv. F’każijiet fejn fil-postijiet taż-ŻEE meqjusa tapplika l-istess intensità tal-għajnuna reġjonali, il-benefiċjarju jrid juri li l-post intgħażel abbażi ta’ kriterji oġġettivi irrispettivament mill-għajnuna mill-Istat. B’kuntrast ma’ dan, ma hemm l-ebda effett negattiv manifest ta’ dan it-tip fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ meta il-benefiċjarju jista’ juri li l-investiment inkella ma jseħħx f’dawn iż-żoni alternattivi taż-ŻEE u minflok jiġi ddevjat lejn pajjiż terz barra miż-ŻEE.

(177)

Il-benefiċjarju jrid jimpenja ruħu li juża għall-produzzjoni ta’ oġġetti definiti fil-punt (160), it-teknoloġija ta’ produzzjoni l-aktar riċenti tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku disponibbli kummerċjalment minn perspettiva ta’ emissjonijiet ambjentali.

(178)

Jenħtieġ li l-Istat Membru juri li bil-kapaċità tal-manifattura addizzjonali maħluqa mill-investiment megħjun, il-benefiċjarju tal-għajnuna se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-awtonomija Ewropea billi jindirizza diskrepanza eżistenti bejn id-domanda u l-provvista fl-Unjoni u ma jeskludix il-kapaċità tal-produzzjoni li diġà teżisti jew inkella li huwa impenjat li jibni.

(179)

Meta tivvaluta l-għajnuna mill-Istat taħt din is-sottotaqsima, il-Kummissjoni titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis jekk l-għajnuna mill-Istat x’aktarx se tirriżulta f’telf sostanzjali ta’ impjiegi f’postijiet eżistenti fiż-ŻEE. F’dik is-sitwazzjoni, u jekk l-investiment jippermetti lill-benefiċjarju tal-għajnuna jirriloka attività lejn iż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni, dan jikkostitwixxi effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ li x’aktarx li ma jiġi ikkumpensat mill-ebda effett pożittiv.

6.3.   Għajnuna biex tappoġġa d-domanda għal tagħmir tat-teknoloġija nadifa fil-forma ta’ deprezzament aċċellerat

(180)

Il-Kummissjoni tqis kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat skemi li jipprevedu għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ deprezzament aċċellerat mogħtija biex jiġi inċentivat l-akkwist jew il-kiri ta’ tagħmir tat-teknoloġija nadifa, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet taħt din is-sottotaqsima u fit-Taqsima 3.

(181)

L-għajnuna trid tingħata fil-forma ta’ skemi ta’ għajnuna li jikkonsistu f’deprezzament aċċellerat, sal-infiq sħiħ u immedjat (103), tal-kostijiet imġarrba għall-akkwist tal-assi eliġibbli.

(182)

L-assi eliġibbli huma l-prodotti finali kollha kif imsemmi fil-punt (160)(a).

(183)

L-assi eliġibbli jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu ġodda;

(b)

jintużaw primarjament għall-attivitajiet tal-benefiċjarju u jibqgħu assoċjati ma’ dawk l-attivitajiet għal mill-inqas ħames snin (jew tliet snin għall-SMEs) (104);

(c)

ikunu deprezzabbli;

(d)

jinxtraw jew jinkrew skont il-kundizzjonijiet tas-suq;

(e)

ikunu inklużi fl-assi tal-benefiċjarju.

(184)

Il-kostijiet tal-akkwist jew il-kiri tal-assi eliġibbli jridu jiġġarrbu u d-deprezzament aċċellerat irid jibda mhux aktar tard mid-data tal-iskadenza ta’ din il-Komunikazzjoni kif definit fil-punt (216).

(185)

Il-punti (38), u (b)(a) ma japplikawx għall-għajnuna taħt din is-sottotaqsima. L-għajnuna fil-forma ta’ deprezzament aċċellerat tista’ tiġi pprovduta flimkien ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, jew appoġġ minn fondi tal-UE mmaniġġjati ċentralment, fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli mingħajr il-ħtieġa li jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta’ għotja gross tagħha.

7.   SKEMI LI JAPPOĠĠAW PROĠETTI SPEĊIFIĊI TAL-FOND GĦALL-INNOVAZZJONI

(186)

Minbarra t-taqsima 4.1, it-taqsima 4.2, it-taqsima 5.1 sa 5.3, u t-taqsima 6.1, din it-taqsima fiha kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kompatibbiltà għal skemi li jappoġġaw investimenti li ġew ivvalutati b’mod pożittiv taħt il-Fond għall-Innovazzjoni (105). Dment li jikkonformaw ma’ din it-taqsima u mat-taqsima 3, il-Kummissjoni se tqis kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, miżuri ta’ għajnuna biex tappoġġa investimenti għall-produzzjoni u l-ħżin ta’ enerġija nadifa stabbiliti fil-punt (48) u (73), investimenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-attivitajiet industrijali msemmija fil-punti (129) sa (132), u investimenti li joħolqu kapaċità ta’ manifattura addizzjonali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (160) għal proġetti li kienu ta’ suċċess fl-evalwazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni u li ngħataw is-“Siġill tas-Sovranità” msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/795 (106).

(187)

Fir-rigward tal-investimenti fil-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli msemmija fil-punt (48) u vvalutati taħt din it-taqsima, għandhom japplikaw il-punti (49) sa (52).

(188)

Fir-rigward tal-investimenti fil-produzzjoni u l-ħżin tal-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju msemmija fil-punt (73) u vvalutati taħt din it-taqsima japplikaw il-punti (75) u (76).

(189)

Fir-rigward tal-investimenti li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet industrijali msemmija fil-punti (129) sa (132) u vvalutati taħt din it-taqsima, japplikaw il-punti (138), (141) sa (143), u (145) sa (151).

(190)

Fir-rigward tal-investimenti li joħolqu kapaċità ta’ manifattura addizzjonali għall-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (160) u vvalutati skont din it-taqsima, japplikaw il-punti (165), (166), (169), (170) u (172).

(191)

L-għajnuna trid tingħata fuq il-bażi ta’ skema b’baġit stmat.

(192)

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi li jkopru waħda mill-kategoriji ta’ proġetti li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

proġetti li rnexxew fl-evalwazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni u li ngħataw is-Siġill tas-Sovranità iżda li ma ntgħażlux għall-finanzjament f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856;

(b)

proġetti li rnexxew fl-evalwazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni u li ngħataw is-Siġill tas-Sovranità, u li ntgħażlu għall-finanzjament f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856.

(193)

L-iskemi jridu jkunu miftuħa għall-proġetti kollha li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima u li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji msemmija fil-punt (192) (a) u (b) jew fit-tnejn li huma. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skemi bħal dawn għall-ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa, id-dekarbonizzazzjoni industrijali jew il-manifattura tat-teknoloġija nadifa biss. Fil-prinċipju, dawn ma jistgħux jirrestrinġu l-iskema ulterjorment għal settur speċifiku jew għal teknoloġija speċifika. L-Istati Membri li jfittxu li jillimitaw l-eliġibbiltà tal-iskema għal ċerti setturi jew teknoloġiji jridu (i) jiġġustifikaw tali eliġibbiltà limitata abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi, u (ii) juru li l-iskema ma teskludix bla bżonn aktar soluzzjonijiet favur il-klima u l-ambjent.

(194)

L-iskemi jistgħu jkopru l-proġetti li jirriżultaw minn sejħa waħda jew minn diversi sejħiet futuri. Meta l-iskema tkopri l-proġetti li jirriżultaw minn aktar minn sejħa waħda għal proposti futuri skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856, l-Istat Membru jista’ jew jalloka baġit annwali għal kull sejħa tal-Fond għall-Innovazzjoni jew jirriżerva għajnuna għal ċertu perċentwal tal-proġetti li rnexxew fl-evalwazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni u li ngħataw is-Siġill tas-Sovranità minn kull sejħa. Meta jallokaw l-għajnuna għal proġetti eliġibbli taħt l-iskema194), l-Istati Membri jridu jsegwu l-klassifikazzjoni stabbilita għall-għażla tal-proġetti wara sejħa għal proposti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856.

(195)

L-għajnuna tista’ tingħata biss fil-forma ta’ għotjiet diretti, avvanzi ripagabbli, selfiet, garanziji jew benefiċċji fuq it-taxxa.

(196)

Meta jistabbilixxi skema ta’ għajnuna skont din it-taqsima, l-Istat Membru jrid (i) għall-investimenti fil-produzzjoni u l-ħżin ta’ enerġija nadifa msemmija fil-punt (187) u (188) kif ukoll għall-investimenti li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (189), jagħżel waħda mill-metodoloġiji alternattivi għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna deskritt fil-punti (154) sa (158); (ii) għall-investimenti li joħolqu kapaċità ta’ manifattura addizzjonali msemmija fil-punt (190), jiżgura li l-intensitajiet massimi tal-għajnuna u l-ammonti massimi ta’ għajnuna kif stabbiliti fil-punti (167) u (168) jiġu rispettati.

(197)

Għall-proġetti msemmija fil-punt (192)(a), bħala alternattiva għall-punt (196), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll l-ammont ta’ għajnuna għal investimenti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet industrijali u għal investimenti fil-produzzjoni u l-ħżin ta’ enerġija nadifa f’konformità mal-metodu ta’ kalkolu tal-finanzjament massimu kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2019/856 ikkomplementat b’mekkaniżmu ta’ rkupru effettiv inkluż il-karatteristiċi kif stabbiliti fil-punt (199).

(198)

Għall-investimenti li joħolqu kapaċità ta’ manifattura addizzjonali għall-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (160), dment li l-punteġġ tal-Grad ta’ Innovazzjoni tal-proġett taħt il-Fond għall-Innovazzjoni jiġi evalwat bħala b’saħħtu, u sal-limiti massimi tal-għajnuna kif stabbilit fil-punt (200), bħala alternattiva għall-punt (196), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll l-għajnuna f’konformità mal-metodu tal-kalkolu tal-finanzjament massimu kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2019/856 ikkomplementat b’mekkaniżmu ta’ rkupru effettiv inklużi l-karatteristiċi kif stabbiliti fil-punt (199).

(199)

Il-mekkaniżmu ta’ rkupru għandu jinkludi l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

Il-mekkaniżmu ta’ rkupru jrid jindirizza l-okkorrenza ta’ gwadanji addizzjonali billi jistabbilixxi u jirkupra s-surplus ta’ proġett sal-punt li r-Rata ta’ Redditu Interna tal-proġetti appoġġati taqbeż id-WACC aċċettata f’konformità mal-metodu kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2019/856;

(b)

Il-mekkaniżmu ta’ rkupru jiġi applikat għall-ewwel darba għal tal-anqas 5 snin, u għall-aħħar darba għal tal-anqas 10 snin wara li jibda jopera proġett kif definit skont is-sejħa applikabbli tal-Fond għall-Innovazzjoni;

(c)

Il-kalkolu mwettaq skont il-mekkaniżmu ta’ rkupru jrid jiġi vverifikat abbażi tal-kontabbiltà separata għall-proġett megħjun, li tiġi vverifikata minn awditur indipendenti;

(d)

Fl-applikazzjoni finali tal-mekkaniżmu ta’ rkupru, irid jitqies il-valur terminali tal-proġett;

(e)

Il-mekkaniżmu ta’ rkupru jrid jitfassal b’mod li jżomm inċentivi għall-benefiċjarji biex jimminimizzaw il-kostijiet tagħhom u jimplimentaw il-proġett bl-aktar mod effiċjenti matul iż-żmien b’sehem tal-Istat stabbilit għal mhux inqas minn 70 % tas-surplus.

(200)

Għall-applikazzjoni tal-punt (198), meta l-proġett ta’ investiment iseħħ barra miż-żoni megħjuna, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-25 % tal-kostijiet eliġibbli u l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jaqbeż l-EUR 150 miljun għal kull proġett. Meta l-proġett ta’ investiment iseħħ f’żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż l-40 % tal-kostijiet eliġibbli u l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jaqbeż l-EUR 200 miljun għal kull proġett. Meta l-proġett ta’ investiment iseħħ f’żona megħjuna skont l-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż l-55 % tal-kostijiet eliġibbli u l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jaqbeż l-EUR 350 miljun għal kull proġett (107). Għall-investimenti magħmula minn impriżi żgħar, dawn l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiżdiedu b’20 punti perċentwali oħra u għall-investimenti magħmula minn intrapriżi ta’ daqs medju, dawn l-intensitajiet tal-għajnuna jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali oħra.

8.   GĦAJNUNA BIEX JITNAQQSU R-RISKJI TAL-INVESTIMENTI PRIVATI RELATATI MAL-OBJETTIVI TAL-PATT GĦAL INDUSTRIJA NADIFA

(201)

Minbarra l-miżuri deskritti fit-taqsimiet 4 sa 7, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinċentivaw lill-investituri privati jinvestu fi proġetti (108) fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taqsimiet 4.1, 4.2, 4.3, 5 u 6 (109), fl-infrastruttura tal-enerġija fil-qafas ta’ monopolju legali jew immexxija taħt monopolju naturali (110), jew fi proġetti li jappoġġaw l-ekonomija ċirkolari (111).

(202)

Il-Kummissjoni tqis kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, skemi ta’ għajnuna għat-tnaqqis tar-riskji ta’ investimenti privati f’portafolji ta’ proġetti eliġibbli, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà f’din it-taqsima u fit-taqsima 3.

(203)

L-għajnuna tingħata abbażi ta’ skema li tinċentiva lill-investituri privati jinvestu f’portafolli ta’ proġetti eliġibbli fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima kif definit (201) fil-punt.

(204)

L-għajnuna tieħu l-forma ta’ ekwità, selfiet (inklużi selfiet subordinati) u/jew garanziji pprovduti lil fond iddedikat jew veikolu bi skop speċjali (SPV) li se jżomm il-portafoll ta’ proġetti eliġibbli. L-għajnuna għandha l-għan li tikseb inċentivi ta’ riskju u/jew ta’ redditu għall-investituri privati biex jinvestu f’dak il-fond jew l-SPV, bħal fil-forma ta’ garanziji b’(kontro)garanzija tal-ewwel telf jew investimenti ta’ ekwità bi klassijiet tal-ishma differenti fejn ir-redditi fuq l-investiment jiġu allokati l-ewwel għall-klassi tal-ishma tal-investituri privati u, ’il fuq minn livell ta’ redditu definit, anke għall-klassi tal-ishma tal-Istat Membru. Id-durata ta’ self jew garanzija fuq strumenti ta’ dejn ma jridx jaqbeż l-għoxrin sena b’kollox u fil-każ ta’ garanziji fi kwalunkwe każ ma jridx jaqbeż il-maturità tal-istrument ta’ dejn sottostanti. Il-mobilizzazzjoni tal-garanzija hija marbuta kuntrattwalment ma’ kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jaslu sad-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ falliment tal-impriża benefiċjarja, jew kwalunkwe proċedura simili. Dawn il-kundizzjonijiet iridu jiġu miftiehma bejn il-partijiet meta l-garanzija tingħata inizjalment. Fil-każ ta’ garanziji pprovduti għal investimenti ta’ ekwità u/jew kważi ekwità ta’ portafoll, it-telfiet eliġibbli jistgħu jiġu koperti biss mill-garanzija fil-mument meta l-fond jew l-SPV jiġi xolt u l-investimenti kollha fil-portafolji jkunu ġew ċeduti skont it-termini tas-suq.

(205)

L-investimenti mill-fond jew mill-SPV fi proġetti eliġibbli jistgħu jieħdu l-forma ta’ ekwità maħruġa ġdida, kważi ekwità, self (inkluż self subordinat), strumenti oħra ta’ dejn u garanziji. L-ammont nominali massimu ta’ investiment għal kull proġett individwali ma jistax jaqbeż l-EUR 250 miljun. Investiment fi proġett individwali ma jridx jammonta għal aktar minn 25 % tal-volum ta’ finanzjament totali tal-fond jew tal-SPV fl-għeluq. L-għajnuna taħt din it-taqsima tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna taħt it-taqsimiet l-oħra ta’ din il-Komunikazzjoni u kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat għall-istess proġett.

(206)

L-Istati Membri jridu jimplimentaw skemi ta’ għajnuna f’din it-taqsima permezz ta’ intermedjarju finanzjarju jew permezz ta’ entità fdata. Ir-remunerazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju jew tal-entità fdata trid tikkonforma mal-prattiki tas-suq. Din il-kundizzjoni hija preżunta li ġiet issodisfata għall-intermedjarji finanzjarji magħżula permezz ta’ proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja. L-intermedjarji finanzjarji jridu jikkondividu parti mir-riskji ta’ investiment billi jew jikkoinvestu b’mod suffiċjenti r-riżorsi proprji tagħhom jew jirċievu remunerazzjoni sinifikanti marbuta mal-prestazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-interessi tagħhom ikunu allinjati b’mod permanenti mal-interessi tal-Istat Membru.

(207)

L-Istati Membri, jew l-entità fdata tagħhom, iridu jimpenjaw ruħhom li jwettqu proċess ta’ diliġenza dovuta sabiex jiżguraw strateġija ta’ investiment soda, li trid tiġi ddefinita mill-intermedjarju finanzjarju fil-limiti tal-mandat tal-Istat Membru, għall-portafoll ta’ investiment imsemmi fil-punt (204), b’politika xierqa ta’ diversifikazzjoni tar-riskju mmirata lejn il-kisba tal-vijabbiltà ekonomika u li tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment fit-tul għall-investituri privati. L-intermedjarju finanzjarju jew l-entità fdata jkunu responsabbli biex jimplimentaw din l-istrateġija u jagħżlu l-proġetti eliġibbli u l-investituri. Għal kull investiment ta’ ekwità u kważi ekwità, l-għażla trid, fost affarijiet oħra, tkun ibbażata fuq xenarju ta’ ħruġ ċar u realistiku. Fil-każ ta’ investimenti ta’ ekwità, ir-redditu fil-mira fuq l-investiment fil-portafoll li jiddetermina l-allokazzjoni tar-redditu (kif stabbilit fil-punt (209)(b)) jiġi stabbilit mill-intermedjarju finanzjarju jew mill-entità fdata. L-intermedjarju finanzjarju jew l-entità fdata jridu jiżguraw li l-finanzjament ipprovdut lill-proġetti ta’ investiment ma jaqbiżx il-kostijiet tal-proġetti ta’ investiment, filwaqt li jitqies kwalunkwe finanzjament impenjat ieħor minn kwalunkwe sors.

(208)

Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna lill-investituri privati hija limitata għall-minimu meħtieġ meta l-investituri privati jintgħażlu għal investimenti f’portafoll permezz ta’ proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja organizzata f’konformità mad-drittijiet applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali, tistabbilixxi b’mod ċar l-objettivi ta’ politika li għandhom jiġu segwiti mill-investiment u għandha l-għan li tistabbilixxi arranġamenti xierqa ta’ kondiviżjoni tar-riskji.

(209)

Jekk l-investituri privati ma jintgħażlux fi proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna lill-investituri privati hija limitata għall-minimu meħtieġ fil-każijiet li ġejjin:

(a)

Fir-rigward tal-għajnuna fil-forma ta’ selfiet (subordinati) u garanziji għal portafoll ta’ proġetti, meta l-għajnuna lill-investitur tkun fil-forma ta’ protezzjoni tal-ewwel telf ta’ mhux aktar minn 20 % ta’ telfiet definiti kuntrattwalment u r-riskju meħud mill-Istat ikun rifless fi primjum li jkun inqas minn 25 % aktar baxx mir-remunerazzjoni rispettiva konformi mas-suq. Ir-remunerazzjoni tal-aħħar trid tiġi stmata b’kunsiderazzjoni tar-riskju tal-benefiċjarji finali, it-tipi ta’ strumenti koperti, u d-durata tal-protezzjoni mogħtija;

(b)

Fir-rigward tal-għajnuna fil-forma ta’ investimenti ta’ ekwità f’portafoll ta’ proġetti, meta kwalunkwe allokazzjoni ppreferuta ta’ redditi fuq l-investiment għall-klassijiet tal-ishma miżmuma minn investituri privati tkun limitata għal rata ta’ redditu fissa mhux ogħla mir-redditu fil-mira fuq l-investiment fil-portafoll u l-klassijiet tal-ishma miżmuma minn dawk l-investituri privati ikunu jirrappreżentaw aktar minn 75 % tal-volum tal-portafoll. Mill-inqas 75 % tar-redditi mill-investiment ogħla mir-rata ta’ redditu fissa jiġu diretti lejn il-klassi ta’ ishma li tkun proprjetà tal-Istat Membru, filwaqt li r-redditi fuq l-investiment li jifdal ogħla mir-rata ta’ redditu fissa ta’ 25 %, l-aktar, jiġu diretti lejn il-klassijiet tal-ishma miżmuma minn investituri privati.

(210)

Meta japplikaw għall-għajnuna taħt skema stabbilita taħt din it-taqsima, l-investituri privati jkollhom jippreżentaw l-istrateġija ta’ investiment tagħhom lill-entità fdata jew lill-intermedjarju finanzjarju, inkluż (i) il-profil tar-riskju/redditu li jipprevedu għall-investiment tagħhom, u (ii) liema salvagwardji għandhom stabbiliti biex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali (b’mod partikolari fir-rigward ta’ investimenti fi proġetti minn kumpaniji li fihom l-investitur(i) diġà jkollhom parti mhux negliġibbli jew esponiment preċedenti). L-investituri privati ma jistgħux jibbenefikaw minn xi għajnuna oħra mill-Istat għall-investiment tagħhom fil-fond jew l-SPV.

(211)

Minħabba s-salvagwardji funzjonali li jinsabu f’din it-taqsima, u b’mod partikolari fil-punti (204), (206) u (207), biex jiġi żgurat li jiġu appoġġati biss proġetti vijabbli, l-esklużjoni formali tal-impriżi f’diffikultà fil-punt (28) ma tapplikax għall-għajnuna taħt din it-taqsima.

9.   TRASPARENZA, MONITORAĠĠ U RAPPURTAR

(212)

L-Istati Membri jridu jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar kull għajnuna individwali ta’ aktar minn EUR 100 000 (112) mogħtija skont din il-Komunikazzjoni fuq is-sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat jew l-għodda tal-IT (113) tal-Kummissjoni fi żmien 6 xhur mill-mument tal-għotja jew, għall-għajnuna fil-forma ta’ vantaġġ fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data li fiha tkun dovuta d-dikjarazzjoni tat-taxxa.

(213)

L-Istati Membri jridu jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni (114).

(214)

L-Istati Membri jridu jiggarantixxu li tinżamm dokumentazzjoni dettaljata rigward l-għoti tal-għajnuna u li jsir provvediment għaliha f’din il-Komunikazzjoni. Tali dokumentazzjoni, li jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja biex ikun jista’ jiġi stabbilit li jkunu ġew osservati l-kundizzjonijiet neċessarji, trid tinżamm għal 10 snin wara li tkun ingħatat l-għajnuna u tingħata lill-Kummissjoni meta tintalab.

(215)

Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali rigward l-għajnuna mogħtija, b’mod partikolari, biex tivverifika jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-miżura ta’ għajnuna.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(216)

Il-Kummissjoni tapplika din il-Komunikazzjoni mill-25 ta’ Ġunju 2025. Il-Kummissjoni tapplika din il-Komunikazzjoni għall-miżuri kollha notifikati mid-data tal-adozzjoni, kif ukoll għall-miżuri notifikati qabel dik id-data, inkluż skont il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni (TCTF, Temporary Crisis and Transition Framework). Il-Kummissjoni se tapplika din il-Komunikazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2030.

(217)

F’konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illegali (115), il-Kummissjoni se tapplika din il-Komunikazzjoni għal għajnuna mhux notifikata jekk l-għajnuna tkun ingħatat fil-25 ta’ Ġunju 2025 jew wara, u r-regoli fis-seħħ fiż-żmien meta l-għajnuna tkun ingħatat fil-każijiet l-oħra kollha.

(218)

Din il-Komunikazzjoni tissostitwixxi t-TCTF, li huwa rtirat b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni.

(1)  COM (2025) 85 final.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (ĠU L 2024,/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).

(3)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1) (“Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna”), it-Taqsima 5.

(4)  Jekk awtorità pubblika tinvesti fuq termini tas-suq (pereżempju abbażi ta’ termini pari passu flimkien ma’ investituri privati jew fejn il-konformità mas-suq tiġi stabbilita abbażi ta’ strumenti oħra bħall-valutazzjoni komparattiva), l-istrumenti ma jkunx fihom għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Ara l-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna, it-Taqsima 4.2.3.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), (“ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija”).

(6)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022 (ĠU C 80, 18.2.2022, p. 1).

(7)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1).

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw l-ekonomija wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja (ĠU C 101, 17.3.2023, p. 3), kif emendata mill-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C (2023)8045 (ĠU C, C/1188, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1188/oj) and C(2024)3123 (OJ C, C/3113, 2.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3113/oj). Dan il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni ssostitwixxa l-Qafas Temporanju ta’ Kriżi li ġie adottat fit-28 ta’ Ottubru 2022 (ĠU C 426, 9.11.2022, p. 1), (“Qafas Temporanju ta’ Kriżi”), li kien diġà ssostitwixxa l-Qafas Temporanju ta’ Kriżi preċedenti li ġie adottat fit-23 ta’ Marzu 2022 (ĠU C 131I, 24.3.2022, p. 1), kif emendat fl-20 ta’ Lulju 2022 (ĠU C 280, 21.7.2022, p. 1). Il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi ġie rtirat b’effett mid-9 ta’ Marzu 2023.

(9)  Ara pereżempju d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-każijiet SA.58207 — iċ-Ċekja, Appoġġ għal Dukovany II (ĠU L 2025/429, 12.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/429/oj); u SA.106107 — Il-Belġju, Estensjoni tal-Ħajja ta’ żewġ reatturi nukleari (għadha ma ġietx ippubblikata).

(10)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Industrijali għas-settur awtomobilistiku Ewropew (COM(2025) 95 final), 5.3.2025.

(11)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54) (ir-“Regolament dwar l-Elettriku”).

(12)  Il-Kummissjoni tqis li dan normalment ifisser mill-inqas 6 ġimgħat minn qabel sakemm ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat perjodu ta’ żmien iqsar abbażi taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ xi miżura.

(13)  Il-baġit jew il-volum offrut irid jiġi stabbilit biex jiġi żgurat li l-proċess ta’ offerti jkun kompetittiv. L-Istat Membru jrid jagħti prova tal-plawżibbiltà li l-baġit jew il-volum offrut ikun inqas mill-offerta potenzjali tal-proġetti. Dan jista’ jsir b’referenza għal proċessi ta’ offerti komparabbli fil-passat, għal miri tat-teknoloġija fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima, jew billi jiġi introdott mekkaniżmu ta’ salvagwardja f’każ ta’ riskju ta’ offerti sottoskritti b’mod insuffiċjenti fejn huma previsti bosta proċessi ta’ offerti kompetittivi fil-miżura. F’każ ta’ sottoskrizzjoni insuffiċjenti ripetuta ta’ proċessi ta’ offerti kompetittivi, l-Istat Membru jrid jintroduċi rimedji għall-istess skema jew għal kwalunkwe skema futura li jinnotifika lill-Kummissjoni għall-istess teknoloġija jew proġetti.

(14)   ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(15)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(16)   ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.

(17)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(18)  Il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha jridu jitqiesu, inkluż pereżempju, il-kostijiet amministrattivi, il-kostijiet għat-trasport, il-kostijiet għat-taħriġ li ma humiex koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f’każ li l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, is-sussidji f’dak il-post ma jistgħux jitqiesu.

(19)  Ir-rata ta’ referenza użata bħala rata ta’ skont hija ugwali għar-rata bażi miżjuda b’marġni fiss ta’ 100 punt bażi. Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni), (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(21)   ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(22)  L-applikazzjoni għall-għajnuna tista’ tieħu diversi forom, inkluż pereżempju offerta fi proċess ta’ offerti kompetittiv. Kwalunkwe applikazzjoni trid mill-inqas tinkludi l-isem tal-applikant, deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inkluż il-post fejn jinsab, fejn rilevanti, u l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa biex dan jitwettaq. Biex jiġi evitat kull dubju, din l-applikazzjoni għall-għajnuna tista’ tkun saret qabel din il-Komunikazzjoni.

(23)  Sabiex jiġi ppreservat funzjonament effiċjenti tas-swieq tal-elettriku, tali miżuri ta’ għajnuna jridu jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv tal-offerti, li jiżgura li l-għajnuna jkollha effett ta’ inċentiv.

(24)   “Standard tal-Unjoni” tfisser standard tal-Unjoni skont it-tifsira tal-punt 19(89) tas-CEEAG.

(25)  Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tal-14 ta’ Lulju 2020 dwar li s-sostenn finanzjarju mill-Istat lill-impriżi fl-Unjoni jkun magħmul bil-kundizzjoni li dawn ma jkollhomx rabtiet ma’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 76).

(26)  Skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(27)  L-għajnuna ma tistax tirrigwarda t-tnaqqis ta’ taxxi jew imposti li jirriflettu l-kostijiet essenzjali tal-provvista tal-enerġija jew servizzi relatati (pereżempju, tariffi tan-network jew tariffi li jiffinanzjaw mekkaniżmi ta’ kapaċità).

(28)  L-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(29)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Settembru 1995, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-244/93 u T-486/93, ECLI:EU:T:1995:160.

(30)  L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri skont din il-Komunikazzjoni lill-impriżi li tingħadda permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu bħala intermedjarji finanzjarji trid tibbenefika direttament lil dawk l-impriżi. Madankollu, tista’ tagħti benefiċċju indirett lill-intermedjarji finanzjarji. Madankollu, skont is-salvagwardji pprovduti fil-punt (34) (a) u (b), dawn il-benefiċċji indiretti ma għandhomx l-objettiv li jippreservaw jew jirrestawraw il-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. B’riżultat ta’ dan, tali għajnuna ma tikkwalifikax bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek - BRRD) jew skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni - ir-Regolament SRM), u ma tkunx ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur bankarju.

(31)  Għall-għajnuna mogħtija skont it-taqsima 8, din il-kundizzjoni hija soġġetta għall-kundizzjonijiet speċifiċi f’dik it-taqsima.

(32)  L-għajnuna mill-Istat mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli tinkludi għajnuna mill-Istat eżentata skont l-Artikoli 19b, 20a, 21, 21a, 22 jew 23, l-Artikolu 56e(5), il-punt (a)(ii), (iii) jew (iv), l-Artikolu 56e(10) u l-Artikolu 56f tar-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija.

(33)  Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (36), tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(34)  Ir-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation) (ĠU L, 2023/2405, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2405/oj).

(35)  Ir-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settempru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48).

(36)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli - Nisfruttaw il-valur reali tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna biex niżguraw enerġija affordabbli, effiċjenti u nadifa għall Ewropej kollha, COM/2025/79 final.

(37)   “Ħżin tal-elettriku” tfisser id-differiment tal-użu finali tal-elettriku għal mument aktar tard minn meta dan ġie ġġenerat, jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika f’forma ta’ enerġija li tista’ tinħażen, il-ħżin ta’ tali enerġija, u l-konverżjoni mill-ġdid sussegwenti ta’ tali enerġija f’enerġija elettrika.

(38)   “Ħżin termali” tfisser id-differiment tal-użu finali tal-enerġija termali għal mument aktar tard minn meta din ġiet iġġenerata, jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika jew termali f’forma ta’ enerġija li tista’ tinħażen, il-ħżin ta’ tali enerġija, u, fejn xieraq, il-konverżjoni jew il-konverżjoni mill-ġdid sussegwenti ta’ tali enerġija f’enerġija termali għall-użu finali (jiġifieri tisħin jew tkessiħ).

(39)  Investimenti li jipproduċu fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju flimkien mal-RFNBOs jistgħu jiġu koperti taħt din it-taqsima jekk is-sehem tal-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju prodott ma jaqbiżx il20 % tal-output totali.

(40)   “Repowering” tfisser it-tiġdid tal-impjanti tal-enerġija li jipproduċu enerġija rinnovabbli u l-installazzjonijiet tal-ħżin, inkluża s-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali ta’ installazzjonijiet jew sistemi u tagħmir tal-operat għall-finijiet ta’ sostituzzjoni tal-kapaċità jew żieda fl-effiċjenza jew fil-kapaċità tal-installazzjoni.

(41)  Il-penali jistgħu jitneħħew f’każijiet fejn id-dewmien ikun dovut għal fatturi barra mill-kontroll tal-benefiċjarju tal-għajnuna, u ma setgħux jiġu previsti b’mod raġonevoli fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna.

(42)  Proċess kompetittiv ta’ offerti jenħtieġ li, fil-prinċipju, ikun miftuħ għall-benefiċjarji eliġibbli kollha. Madankollu, il-proċess tal-offerti jista’ jkun limitat għal kategorija ta’ benefiċjarju speċifika waħda jew aktar fejn tiġi pprovduta evidenza, li turi li l-livelli tal-offerti li kategoriji differenti ta’ benefiċjarji huma mistennija li joffru jvarjaw b’aktar minn 10 %; f’dan il-każ, jistgħu jintużaw proċessi ta’ offerti kompetittivi separati sabiex il-kategoriji ta’ benefiċjarji b’kostijiet simili jikkompetu kontra xulxin.

(43)  Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (24), tar-Regolament dwar l-Elettriku.

(44)  Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (16), tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(45)  Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2019/944.

(46)  L-iskemi diretti ta’ appoġġ għall-prezzijiet jippromwovu l-introduzzjoni ta’ investimenti fil-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-enerġija billi jipprovdu lill-benefiċjarji tal-għajnuna pagament monetarju fiss jew varjabbli li jiddependi direttament fuq il-kwantità ta’ enerġija prodotta u/jew maħżuna, li tista’ tiġi stabbilita abbażi tal-output reali jew ta’ referenza.

(47)   “Kuntratt bidirezzjonali għad-differenza” jfisser kuntratt bejn operatur ta’ faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u kontroparti, normalment entità pubblika, li jipprovdi kemm protezzjoni minima tar-remunerazzjoni kif ukoll limitu għal remunerazzjoni eċċessiva. Il-kuntratt irid ikun imfassal biex jippreserva l-inċentivi għall-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija biex topera u tipparteċipa b’mod effiċjenti fis-swieq tal-enerġija.

(48)  Il-pagamenti ta’ appoġġ skont il-kuntratt iridu jkunu limitati għal 25 sena, iżda l-Istati Membri huma liberi jirrikjedu li l-installazzjonijiet ikomplu jagħmlu l-ħlasijiet lura skont il-kuntratti, sakemm il-faċilità appoġġata tkompli topera.

(49)  Ara n-nota 42 f’qiegħ il-paġna.

(50)  Pereżempju, meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza, l-awtorità regolatorja indipendenti kompetenti trid tistabbilixxi l-prezz tal-eżerċitar biex tkopri l-kostijiet eliġibbli.

(51)  L-installazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli fuq skala żgħira u l-proġetti ta’ dimostrazzjoni jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ dirett tal-prezzijiet li jkopri l-kostijiet kollha tal-operat u ma jirrikjedix li jbigħu l-elettriku tagħhom fis-suq, f’konformità mal-eżenzjoni fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-installazzjonijiet se jitqiesu bħala fuq skala żgħira jekk il-kapaċità tagħhom tkun taħt il-livell limitu applikabbli fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-Elettriku. Il-proġetti ta’ dimostrazzjoni huma definiti fl-Artikolu 2, il-punt (24), tar-Regolament dwar l-Elettriku.

(52)  Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj).

(53)  Ara wkoll in-nota 39 f’qiegħ il-paġna.

(54)  Il-penali jistgħu jitneħħew f’każijiet fejn id-dewmien ikun dovut għal fatturi barra mill-kontroll tal-benefiċjarju tal-għajnuna, u ma setgħux jiġu previsti b’mod raġonevoli fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna.

(55)  Ara n-nota 42 f’qiegħ il-paġna.

(56)  Ara n-nota 42 f’qiegħ il-paġna.

(57)  Meta jinqabeż dan il-limitu, l-għajnuna ma tistax titħallas għal perċentwal tal-volum tal-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju prodotti li jkun ugwali għall-perċentwal ta’ sigħat li jaqbżu dan il-limitu.

(58)  Flessibbiltajiet mhux fossili bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin, li ma jiddependux fuq l-użu tal-fjuwils fossili bħala sors ta’ enerġija primarja u jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà tal-elettriku.

(59)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni ta’ miżuri oħra ta’ flessibbiltà skont is-CEEAG.

(60)  Dan ifisser li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu objettiv kemm għall-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll għall-mekkaniżmu ta’ kapaċità li għandu jiġi akkwistat matul l-istess irkant koottimizzat. Il-parteċipanti jipprovdu l-kontribut tagħhom kemm għall-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll għall-mekkaniżmu ta’ kapaċità u joffru prezz totali għall-forniment taż-żewġ servizzi, jew menu ta’ offerti. L-metodoloġija tal-għażla għandha tkun b’tali mod li timminimizza l-kost totali tal-issodisfar kemm tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll tal-ħtiġijiet tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità, jiġifieri l-ebda għażla alternattiva ta’ benefiċjarji ma tista’ tilħaq kemm il-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll il-ħtiġijiet tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità b’kost aktar baxx.

(61)  Dan il-volum ta’ flessibbiltà jista’ jkun ibbażat jew fuq objettiv nazzjonali indikattiv għall-flessibbiltà mhux fossili kif definit fl-Artikolu 19 tar-Regolament dwar l-Elettriku jew fuq objettivi nazzjonali indikattivi proviżorji sakemm jippermetti l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar l-Elettriku.

(62)  Il-preferenza tal-lokalità, il-veloċità minima għall-irankar u/jew it-trażżin u d-durata minima tal-attivazzjoni għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ fatturi ta’ degradazzjoni. Id-degradazzjoni hija aġġustament għall-kapaċità installata ta’ riżorsa tal-kapaċità biex jiġi identifikat il-kontribut tagħha għall-ħtieġa ta’ flessibbiltà (li tirrifletti l-kontribut differenti ta’ teknoloġiji differenti għall-ħtieġa identifikata). Dan il-kalkolu se jkun ibbażat fuq id-data użata biex tiġi stabbilita l-ħtieġa ta’ flessibbiltà u se jiġi aġġornat mill-inqas kull sentejn u jiġi approvat mill-ARN. Il-fatturi ta’ degradazzjoni jridu jiġu kkalkulati għal kull riżorsa li kapaċi tagħti l-output tagħha kontinwament għal mill-inqas siegħa.

(63)  Kif il-miżura tista’ taffettwa l-formazzjoni tal-prezzijiet tas-suq (meta mqabbla ma’ sitwazzjoni kontrofattwali mingħajr il-miżura ta’ għajnuna) u kwalunkwe impatt fuq ir-riżorsi eżistenti fejn il-miżura tkun limitata biss għal investimenti ġodda, kif ukoll fuq riżorsi barranin fejn il-miżura tkun limitata biss għal riżorsi nazzjonali, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “distorsjoni bla bżonn”.

(64)  Il-prezz jirreferi jew għall-prezz ta’ ġurnata bil-quddiem jew għall-prezz tas-suq bl-ingrossa f’ħin reali jew tal-issetiljar tal-iżbilanċ. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, meta r-rispons għad-domanda u r-riżorsi ta’ wara l-miter jipparteċipaw direttament fl-iskema ta’ flessibbiltà mhux fossili, dawn iridu jkunu soġġetti wkoll għal tali imposti għal kwalunkwe elettriku mhux ikkunsmat skont l-obbligi tal-konsenja fl-iskema ta’ flessibbiltà.

(65)  Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, meta r-rispons għad-domanda u r-riżorsi ta’ wara l-miter jipparteċipaw direttament fl-iskema ta’ flessibbiltà mhux fossili, dawn iridu jkunu soġġetti wkoll għal tali imposti għal kwalunkwe elettriku mhux ikkunsmat skont l-obbligi tal-konsenja fl-iskema ta’ flessibbiltà.

(66)  Sa fejn il-klassifikazzjoni statistika ta’ attività ekonomika speċifika f’kodiċi tan-NACE tkun ġiet affettwata mill-aktar emenda reċenti tan-NACE (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/137, ĠU L 19, 20.1.2023, p. 5), l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw il-klassifikazzjoni emendata jew li joqogħdu fuq il-klassifikazzjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-adozzjoni tas-CEEAG.

(67)   ĠU C 317, 25.9.2020, p. 5.

(68)  Dan jista’ jinkludi wkoll installazzjonijiet tal-estrazzjoni minerarja, bl-eċċezzjoni ta’ installazzjonijiet użati għall-estrazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija.

(69)   “Produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli” tfisser il-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħamrija u tat-trobbija tal-bhejjem li huma elenkati fl-Anness I tat-Trattat, u li ma jeħtiġux it-twettiq ta’ xi operazzjoni ulterjuri li tbiddel in-natura tat-tali prodotti. “Produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u l-akkwakultura” tfisser l-operazzjonijiet kollha relatati mas-sajd, it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi, kif ukoll attivitajiet fl-azjenda agrikola jew abbord li huma meħtieġa għat-tħejjija ta’ annimal jew pjanta għall-ewwel bejgħ, inkluż it-tqattigħ, l-iffilettjar jew l-iffriżar, u l-ewwel bejgħ lil rivendituri jew proċessuri.

(70)  Din it-taqsima tinkludi investimenti f’attivitajiet industrijali ta’ raffineriji li huma ddedikati għall-produzzjoni ta’ prodotti petrokimiċi li ma jservuwx ta’ fjuwils għat-tisħin jew għat-trasport motorizzat.

(71)  Kif imsemmi fil-punt (48)(a), li jinkludi l-produzzjoni tal-RFNBOs.

(72)  Park industrijali jikkorrispondi għal sit industrijali ġeografikament konfinat fejn ċerti servizzi ta’ utilità jiġu pprovduti lil grupp ta’ impriżi.

(73)  Din il-valutazzjoni trid tkun ibbażata fuq simulazzjonijiet ex ante kredibbli fir-rigward tal-produzzjoni u d-domanda mistennija għall-enerġija.

(74)  Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (c), mill-inqas 80 % tal-enerġija trid tintuża fl-attivitajiet industrijali fil-park industrijali, jew is-sħana trid tintuża totalment fil-park industrijali f’każ ta’ investimenti fil-produzzjoni tas-sħana permezz ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja.

(75)  Forom oħra ta’ għajnuna, jiġifieri appoġġ dirett għat-tnaqqis tal-karbonju bħal għajnuna fil-forma ta’ Kuntratti għad-Differenza (għall-Karbonju) u primjums feed-in, kif ukoll ċertifikati negozjabbli huma esklużi f’din it-taqsima. L-għajnuna f’dawk il-forom jew forom oħra ta’ appoġġ dirett għat-tnaqqis tal-karbonju se tiġi vvalutata skont is-CEEAG.

(76)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE.

(77)  Dan ġeneralment ikun il-każ fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ.

(78)  Il-penali jistgħu jitneħħew f’każijiet fejn il-kundizzjonijiet ma jintlaħqux minħabba fatturi barra mill-kontroll tal-benefiċjarju tal-għajnuna, u ma setgħux jiġu previsti b’mod raġonevoli fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna.

(79)  Għall-investimenti magħmula minn kumpaniji li jiżvelaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni korporattiva, dan jinkludi r-rekwiżit li l-investiment irid ikun konsistenti mal-pjan ta’ tranżizzjoni korporattiva kif stabbilit fid-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-14 ta’ Diċembru 2022).

(80)  Il-livell ta’ ffrankar tal-enerġija jrid jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-konsum finali tal-enerġija tat-tagħmir.

(81)  L-investimenti li jinvolvu bidla fis-sors jew fit-trasportatur tal-enerġija, pereżempju l-bidla mill-faħam għall-gass, jitqiesu bħala proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni u huma soġġetti għar-rekwiżiti għad-dekarbonizzazzjoni aktar milli għall-effiċjenza enerġetika.

(82)  Għall-fini ta’ dan il-punt, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-installazzjoni jridu jitkejlu fil-livell tas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott industrijali rilevanti għall-ETS, kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8.). Biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-proġetti, l-Istat Membru jrid jiżviluppa metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal attivitajiet mhux koperti mill-ETS.

(83)  Skont it-tifsira tat-Taqsima 4.4, il-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Interpretazzjoni tal-Anness I tad-Direttiva dwar l-ETS, ippubblikata fit-18.03.2010, disponibbli fuq: https://climate.ec.europa.eu/system/files/2016-11/guidance_interpretation_en.pdf. Għas-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, il-kunċett jista’ jiġi applikat b’analoġija.

(84)  L-investimenti fl-elettrifikazzjoni jistgħu jitqiesu flessibbli pereżempju jekk il-konsum tal-elettriku jkun jista’ jiġi adattat abbażi ta’ sinjali tal-prezzijiet jew meta l-investimenti jkunu kkombinati ma’ rekwiżiti biex jiġu installati soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà bħall-ħżin tal-enerġija.

(85)  Fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju kif definit fl-Artikolu 2(13) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu u l-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha.

(86)  L-investimenti fl-installazzjonijiet tat-trasport, tal-ħżin u tal-użu mhumiex koperti taħt din it-taqsima. Bħala eċċezzjoni, il-konnessjoni tal-infrastruttura (ma’ network) tista’ tkun koperta taħt din it-taqsima dment li tkun tikkonforma mal-punt (132).

(87)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(88)  Dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu billi l-gass naturali jiġi kkombinat ma’ soluzzjonijiet oħra ta’ dekarbonizzazzjoni. Huwa mfakkar li l-investimenti li jinvolvu bidla fis-sors jew fit-trasportatur tal-enerġija jitqiesu bħala proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni u huma soġġetti għar-rekwiżiti għad-dekarbonizzazzjoni aktar milli għall-effiċjenza enerġetika (Nota 81 f’qiegħ il-paġna).

(89)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334 17.12.2010, p. 17).

(90)  L-ammonti ta’ għajnuna taħt dan il-punt huma kkalkulati abbażi tal-ekwivalenti ta’ għotja gross.

(91)  Meta l-konverżjoni għall-użu tal-idroġenu tinvolvi l-konverżjoni ta’ proċessi oħra ta’ produzzjoni fl-istess post, l-intensità tal-għajnuna ta’ 60 % tapplika wkoll għal dawk l-investimenti addizzjonali.

(92)  Kif imsemmi fil-punt (48)(a), li jinkludi l-produzzjoni tal-RFNBOs.

(93)  Sal-punt li jikkonforma mal-punt (132).

(94)  Għall-fini ta’ dan il-punt, il-mekkaniżmu ta’ rkupru jista’ jiġi applikat għall-ewwel darba 5 snin, u għall-aħħar darba 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ proġett dment li fl-applikazzjoni finali tal-mekkaniżmu ta’ rkupru jitqies il-valur terminali tal-proġett.

(95)   “Proġett ta’ referenza” tfisser proġett ta’ eżempju li huwa rappreżentattiv tal-proġett medju f’kategorija ta’ benefiċjarji eliġibbli għal skema ta’ għajnuna.

(96)  L-ammonti ta’ għajnuna taħt dan il-punt huma kkalkulati abbażi tal-ekwivalenti ta’ għotja gross.

(97)  L-Istati Membri jridu jiżguraw li dawn l-ammonti massimi ta’ għajnuna ma jiġux evitati billi jinqasmu b’mod artifiċjali l-proġetti megħjuna.

(98)  Dan mhuwiex il-każ pereżempju għal self sussidjat, self pubbliku ta’ kapital ta’ ekwità jew parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta’ investitur tas-suq, garanziji mill-Istat li fihom elementi ta’ għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola de minimis. Il-finanzjament mill-BEI u/jew mill-FEI (b’riskju proprju u minn riżorsi proprji) għall-proġett ta’ investiment, sa 12,5 % tal-kostijiet eliġibbli, se jiġi aċċettat bħala kontribuzzjoni finanzjarja għall-fini tal-punt (169).

(99)  Għall-proġetti li ngħataw is-“Siġill tas-Sovranità” msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/795 taħt il-Fond għall-Innovazzjoni (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 106), tali verifika mhijiex meħtieġa.

(100)  L-għajnuna notifikata u s-sussidju (fi kwalunkwe forma) li jista’ jintwera li l-benefiċjarju jirċievi f’ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz barra miż-ŻEE jitqabblu f’termini skontati.

(101)  Fil-prinċipju, huwa improbabbli li l-Kummissjoni tqis kompatibbli mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, ammonti ta’ għajnuna li jaqbżu l-kostijiet tal-investiment kapitali li huma meħtieġa biex il-proġett jiġi lokalizzat fiż-żona kkonċernata meta jitqies li din l-għajnuna x’aktarx li ma jkollhiex effett ta’ inċentiv.

(102)  L-evidenza dokumentarja rilevanti biex tirfed ix-xenarju kontrofattwali msemmi fl-Anness III ta’ din il-Komunikazzjoni jeħtieġ li tkun kredibbli, jiġifieri ġenwina u rilevanti għall-fatturi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li kienu prevalenti fiż-żmien tad-deċiżjoni meħuda mill-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-investiment. L-Istati Membri huma mistiedna jibbażaw ruħhom fuq dokumenti ġenwini u uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskju (inkluż il-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi għall-post), rapporti finanzjarlji, pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju interni, opinjonijiet esperti u studji oħra relatati mal-proġett ta’ investiment li jkun qed jiġi vvalutat. Dawn id-dokumenti jeħtieġ li jkunu kontemporanji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment jew dwar il-post tiegħu. Dokumenti li jkun fihom informazzjoni dwar it-tbassir tad-domanda, it-tbassir tal-kostijiet, it-tbassir finanzjarju, id-dokumenti ppreżentati lil kumitat tal-investiment u li jelaboraw dwar xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu wkoll ikunu ta’ għajnuna f’dan ir-rigward.

(103)  L-infiq immedjat mhux permess għal assi deprezzabbli fuq perjodu ta’ aktar minn 15-il sena.

(104)  Madankollu, għal assi b’perjodu ta’ deprezzament normali ta’ inqas minn ħames snin, il-perjodu minimu ta’ użu jitnaqqas għal tliet snin.

(105)  Il-Fond għall-Innovazzjoni stabbilit bl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(106)  Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP). Dan is-Siġill jingħata lill-proġetti kollha tal-Fond għall-Innovazzjoni li ġew ivvalutati skont il-Fond għall-Innovazzjoni u li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità li huma stabbiliti f’sejħa għall-proposti rilevanti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-innovazzjoni ( ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).

(107)  L-Istati Membri jridu jiżguraw li dawn l-ammonti massimi ta’ għajnuna ma jiġux evitati billi jinqasmu b’mod artifiċjali l-proġetti megħjuna.

(108)  Alternattivament, l-investiment jista’ jsir f’impriża, dment li l-ammont ta’ investiment ippjanat tal-proġett eliġibbli jkun ogħla minn 80 % tal-fatturat annwali medju tal-impriża fil-ħames snin preċedenti u l-impriża tkun SME. Meta l-impriża tkun intrapriża stabbilita ġdida li ma jkollhiex ħames kontijiet annwali magħluqa, il-fatturat medju jiġi kkalkulat abbażi tad-durata tal-eżistenza tal-impriża fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna mill-impriża.

(109)  Il-kategoriji ta’ proġetti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taqsima huma dawk identifikati: għat-taqsima 4.1: fil-punti (48) (a) sa (c), (51) u (52); għat-taqsima 4.2: fil-punt (73) (a) u (b); għat-taqsima 4.3: fil-punt (94) (a) sa (d); għat-taqsima 5: fil-punti (129) sa (132) u fil-punti (138) sa (140) (a) u (b); u għat-taqsima 6: fil-punt (160) (a) sa (c).

(110)  Kif stabbilit fil-punti 373 sa 375 tas-CEEAG.

(111)  Dan jirreferi għal proġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 220 tas-CEEAG, bl-esklużjoni ta’ proġetti tat-tip imsemmi fil-punti 222–224 tas-CEEAG.

(112)  B’referenza għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014. Għal avvanzi ripagabbli, garanziji, selfiet, selfiet subordinati u forom oħra, il-valur nominali tal-istrument sottostanti jiddaħħal għal kull benefiċjarju. Għall-benefiċċji fuq it-taxxa u l-pagamenti, l-ammont tal-għajnuna individwali jista’ jiġi indikat f’firxiet.

(113)  It-tfittxija pubblika dwar it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat tagħti aċċess għad-data dwar l-għotja individwali tal-għajnuna mill-Istat ipprovduta mill-Istati Membri f’konformità mar-rekwiżiti Ewropej ta’ trasparenza għall-għajnuna mill-Istat u tinstab fuq https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.

(114)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(115)   ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.


ANNESS I

Mudelli fil-mira għall-mekkaniżmi ta’ kapaċità

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta u tapprova malajr in-notifiki tal-mekkaniżmi ta’ kapaċità tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni, dan l-anness jelenka l-kriterji rilevanti għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont din il-Komunikazzjoni ta’ żewġ mudelli fil-mira speċifiċi tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità: riżerva strateġika u mekkaniżmu ta’ xerrej ċentrali fis-suq kollu. Il-kriterji relatati mal-mudell tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità fis-suq kollu huma identifikati b’“ MW ” filwaqt li l-kriterji relatati mal-mudell ta’ riżerva strateġika huma identifikati b’“ SR ”. Meta dawn il-kriterji jiġu ssodisfati, il-mekkaniżmi ta’ kapaċità jistgħu jitqiesu kompatibbli kemm mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat kif ukoll mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha stabbiliti fl-Artikoli 20 sa 27 tar-Regolament dwar l-Elettriku.

F’każ li xi wħud minn dawn il-kriterji ma jiġux issodisfati, pereżempju meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ joqogħdu fuq il-Valutazzjonijiet Nazzjonali tal-Adegwatezza tar-Riżorsi li f’xi każijiet jistgħu jipprovdu bażi aktar preċiża għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għall-mekkaniżmi ta’ kapaċità u tad-daqs proporzjonat tagħhom, il-miżuri rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu vvalutati skont it-Taqsima 4.8 tas-CEEAG. Il-kriterji f’dan l-anness se jitqiesu biex titħaffef tali valutazzjoni: fi kwalunkwe valutazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kapaċità skont is-CEEAG, tista’ tiġi preżunta l-kompatibbiltà għal kwalunkwe aspett speċifiku ta’ riżerva strateġika jew mekkaniżmu ta’ kapaċità fis-suq kollu tax-xerrej ċentrali li jissodisfa l-kriterji elenkati hawn taħt.

Rek.

Kamp ta’ applikazzjoni

Deskrizzjoni

 

 

Neċessità tal-għajnuna, l-effett ta’ inċentiv u l-kompatibbiltà mal-Artikoli 20(1), 21(1), 21(4), 22(1.c) u 23 tar-Regolament dwar l-Elettriku

1

SR, MW

a)

ix-xenarji ta’ referenza ċentrali disponibbli l-aktar reċenti tal-Valutazzjoni Ewropea dwar l-Adegwatezza tar-Riżorsi (ERAA) (1) approvati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) iridu jkunu l-bażi għall-identifikazzjoni tal-ħtieġa għal mekkaniżmu ta’ kapaċità. L-istandard ta’ affidabbiltà, ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-kost ta’ entrata ġdida (CONE)/il-valur tat-tagħbija mitlufa (VOLL) (2), ma jridx jiġi ssodisfat fl-Istat Membru kkonċernat mill-inqas mill-ewwel tieqa ta’ konsenja (ara l-kriterju 18 hawn taħt) fil-perjodu ta’ approvazzjoni; kif ukoll

 

b)

il-parametri kollha kkalkulati biex tiġi vvalutata d-disponibbiltà, bħal kwalunkwe fattur ta’ degradazzjoni, iridu jkunu konformi mas-suppożizzjonijiet u r-riżultati tal-ERAA (3).

 

Il-falliment tas-suq u l-adegwatezza tal-għajnuna u l-kompatibbiltà mal-Artikoli 20(3–8) u 21(3) tar-Regolament dwar l-Elettriku

2

SR, MW

L-Istati Membri jridu jkunu rċevew opinjoni mingħand ll-Kummissjoni Ewropea wara li jkunu ppreżentaw il-pjan ta’ riforma tas-suq tagħhom. Jekk fl-opinjoni tal-Kummissjoni jkun hemm rakkomandazzjonijiet, l-Istat Membru jrid ikun ippubblika pjan ta’ riforma tas-suq aġġornat għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha jew jimpenja ruħu li jippubblika dan il-pjan fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

 

3

MW

L-Istat Membru jrid jikkonferma li jkun ivvaluta jekk riżerva strateġika hijiex kapaċi tindirizza t-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi.

 

L-eliġibbiltà u l-kompatibbiltà mal-Artikoli 22(1), 22(4) u 26 tar-Regolament dwar l-Elettriku

4

SR, MW

F’konformità mal-punt (28), il-mekkaniżmu ta’ kapaċità ma jridx ikun miftuħ għal impriżi f’diffikultà. F’konformità mal-punt (36), il-parteċipazzjoni ma tridx tkun kundizzjonali fuq ir-rilokazzjoni, u kwalunkwe ordni ta’ rkupru pendenti titqies f’konformità mal-punt (33).

 

5

SR, MW

Il-mekkaniżmu ta’ kapaċità jrid ikun miftuħ għat-teknoloġiji, il-benefiċjarji u l-proġetti kollha li jissodisfaw rekwiżiti tekniċi u ambjentali trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji. L-ebda kriterju ieħor ma huwa inkluż. Id-daqs minimu meħtieġ għall-parteċipazzjoni ma jridx ikun ogħla minn 1 MW degradat jew aktar minn siegħa ta’ durata minima tal-konsenja u jrid jippermetti l-aggregazzjoni.

 

6

SR, MW

Il-benefiċjarji jridu jissodisfaw il-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2 tar-Regolament dwar l-Elettriku. L-Istat Membru jista’ japplika limiti tas-CO2 aktar stretti, ikkalkulati f’konformità mal-metodoloġija tal-ACER.

 

7

SR, MW

L-Istat Membru jikkonferma li l-fatturi ta’ degradazzjoni ġew stabbiliti skont il-kriterju 1. Il-multiplikazzjoni tal-fattur ta’ degradazzjoni rilevanti bil-kapaċità installata ta’ unità waħda tipprovdi l-valur tal-kapaċità prestabbilita (f’MW) li huwa eliġibbli biex jipparteċipa fil-mekkaniżmu ta’ kapaċità. Il-fornituri individwali tal-kapaċità jistgħu jiddevjaw mill-fattur ta’ degradazzjoni prestabbilit għat-teknoloġija inkwistjoni (sa mill-inqas 15 % tal-fattur standard ta’ degradazzjoni ta’ dik it-teknoloġija). F’dan il-każ, il-fornituri tal-kapaċità jridu jiffaċċjaw ir-riskju ta’ penali relatati mal-fattur ta’ degradazzjoni doganali tagħhom.

 

8

MW

Il-mekkaniżmu ta’ kapaċità jrid ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni transfruntiera f’konformità mal-metodoloġija tal-ACER (4). Il-kapaċità massima ta’ dħul trid tiġi stabbilita abbażi tar-regoli tal-ACER.

 

Il-proporzjonalità tal-għajnuna u l-kompatibbiltà mal-Artikoli 22(1) u 22(3) tar-Regolament dwar l-Elettriku

9

SR, MW

Jenħtieġ li l-mira tad-domanda (5) rkantata tiġi kkalkulata abbażi tar-riżultati tax-xenarju ta’ referenza ċentrali tal-ERAA sabiex jintlaħaq l-istandard ta’ affidabbiltà, li jiġi ddeterminat kif deskritt fil-Kriterju 1. Jenħtieġ li tiġi stabbilita kurva tad-domanda sabiex id-domanda titnaqqas b’mod proporzjonat jekk il-prezzijiet fil-proċess ta’ offerti kompetittiv jaqbżu l-CONE użat għall-kalkolu tal-istandard ta’ affidabbiltà.

Jistgħu jiġu introdotti limiti massimi tal-offerti. Jekk jintużaw limiti massimi tal-offerti, dawn iridu:

(a)

jiġu stabbiliti f’livell li jevita l-għeluq bikri ineffiċjenti tal-assi eżistenti abbażi ta’ stima dettaljata tal-kostijiet u d-dħul għal kull proġett ta’ referenza; kif ukoll

(b)

ikunu akkumpanjati minn proċess għal riżorsi individwali biex jiġġustifikaw lill-ARN eċċezzjoni mil-limitu massimu tal-prezz abbażi tal-kostijiet speċifiċi tagħhom.

 

10

MW

Jenħtieġ li proċess ta’ offerti kompetittiv prinċipali għal 75 %-90 % (6) tal-mira tad-domanda stmata għat-tieqa ta’ konsenja jsir 4-6 snin qabel it-tieqa ta’ konsenja. Il-proċessi ta’ offerti kompetittivi ta’ aġġustament jistgħu jiġu organizzati aktar viċin il-konsenja, filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ għall-iżvilupp tar-rispons tad-domanda u tal-ħżin.

 

11

SR

Jenħtieġ li l-proċessi ta’ offerti kompetittivi jsiru mhux aktar minn sena qabel it-tieqa ta’ konsenja.

 

12

SR, MW

Ir-regoli kollha dwar il-parteċipazzjoni u r-rekwiżiti tal-proċess ta’ offerti kompetittiv iridu jiġu ppubblikati mill-inqas 6 ġimgħat qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

 

13

SR

Il-benefiċjarji jridu jiġu identifikati permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti, b’offerti kklassifikati biss skont il-prezz tagħhom għal kull unità degradata tal-kapaċità disponibbli fis-sena, u l-appoġġ imħallas skont l-offerta inizjali jew il-prezz tal-ikklerjar.

 

14

MW

Il-benefiċjarji jridu jiġu identifikati permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti b’offerti kklassifikati biss skont il-prezz tagħhom għal kull unità degradata tal-kapaċità disponibbli fis-sena, u l-appoġġ imħallas skont il-prezz tal-ikklerjar (7).

 

15

MW

Il-benefiċjarji jridu jkunu jistgħu jbigħu l-ftehim ta’ kapaċità tagħhom lil impriża oħra, sa mill-inqas xahrejn qabel il-bidu tat-tieqa ta’ konsenja.

 

16

SR

Il-ftehimiet ta’ kapaċità jrid ikollhom durata ta’ sena.

 

17

MW

B’mod ġenerali, il-ftehimiet ta’ kapaċità jridu jkopru tieqa waħda ta’ konsenja.

Meta l-benefiċjarji jidħlu għal investimenti kapitali, jistgħu jsiru disponibbli ftehimiet ta’ kapaċità itwal. Għal kull EUR 25 000 / MW degradat, tista’ tiġi offerta sena addizzjonali (8).

L-assi ta’ ġenerazzjoni li jaħdmu bil-fjuwils fossili qatt ma jistgħu jingħataw ftehimiet ta’ kapaċità li jaqbżu l-15-il sena.

Fi Stati Membri fejn l-akbar tliet ġeneraturi tal-elettriku fit-territorju kopert mill-mekkaniżmu ta’ kapaċità jikkontrollaw (direttament jew indirettament, unikament jew b’mod konġunt) mill-inqas 75 % tal-kapaċità degredata installata domestika fis-sena li fiha jseħħ il-proċess kompetittiv ta’ offerti, iridu jkunu disponibbli ftehimiet ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 10 snin għal proġetti li jaqbżu l-limitu CAPEX ta’ EUR 375 000 /MW degredat.

 

18

SR, MW

It-tieqa ta’ konsenja jrid ikun perjodu fiss wieħed sa sena bejn l-1 ta’ Novembru tas-sena Y sal-31 ta’ Ottubru tas-sena Y+1.

 

19

SR, MW

Il-benefiċjarji kollha jridu jiġu attivati (konsenja jew test) mill-inqas darba għal kull tieqa ta’ konsenja b’preavviż ta’ <=24 siegħa.

 

20

SR, MW

Il-benefiċjarji jridu jiffaċċjaw penali ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà kull meta ma jkunux disponibbli f’perjodu ta’ konsenja (9) jew test. Il-pagament ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà jrid ikun l-istess għat-teknoloġiji kollha. Benefiċjarju li jkun disponibbli inqas minn 50 % fil-perjodi ta’ konsenja f’tieqa ta’ konsenja jrid ikun espost għal pagament ta’ penali ta’ mill-inqas id-dħul mill-kapaċità tiegħu għat-tieqa ta’ konsenja.

Il-benefiċjarji ma jridux jiffaċċjaw penali relatati ma’ nuqqas ta’ disponibbiltà barra mill-perjodi ta’ konsenja.

Il-benefiċjarji jridu jħallsu l-penali ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà għall-bqija tal-ħajja ta’ ftehim ta’ kapaċità jekk joħorġu minn dak il-ftehim ta’ kapaċità kmieni (10).

 

21

MW

Jenħtieġ li l-approċċ rigward il-parteċipazzjoni ta’ benefiċjarji għal dawn is-servizzi anċillari matul il-perjodu ta’ konsenja jkun konformi mal-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-adegwatezza użata biex tiġi ddeterminata l-ħtieġa għall-miżura u d-daqs tagħha. Għal servizzi anċillari meqjusa fil-valutazzjoni tal-adegwatezza bħala li jikkontribwixxu għall-adegwatezza, il-benefiċjarji jridu jitħallew joffru dawn is-servizzi b’mod parallel mal-obbligu ta’ kapaċità tagħhom u jekk disponibbli għas-servizz jitqiesu simultanjament disponibbli għall-mekkaniżmu tal-kapaċità. Għal servizzi anċillari mhux meqjusa fil-valutazzjoni tal-adegwatezza bħala li jikkontribwixxu għall-adegwatezza, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu jew li jeskludu l-benefiċjarji li jbigħu dawk is-servizzi mill-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-kapaċità, jew jistgħu jippermettu l-parteċipazzjoni volontarja kemm fis-servizz kif ukoll fil-mekkaniżmu tal-kapaċità iżda b’riskju li jiffaċċjaw penali skont il-mekkaniżmu tal-kapaċità għar-riżorsi mhux disponibbli f’perjodu ta’ konsenja minħabba l-konsenja tas-servizz.

 

22

MW

Jekk Stat Membru japplika kemm mekkaniżmu ta’ kapaċità kif ukoll miżura ta’ flessibbiltà, jew diġà jkollu fis-seħħ miżura ta’ flessibbiltà, biex jevita ostakli tas-suq u/jew riskji ta’ kumpens żejjed:

a)

il-kapaċità għandha tiġi akkwistata b’mod konġunt (11); jew

b)

L-Istati Membri jistgħu jinkludu rekwiżiti ta’ flessibbiltà mhux fossili identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà (f’konformità mal-Artikolu 19e(2)c tar-Regoalment dwar l-Elettriku) fil-mekkaniżmi ta’ kapaċità tagħhom, pereżempju billi jirrikjedu volum minimu ta’ kapaċità flessibbli mhux fossili li tipprovdi servizzi ta’ rrankar fuq terminu qasir; jew

c)

ir-riżorsi jridu jagħżlu bejn il-parteċipazzjoni f’miżura waħda biss, jiġifieri jew l-iskema ta’ appoġġ għall-flessibbiltà mhux fossili jew il-mekkaniżmu ta’ kapaċità. Il-mira tad-domanda f’kull miżura jenħtieġ li tiġi aġġustata biex tqis il-parteċipazzjoni fil-miżura l-oħra.

 

23

SR

Il-profitt tal-unitajiet li jipparteċipaw f’riżerva strateġika jrid ikun l-istess, kemm jekk ikunu attivati/dispaċċati kif ukoll jekk le.

 

24

SR, MW

L-għajnuna għall-istess riżorsa tal-kapaċità minn aktar minn miżura ta’ għajnuna waħda tista’ tiġi akkumulata sakemm jiġi evitat kumpens żejjed. Jekk l-Istat Membru jippermetti li l-għajnuna taħt il-mekkaniżmu ta’ kapaċità tiġi akkumulata ma’ għajnuna taħt miżuri oħra, il-metodu użat għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit irid jiġi stabbilit b’mod ċar f’dokument pubbliku, pereżempju fir-regoli għall-mekkaniżmu ta’ kapaċità u/jew ir-regoli għal skemi oħra.

 

25

SR

Mill-inqas 90 % ta’ kwalunkwe kost tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità mhux irkuprat permezz ta’ imposti tal-iżbilanċ allokati f’konformità mal-Artikolu 22(2) irid jiġi allokat lill-konsumaturi abbażi tal-konsum tagħhom matul minn tal-anqas 1 % tas-sigħat bl-ogħla prezz (jew unitajiet ta’ ħin tas-suq) u minn tal-anqas 5 %, kull sena (jew kull tieqa ta’ konsenja) (12). Jistgħu jiġu imposti imposti fuq partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar (bħall-fornituri).

 

26

MW

Mill-inqas 90 % tal-kostijiet tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità jridu jiġu allokati lill-konsumaturi abbażi tal-konsum tagħhom matul minn tal-anqas 1 % tas-sigħat bl-ogħla prezz (jew unitajiet ta’ ħin tas-suq) u minn tal-aktar 5 %, kull sena (jew kull tieqa ta’ konsenja) (13). Jistgħu jiġu imposti imposti fuq partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar (bħall-fornituri).

 

L-evitar ta’ distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ u l-kompatibbiltà mal-Artikolu 22(1-2) tar-Regolament dwar l-Elettriku

27

SR

L-Istat Membru jrid jikkonferma li l-mekkaniżmu ta’ kapaċità jissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament dwar l-Elettriku. Dan jiddefinixxi wkoll il-perjodu ta’ konsenja.

 

28

SR

Id-disponibbiltà hija kkalkulata bħala ugwali għall-enerġija kkonsenjata (14).

 

29

MW

Id-disponibbiltà tiġi kkalkulata bħala s-somma ta’ i) l-enerġija kkonsenjata; u ii) id-disponibbiltà proposta fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u/jew tal-ibbilanċjar u li ma rriżultatx f’attivazzjoni (15)  (16).

 


(1)   “Valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi (ERAA)” tirreferi għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-Adegwatezza tar-Riżorsi deskritta fl-Artikolu 23 tar-Regolament dwar l-Elettriku u fil-Metodoloġija tal-ACER għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi tat-2 ta’ Ottubru 2020.

(2)   “Standard ta’ affidabbiltà” tfisser standard ta’ affidabbiltà kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-ACER tat-2 ta’ Ottubru 2020 dwar il-Metodoloġija għall-kalkolu tal-valur tat-tagħbija mitlufa, il-kost ta’ entrata ġdida, u l-istandard ta’ affidabbiltà; “Kost ta’ entrata ġdida (CONE)” tfisser il-kost ta’ entrata ġdida kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-ACER tat-2 ta’ Ottubru 2020 dwar il-Metodoloġija għall-kalkolu tal-valur tat-tagħbija mitlufa, il-kost ta’ entrata ġdida, u l-istandard ta’ affidabbiltà. “Valur tat-tagħbija mitlufa (VOLL)” tfisser il-valur tat-tagħbija mitlufa kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 9 tar-Regolament dwar l-Elettriku. Jenħtieġ li l-VOLL u l-CONE jkunu ċ-ċifri pprovduti mill-ACER kif previst fir-Rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2025 dwar il-valutazzjoni ta’ possibbiltajiet ta’ razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-proċess ta’ applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kapaċità, ladarba jkunu disponibbli. Sadanittant, jenħtieġ li dawn jiġu kkalkulati skont id-Deċiżjoni tal-ACER tat-2 ta’ Ottubru 2020 dwar il-Metodoloġija għall-kalkolu tal-valur tat-tagħbija mitlufa, il-kost ta’ entrata ġdida, u l-istandard ta’ affidabbiltà.

(3)  Id-degradazzjoni hija aġġustament tal-kapaċità installata ta’ riżorsa ta’ kapaċità biex jiġi identifikat il-kontribut tagħha għall-ħtieġa tal-adegwatezza (b’mod li tirrifletti l-karatteristiċi tekniċi differenti u l-affidabbiltà differenti ta’ teknoloġiji differenti f’żoni tal-offerti differenti). Il-fatturi ta’ degradazzjoni użati jenħtieġ li jkunu dawk ippubblikati mill-ACER/ENTSO-E bħala output tal-Valutazzjoni Ewropea tal-Adegwatezza tar-Riżorsi għaż-żona tal-offerti rilevanti, ladarba jkunu disponibbli. Sadanittant, dawn iridu jikkorrispondu għall-proporzjon bejn i) id-disponibbiltà tat-teknoloġija partikolari f’kull żona tal-offerti matul sitwazzjonijiet ta’ skarsezza u ii) il-kapaċità installata tat-teknoloġija partikolari (dan il-kalkolu se jkun ibbażat fuq l-aħħar ERAA disponibbli u se jiġi aġġornat mill-inqas kull sentejn). Il-fatturi ta’ degradazzjoni jridu jiġu kkalkulati għal kull riżorsa li kapaċi tagħti l-output tagħha kontinwament għal mill-inqas siegħa.

(4)  Ara d-deċiżjoni tal-ACER: “Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni transfruntiera fil-mekkaniżmi ta’ kapaċità” .

(5)  L-Istati Membri huma liberi li jakkwistaw volum iżgħar.

(6)  Jekk il-kapaċità transfruntiera ma tkunx eliġibbli biex tipparteċipa fl-irkantijiet prinċipali, fl-irkantijiet ta’ aġġustament iridu jintalbu mill-inqas 10 % tal-volum stmat meħtieġ għat-tieqa ta’ konsenja flimkien mal-kapaċità massima ta’ dħul.

(7)  Jekk jiġu inklużi rekwiżiti ta’ flessibbiltà (ara l-kriterju 22), jistgħu jintgħażlu riżorsi aktar għaljin qabel riżorsi orħos jekk ikun meħtieġ biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit, u jiġi stabbilit prezz tal-ikklerjar separat għar-riżorsi li jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ flessibbiltà.

(8)  Pereżempju, il-benefiċjarji li jinvestu EUR 50 000/MW degradat jistgħu jiġu offruti kuntratti sa sentejn; il-benefiċjarji li jinvestu EUR 150 000/MW degradat jistgħu jiġu offruti kuntratti sa 6 snin, eċċ.

(9)  Il-perjodu ta’ konsenja huwa perjodu fit-tieqa ta’ konsenja fejn ir-riżorsi kkuntrattati huma meħtieġa li jkunu disponibbli, jew jiffaċċjaw penali. Għal riżervi strateġiċi, ara l-kriterju 27 f’din it-tabella. Għal mekkaniżmu ta’ kapaċità fis-suq kollu, dan jista’ jinkludi t-tieqa ta’ konsenja kollha, jew biss parti minnha.

(10)  Sakemm ma jkunux jistgħu jittrasferixxu l-ftehim ta’ kapaċità tagħhom lil fornitur ieħor tal-kapaċità fis-suq sekondarju. Għal ftehimiet ta’ kapaċità pluriennali, il-penali tan-nuqqas ta’ disponibbiltà jistgħu jkunu limitati għal 4 snin. Kollateral jista’ jkun meħtieġ mill-fornituri tal-kapaċità.

(11)  Dan ifisser li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu objettiv kemm għall-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll għall-mekkaniżmu ta’ kapaċità li għandu jiġi akkwistat matul l-istess irkant koottimizzat. Il-parteċipanti jipprovdu l-kontribut tagħhom kemm għall-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll għall-mekkaniżmu ta’ kapaċità u joffru prezz totali għall-forniment taż-żewġ servizzi, jew menu ta’ offerti. L-metodoloġija tal-għażla għandha tkun b’tali mod li timminimizza l-kost totali tal-issodisfar kemm tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll tal-ħtiġijiet tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità, jiġifieri l-ebda għażla alternattiva ta’ benefiċjarji ma tista’ tilħaq kemm il-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà kif ukoll il-ħtiġijiet tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità b’kost aktar baxx.

(12)  Il-prezz jirreferi jew għall-prezz ta’ ġurnata bil-quddiem jew għall-prezz tas-suq bl-ingrossa f’ħin reali jew tal-issetiljar tal-iżbilanċ. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, meta r-rispons għad-domanda u r-riżorsi ta’ wara l-miter jipparteċipaw direttament fil-mekkaniżmu ta’ kapaċità, dawn iridu jkunu soġġetti wkoll għal tali imposti għal kwalunkwe elettriku mhux ikkunsmat skont l-obbligi tal-konsenja.

(13)  Il-prezz jirreferi jew għall-prezz ta’ ġurnata bil-quddiem jew għall-prezz tas-suq bl-ingrossa f’ħin reali jew tal-issetiljar tal-iżbilanċ. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, meta r-rispons għad-domanda u r-riżorsi ta’ wara l-miter jipparteċipaw direttament fil-mekkaniżmu ta’ kapaċità, dawn iridu jkunu soġġetti wkoll għal tali imposti għal kwalunkwe elettriku mhux ikkunsmat skont l-obbligi tal-konsenja.

(14)  Għar-rispons tad-domanda: enerġija mhux ikkunsmata.

(15)  Meta d-disponibbiltà tiġi vverifikata, il-kapaċità li mhux neċessarjament tiġi attivata bħala attivazzjoni tal-kapaċità trid tiġi xprunata minn sinjali tal-prezzijiet tas-suq tal-enerġija. L-unika eċċezzjoni għal dan hija r-rekwiżiti tal-ittestjar għall-kapaċità li s-suq qatt ma jattiva.

(16)  L-Istati Membri jridu jevitaw kwalunkwe għadd doppju meta l-istess kapaċità tkun disponibbli għal bosta oqfsa ta’ żmien tas-suq (eż. ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u tal-ibbilanċjar).


ANNESS II

Lista ta’ prodotti finali ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-komponenti speċifiċi ewlenin tagħhom għall-finijiet tat-Taqsima 6

 

Subkategoriji tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti

Prodotti finali

Komponenti speċifiċi ewlenin

Teknoloġiji solari

Teknoloġiji fotovoltajċi (PV, photovoltaic)

Sistemi solari PV

Polisiliċju ta’ grad PV

Ingotti tas-siliċju ta’ grad PV jew ekwivalenti 17

Wafers PV jew ekwivalenti17

Ċelloli PV jew ekwivalenti (1)

Ħġieġ solari

Moduli PV

Invertituri PV

Trackers PV u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi tagħhom

Teknoloġiji elettriċi termali solari

Impjanti tal-enerġija solari kkonċentrata (CSP, concentrated solar power)

Rifletturi tas-CSP

Trackers tas-CSP u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi itagħhom

Riċevituri tas-CSP (punt jew linja)

Teknoloġiji termali solari

Sistemi termali solari

Kolletturi termali solari (inkluż kolletturi pjani, f’tubi evakwati, b’sistemi konċentranti u b’ċirkolazzjoni tal-arja)

Assorbituri termali solari

Ħġieġ solari

Trackers termali solari u l-istrutturi tal-immuntar speċifiċi tagħhom

Teknoloġiji solari oħra

Kolletturi fotovoltajċi-termali (PVT, PV-thermal collectors)

 

Teknoloġiji eoliċi fuq l-art u teknoloġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta

Teknoloġiji eoliċi fuq l-art

Turbini eoliċi fuq l-art

Gondoli (assemblaġġ)

Buttuni tar-rotor

Bearings prinċipali, tal-imbardata u tal-pass

Sistemi tal-mototrażmissjoni bi trażmissjoni diretta (inkluż il-ġeneratur) u/jew sistemi tal-mototrażmissjoni bil-gearbox (inkluż il-ġeneratur)

Kalamiti permanenti tat-turbini eoliċi

Gearboxes tat-turbini eoliċi

Pali

Torrijiet

Teknoloġiji eoliċi lil hinn mill-kosta

Turbini eoliċi lil hinn mill-kosta

Gondoli (assemblaġġ)

Buttuni tar-rotor

Bearings prinċipali, tal-imbardata u tal-pass

Sistemi tal-mototrażmissjoni bi trażmissjoni diretta (inkluż il-ġeneratur) u/jew sistemi tal-mototrażmissjoni bil-gearbox (inkluż il-ġeneratur)

Kalamiti permanenti tat-turbini eoliċi

Gearboxes tat-turbini eoliċi

Pali

Torrijiet

Pedamenti / pjattaformi galleġġanti

Teknoloġiji rinnovabbli oħra lil hinn mill-kosta

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fluss tal-marea

Teknoloġija tal-enerġija mill-mewġ

 

Teknoloġiji tal-ħżin tal-batteriji u tal-enerġija;

Teknoloġiji tal-batteriji

Batteriji (2)

Pakketti tal-batteriji

Moduli tal-batteriji

Ċelloli tal-batteriji

Materjali katodiċi attivi

Materjali anodiċi attivi

Elettroliti

Separaturi

Kolletturi tal-kurrent (inkluż fojls irqaq tar-ram, tal-aluminju, tan-nikil u tal-karbonju)

Sistemi ta’ ġestjoni tal-batteriji (BMS, battery management systems)

Sistemi tal-ġestjoni termali tal-batteriji (BTMS, battery thermal management systems)

Teknoloġiji tal-ħżin elettrokimiku

Ultrakapaċitaturi / superkapaċitaturi

Ħżin tal-enerġija bi fluss redox

Elettroliti

Separaturi

Kolletturi

Pjanċi tal-elettrodi

Teknoloġiji tal-ħżin gravitazzjonali

Ħżin idroelettriku ppumpjat

Turbini idriċi riversibbli u runners tal-pompa

Distributuri b’paletti direzzjonali

Teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija termali

Sistemi tal-ħżin tal-enerġija termali

Mezzi għall-ħżin tas-sħana sensibbli u għall-ħżin tas-sħana latenti (inkluż materjali tat-tibdil tal-fażi u mlieħ imdewba)

Materjali ta’ ħżin termokimiku

Teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija tal-gass likwifikat / ikkompressat

Ħżin tal-enerġija f’arja kkompressata

Ħżin tal-enerġija bl-arja likwida

 

Teknoloġiji oħra tal-ħżin tal-enerġija

Ħżin tal-enerġija tal-flywheel

Rotors tal-flywheel

 

Pompi tas-sħana u teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali

Teknoloġiji tal-pompi tas-sħana

Pompi tas-sħana

Pompi tas-sħana

Valvi b’erba’ direzzjonijiet

Kompressuri tat-tip skroll / kompressuri rotatorji tal-pompi tas-sħana

 

Teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali

Impjanti tal-enerġija ġeotermali

Sistemi ġeotermali ta’ użu dirett

Skambjaturi tas-sħana reżistenti għall-kundizzjonijiet operattivi korrużivi ġeotermali

Pompi sommerġibbli reżistenti għall-kundizzjonijiet operattivi korrużivi ġeotermali

Teknoloġiji tal-idroġenu

Elettrolizzaturi

Elettrolizzaturi alkalini (AEL, alkaline electrolysers)

Stacks

Separaturi (dijaframma jew membrani mfassla għall-elettroliżi tal-ilma)

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Elettrodi

Elettrolizzaturi b’membrana ta’ skambju tal-protoni (PEMEL, proton exchange membrane electrolysers)

Stacks

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi) / membrani miksija bil-katalizzatur

Saffi tat-trasport porużi / saffi tad-diffużjoni tal-gass

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Elettrolizzaturi b’membrana ta’ skambju tal-anjoni (AEMEL, anion exchange membrane electrolysers)

Stacks

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi) / membrani miksija bil-katalizzatur

Saffi tat-trasport porużi / saffi tad-diffużjoni tal-gass

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Elettrolizzaturi b’ossidu solidu (SOEL, solid-oxide electrolysers)

Stacks

Elettrolit u elettrodi

Gaskets / siġillanti ta’ temperatura għolja

Interkonnetturi / malji u pjanċi tat-truf

Ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu

Ċelloli tal-fjuwil b’membrana ta’ skambju tal-protoni (PEMFC, proton exchange membrane fuel cells)

Stacks

Assemblaġġi ta’ elettrodi tal-membrana (bi 3 saffi) / membrani miksija bil-katalizzatur

Saffi tat-trasport porużi / saffi tad-diffużjoni tal-gass

Pjanċi bipolari u pjanċi tat-truf

Ċelloli tal-fjuwil b’ossidu solidu (SOFC, solid-oxide fuel cells)

Stacks

Elettroliti u elettrodi

Gaskets / siġillanti ta’ temperatura għolja

Interkonnetturi / malji u pjanċi tat-truf

Teknoloġiji oħra tal-idroġenu

Networks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-idroġenu

Kumpressuri tal-idroġenu

Stazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu

Pipelines għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-idroġenu

Faċilitajiet għall-ħżin tal-idroġenu

Tankijiet għall-ħżin tal-idroġenu abbord

Tankijiet stazzjonarji għall-ħżin tal-idroġenu

Impjanti għall-konverżjoni tal-idroġenu fl-ammonijaka u l-estrazzjoni tal-idroġenu mill-ammonijaka

Fran tal-ikkrekkjar tal-ammonijaka

Teknoloġiji tal-bijogass u tal-bijometan sostenibbli

Teknoloġiji tal-bijogass sostenibbli

Impjanti tal-bijogass sostenibbli

Diġesturi anaerobiċi / tankijiet tal-fermentazzjoni

Teknoloġiji tal-bijometan sostenibbli

Impjanti tal-bijometan sostenibbli

Diġesturi anaerobiċi / tankijiet tal-fermentazzjoni

Unitajiet għat-trasformazzjoni f’bijometan

Teknoloġiji tas-CCS

Teknoloġiji tal-qbid tal-karbonju

Qbid minn assorbiment

Qbid minn adsorbiment

Qbid

minn membrani

Qbid

ċikli solidi

Qbid minn krijoġenika

Qbid dirett mill-arja

Kompressuri tas-CO2

Teknoloġiji tal-ħżin tal-karbonju

 

 

Teknoloġiji tal-grilja elettrika

Teknoloġiji tal-grilja elettrika

Substazzjonijiet fuq l-art

Substazzjonijiet lil hinn mill-kosta

Kejbils u linji għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

Kommutaturi

Interrutturi taċ-ċirkwit

Relays ta’ protezzjoni

Transformers tal-elettriku

Skonnetturi

Sistemi ta’ żbarri tad-distribuzzjoni

Kabinetti elettriċi

Substazzjonijiet lil hinn mill-kosta

Invertituri

Konvertituri

Torrijiet tat-trażmissjoni u distribuzzjoni elettrika

Torrijiet tat-trażmissjoni u distribuzzjoni elettrika

Kundutturi elettriċi (inkluż kundutturi avvanzati u superkundutturi ta’ temperatura għolja)

Iżolaturi

Kejbils, linji u aċċessorji assoċjati għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

Kejbils u linji għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, u kejbils li jikkonnettjaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti mal-grilja elettrika (linji fl-ajru, kejbils taħt l-art u taħt il-baħar, inkluż HVDC u HVAC)

Kundutturi elettriċi (inkluż kundutturi avvanzati u superkundutturi ta’ temperatura għolja)

Iżolaturi

Transformers tal-elettriku

Transformers tal-elettriku

Nuklei tat-transformer

Koljaturi tat-transformer

Kommutaturi għat-trasformatur

Teknoloġiji tal-iċċarġjar elettriku għat-trasport

Tagħmir tal-provvista għall-vetturi elettriċi

Sistemi ta’ toroq elettriċi (3)

Tagħmir tal-provvista elettrika max-xatt

Linji ta’ kuntatt fl-ajru

Tagħmir tal-provvista għat-trasport bl-ajru elettriku

Tagħmir tal-provvista għall-vetturi elettriċi

Tagħmir tal-provvista elettrika max-xatt

Tagħmir tal-provvista għat-trasport bl-ajru elettriku

 

Teknoloġiji għad-diġitalizzazzjoni tal-grilja u teknoloġiji oħra tal-grilja elettrika

Tagħmir u komponenti elettroniċi għall-elettriku b’vultaġġ għoli u medju (inkluż it-teknoloġija DC)

Teknoloġiji tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-kurrent alternat flessibbli (FACTS, flexible alternating current transmission system)

Miters intelliġenti / infrastrutturi avvanzati ta’ metraġġ u kontroll

Tagħmir u komponenti elettroniċi għall-elettriku b’vultaġġ għoli u medju (inkluż it-teknoloġija DC)

Teknoloġiji tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-kurrent alternat flessibbli (FACTS, flexible alternating current transmission system)

Miters intelliġenti / infrastrutturi avvanzati ta’ metraġġ u kontroll

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

Teknoloġiji tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

Impjanti tal-enerġija mill-fissjoni nukleari

Elementi tatal-fjuwil

Reċipjenti tar-reatturi

Pajpijiet u valvi primarji

Tubini tal-fwar

Ġeneraturi tal-fwar

Sistemi tas-sikurezza

Sistemi ta’ monitoraġġ, strumentazzjoni u kontroll

Teknoloġiji taċ-ċikli tal-fjuwil nukleari

Ċikli tal-fjuwil nukleari

Ċentrifugi

Sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll tal-fluss tal-gass

Tagħmir ta’ proċessar kimiku

Tagħmir ta’ vitrifikazzjoni tal-iskart

Ċilindri, kontenituri u btieti ta’ trasport, ħżin u disponiment

Ilma tqil

Sistemi tas-sikurezza

Sistemi ta’ monitoraġġ, strumentazzjoni u kontroll

Teknoloġiji tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

Teknoloġiji tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

Impjanti tal-fjuwils alternattivi sostenibbli

Reatturi termokimiċi, elettrokimiċi, kimiċi u bijokimiċi / bijoloġiċi għall-konverżjoni tal-bijomassa u tal-karburanti riċiklati f’bijointermedji u/jew gass sintetiku

Reatturi u unitajiet ta’ wara t-trattament biex il-bijointermedji u/jew il-gass sintetiku u l-karburanti riċiklati jiġu kkonvertiti fi fjuwils alternattivi sostenibbli

Teknoloġiji idroelettriċi

Teknoloġiji idroelettriċi

Sistemi tat-turbini idriċi

Runners tat-turbini idriċi

Distributuri b’paletti direzzjonali

Teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli

Teknoloġiji tal-enerġija ożmotika

 

 

Teknoloġiji tal-enerġija ambjentali, għajr pompi tas-sħana

 

 

Teknoloġiji tal-bijomassa

Imtieħen tal-pellets

Preses għall-briketti

Matriċijiet tal-pellets

Kompartimenti tal-kompattazzjoni tal-briketti

Teknoloġiji tal-gass tal-landfill

 

 

Teknoloġiji tal-gass tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ

 

 

Teknoloġiji oħra tal-enerġija rinnovabbli

 

 

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika relatati mas-sistema tal-enerġija

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika relatati mas-sistema tal-enerġija

Sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (EMS, energy management systems)

Sistemi ta’ awtomatizzazzjoni tal-bini (BAS, building automation systems)

Rispons tad-domanda awtomatizzat (ADR, automated demand response)

Modulaturi tal-veloċità varjabbli

Sistemi tal-enerġija taċ-Ċiklu Organiku ta’ Rankine (ORC, Organic Rankine cycle)

EMS

BAS

ADR

Modulaturi tal-veloċità varjabbli

Turbini ORC

Teknoloġiji tal-grilja tas-sħana u tal-kesħa

Pajpijiet tas-sistema tad-distribuzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ

 

Teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika oħrajn relatati mas-sistema tal-enerġija

 

 

Fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika

Fjuwils rinnovabbli ta’ teknoloġiji ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBO, renewable fuels of non-biological origin)

Impjanti RFNBO

Reatturi għall-konverżjoni ta’ H2 u CO2 jew N2 f’gass sintetiku jew alkoħol

Reatturi biex jikkonvertu l-gass sintetiku jew l-alkoħols f’RFNBO

Soluzzjonijiet bijoteknoloġiċi klimatiċi u enerġetiċi

Soluzzjonijiet bijoteknoloġiċi klimatiċi u enerġetiċi

Mikroorganiżmi u razez mikrobiċi (inkluż, iżda mhux biss, batterji, ħmira, mikroalgi, fungi u arkea) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, karburanti riċiklati u fjuwils rinnovabbli, sustanzi kimiċi tal-karbonju b’bażi bijoloġika u riċiklati, bijopolimeri, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika

Enzimi (inkluż, iżda mhux biss, amilażi u ċellulażi) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika, jew li jintużaw biex jikkatalizzaw reazzjonijiet fi proċessi kimiċi

Bijopolimeri

Mikroorganiżmi u razez mikrobiċi (inkluż, iżda mhux biss, batterji, ħmira, mikroalgi, fungi u arkea) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, karburanti riċiklati u fjuwils rinnovabbli, sustanzi kimiċi tal-karbonju b’bażi bijoloġika u riċiklati, bijopolimeri, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika

Enzimi (inkluż, iżda mhux biss, amilażi u ċellulażi) li jintużaw għall-pretrattament u l-konverżjoni ta’ materja prima f’bijofjuwils, sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika, materjali b’bażi bijoloġika u prodotti b’bażi bijoloġika, jew li jintużaw biex jikkatalizzaw reazzjonijiet fi proċessi kimiċi

Bijopolimeri

Teknoloġiji industrijali trasformattivi għad-dekarbonizzazzjoni

Teknoloġiji industrijali trasformattivi għad-dekarbonizzazzjoni

Fran bl-ark elettriku

Reatturi tal-ħadid b’riduzzjoni diretta lesti għall-idroġenu

Fran bl-ark elettriku mgħaddas

Fran b’banju tal-gagazza miftuħ

Kalkari rapidi

Bojlers elettriċi industrijali

Heaters / fran ta’ induzzjoni industrijali (4)

Heaters / fran tal-infraaħmar industrijali

Heaters / fran microwave industrijali

Heaters / fran radiowave industrijali

Heaters / fran reżistivi industrijali

Eletroidi tal-grafit jew tal-karbonju għal fran elettriċi

Kalkari rapidi

Bojlers elettriċi industrijali

Heaters / fran ta’ induzzjoni industrijali

Kojls ta’ induzzjoni industrijali

Heaters / fran tal-infraaħmar industrijali

Emitturi tal-infraaħmar industrijali

Heaters / fran microwave industrijali

Manjetroni industrijali

Heaters / fran radiowave industrijali

Ġeneraturi tar-radjufrekwenzi

Heaters / fran reżistivi industrijali

Elettrodi tal-molibdenu għall-fran elettriċi

Teknoloġiji tat-trasport u l-utilizzazzjoni ta’ CO2

Teknoloġiji tat-trasport bis-CO2

Infrastruttura tat-trasport tas-CO2

Kompressuri tas-CO2

Teknoloġiji tat-trasport bis-CO2

Utilizzazzjoni termokimika

Utilizzazzjoni elettrokimika

Elettrolizzaturi tas-CO2

Teknoloġiji ta’ propulsjoni mir-riħ u elettrika għat-trasport

Teknoloġiji ta’ propulsjoni mir-riħ

Rotors Flettner

Qlugħ tal-ġwienaħ tal-ġbid

Tajriet tal-irmunkar

Qlugħ ta’ ġwienaħ riġidu u semiriġidu

 

Teknoloġiji ta’ propulsjoni elettrika

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bit-triq u off-road

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport ferrovjarju

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport fuq l-ilma

Sistemi ta’ propulsjoni elettrika għat-trasport bl-ajru

Muturi elettriċi tal-propulsjoni tat-trasport

Kalamiti permanenti ta’ muturi elettriċi tat-trasport

Pakketti tal-batteriji tat-trasport

Ċelloli tal-fjuwil tat-trasport

Invertituri tat-trasport

Unitajiet tad-distribuzzjoni tal-enerġija b’vultaġġ għoli tal-propulsjoni elettrika

Ċarġers abbord

Tankijiet għall-ħżin tal-idroġenu abbord

Teknoloġiji nukleari oħrajn

Teknoloġiji nukleari oħrajn (bħat-teknoloġiji tal-fużjoni nukleari)

 

 


(1)  It-terminu “ekwivalenti” jirreferi għal passi simili jew teknoloġiji abilitanti ewlenin meħtieġa għal teknoloġiji b’rita rqiqa, organiċi, tandem jew teknoloġiji PV oħrajn.

(2)  Il-batteriji kif definiti fl-Artikolu 3(13), (14) u (15) tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji.

(3)  It-terminu “sistemi ta’ toroq elettriċi” (magħruf ukoll bħala ċċarġjar dinamiku) jirreferi għal tagħmir tul it-triq li jforni l-elettriku lill-vetturi waqt li jkunu mixjin. Dan il-prodott finali jinkludi kemm l-iċċarġjar konduttiv kif ukoll dak induttiv.

(4)  It-terminu “heater” jirreferi għal applikazzjonijiet b’temperatura baxxa (sa 200 °C) u medja (200 sa 500 °C). It-terminu “forn” jirreferi għal applikazzjonijiet ta’ temperatura għolja (500 sa 1 000 °C) u għolja ħafna (ogħla minn 1 000 °C).


ANNESS III

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna taħt it-taqsimiet 6.1 u 6.2 kif ukoll proġetti ta’ investiment li joħolqu kapaċità ta’ manifattura addizzjonali taħt it-taqsima 7

i.   Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:

L-isem, l-indirizz reġistrat tas-sede prinċipali, is-settur prinċipali tal-attività (il-Kodiċi NACE).

Dikjarazzjoni li l-impriża mhijiex f’diffikultà, kif definit skont il-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar.

Għall-għajnuna mogħtija taħt skema skont it-taqsimiet 6.1 u 7: dikjarazzjoni ta’ nonrilokazzjoni u impenji elenkati fil-punt (172).

ii.   Informazzjoni dwar l-investiment li se jiġi appoġġat:

Deskrizzjoni qasira tal-investiment.

Deskrizzjoni qasira tal-effetti pożittivi mistennija għaż-żona kkonċernata (pereżempju, l-għadd ta’ impjiegi maħluqa jew salvagwardjati, l-attivitajiet tar-R&Ż&I, it-taħriġ, il-ħolqien ta’ raggruppament u l-kontribut possibbli tal-proġett għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomija reġjonali).

Il-bażi ġuridika applikabbli (nazzjonali, tal-UE jew it-tnejn li huma).

Il-bidu ppjanat tax-xogħlijiet u t-tlestija tal-investiment.

Il-post(ijiet) tal-investiment.

iii.   Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment:

Kostijiet tal-investiment u kostijiet assoċjati oħra.

Il-kostijiet eliġibbli totali.

Ammont ta’ għajnuna meħtieġa biex jitwettaq l-investiment fiż-żona kkonċernata.

Intensità tal-għajnuna.

Għall-miżuri taħt it-taqsima 6.2: Analiżi tad-diskrepanza fil-finanzjament, inkluż il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u l-kalkoli tal-Valur Preżenti Nett għax-xenarji fattwali u kontrofattwali, bil-kostijiet tal-investiment stmati, il-kostijiet operatorji, id-dħul u l-valur terminali fiż-żewġ xenarji (f’format excel), b’evidenza ta’ sostenn.

iv.   Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:

Spjegazzjoni fil-qosor dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt tagħha fuq id-deċiżjoni ta’ investiment jew fuq id-deċiżjoni dwar il-post. Din trid tinkludi spjegazzjoni tad-deċiżjoni alternattiva dwar l-investiment jew il-post jekk l-għajnuna ma tingħatax;

Għall-miżuri fit-Taqsima 6.2, il-benefiċjarju jrid jipprovdi: (i) evidenza ta’ sussidji li li kieku kredibbilment jirċievi f’ġuriżdizzjoni mhux taż-ŻEE għal proġett simili inkluż fix-xenarju kontrofattwali; (ii) evidenza li mingħajr l-għajnuna l-investiment ippjanat ma jseħħx fiż-ŻEE. u (iii) evidenza li l-għajnuna ma toħloqx effetti kontra l-koeżjoni skont it-tifsira tal-punti (175) u (176).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3602/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)