|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3596 |
27.6.2025 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
(C/2025/3596)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Kamran DANESHJOO (Nru 27), Milad JAFARI (Nru 29), Majid KHANSARI (Nru 32), Hamid SOLTANI (Nru 40), Fereidoun ABASSI-DAVANI (Nru 53), Aerospace Industries Organisation (AIO) (Nru 1), Marine Industries (Nru 26), Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President tal-Iran (Nru 41), Hirbod Co (Nru 57), Paya Parto (Nru 60), Taghtiran (Nru 62), Institute of Applied Physics (IAP) (Nru 71), Karanir (Nru 86), MACPAR Makina San Ve Tic (Nru 88), MATSA (Nru 89), Mobin Sanjesh (Nru 90), Multimat lc ve Dis Ticaret Pazarlama Limited Sirketi (Nru 91), Tosse Silooha (Nru 101), Yarsanat (Nru 102), Iran Composites Institute (Nru 148), Simatec Development Company (151) Ali FADAVI (Nru 2), Parviz FATAH (Nru 3), Ali HOSEYNITASH (Nru 5), Mostafa Mohammad NAJJAR (Nru 7), Ali SHAMSHIRI (Nru 12), Ahmad VAHIDI (Nru 13), Bonyad Taavon Sepah (Nru 7), Behnam Sahriyari Trading Company (Nru 11), persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Il-Kunsill beħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-abbozz tad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet, qabel l-4 ta' Lulju 2025 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3596/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)