|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3583 |
30.6.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12046 — EEP / ARA / STONEPEAK / JET)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/3583)
1.
Fid-19 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Energy Equation Partners Limited (“EEP”, Jersey), |
|
— |
Ara Advisers, LLC (“Ara Partners”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Ara Partners Group, LLC (“Ara Partners Group”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Stonepeak Partners LP (“Stonepeak”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Jet Tankstellen Deutschland GmbH (“JET”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata minn Phillips 66 Company (l-Istati Uniti). |
EEP, Ara Partners and Stonepeak se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JET.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
EEP hija ditta ta’ investiment speċjalizzata fl-enerġija li tispeċjalizza fl-investiment u l-ġestjoni tal-assi fis-setturi tal-enerġija u tal-infrastruttura relatata, |
|
— |
ARA Partners hija ditta privata tal-investiment fl-ekwità u fl-infrastruttura li tispeċjalizza fl-investimenti għad-dekarbonizzazzjoni industrijali fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Ewropa, |
|
— |
Stonepeak hija ditta ta’ investiment alternattiv globali li tispeċjalizza fl-infrastruttura u l-assi reali, |
|
— |
JET hija n-negozju tal-bejgħ ta’ fjuwil u mhux ta’fjuwil bl-imnut, u l-portafoll tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, tad-ditta tan-network fil-livell tal-konsumatur tal-pompi “JET” fil-Ġermanja u fl-Awstrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12046 — EEP / ARA / STONEPEAK / JET
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3583/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)