|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3463 |
24.6.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11959 — THERMO FISHER SCIENTIFIC / SOLVENTUM (PURIFICATION & FILTRATION BUSINESS))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/3463)
1.
Fis-16 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Thermo Fischer Scientific Inc. (“Thermo Fischer”, l-Istati Uniti), |
|
— |
The Purification and Filtration Business of Solventum Corporation (“l-impriża fil-mira”, l-Istati Uniti), ikkontrollat minn Solventum Corporation (l-Istati Uniti). |
Thermo Fischer takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier tal-impriża fil-mira.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Thermo Fischer hija manifattur u fornitur mondjali ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti analitiċi, ta’ riċerka u ta’ bijoproċessar, u servizzi ta’ żvilupp u manifattura ta’ kuntratti farmaċewtiċi, |
|
— |
L-impriża fil-mira tipprovdi teknoloġiji ta’ purifikazzjoni u filtrazzjoni għall-użu fil-manifattura ta’ teknoloġiji bijofarmaċewtiċi u mediċi, mikroelettronika, prodotti tal-ikel u tax-xorb u ilma tax-xorb kummerċjali u residenzjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11959 — THERMO FISHER SCIENTIFIC / SOLVENTUM (PURIFICATION & FILTRATION BUSINESS)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3463/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)