|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3327 |
12.6.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta’ Ġunju 2025
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank
(BĊE/2025/19)
(C/2025/3327)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-2021, id-Deutsche Bundesbank għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2026, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż għas-sena finanzjarja 2027 (1). |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tad-Deutsche Bundesbank, Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2026. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2027. |
|
(4) |
Id-Deutsche Bundesbank beħsiebu jestendi l-mandat ta’ Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għas-sena finanzjarja 2027. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn id-Deutsche Bundesbank u Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-sena finanzjarja 2027.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Ġunju 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Rakkomandazzjoni BĊE/2021/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Frar 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank (ĠU C 47, 10.2.2021, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3327/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)