|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3034 |
10.6.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Marzu 2025 – RS vs TS
(Kawża C-185/25, Waldfelber (1) )
(C/2025/3034)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: RS
Konvenut: TS
Domandi preliminari
|
1. |
Il-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (2) (iktar ’il quddiem il-“GDPR”) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li, meta tipproċessa data personali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha u permezz ta’ mezzi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha u li ġew iddeterminati għaliha, taġixxi mhux fl-interess personali tagħha stess, iżda bħala direttur ta’ organizzazzjoni (korp jew organu ieħor li ma jkollux personalità ġuridika), li, madankollu, tiddependi minn entità legali, tikkostitwixxi “kontrollur” li jista’ jinżamm responsabbli quddiem qorti? |
|
2. a) |
L-Artikolu 15(1)(g) tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li meta d-data pproċessata tikkonsisti f’dikjarazzjoni fattwali jew evalwazzjoni dwar is-suġġett tad-data f’messaġġ elettroniku, il-kliem “kwalunkwe informazzjoni disponibbli rigward is-sors tagħhom” jinkludi biss l-awtur ta’ dan il-messaġġ elettroniku, jew jinkludi wkoll iċ-ċirku ta’ persuni li magħhom l-awtur tkellem dwar is-suġġett tad-data? |
|
2. b) |
Fil-każ li l-ismijiet mhux issejvjati ta’ tali interlokuturi jikkostitwixxu “informazzjoni disponibbli rigward is-sors” tad-data fis-sens tal-Artikolu 15(1)(g) tal-GDPR: |
waqt l-ibbilanċjar tal-interessi tas-suġġett tad-data ma’ dawk tal-interlokutur, il-fatt li dan tal-aħħar ma setax jipprevedi li d-dikjarazzjonijiet tiegħu kienu jkunu s-suġġett ta’ pproċessar ta’ data huwa rilevanti?
|
3. |
L-Artikolu 82(2) tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsegwenzi negattivi, għas-suġġett tad-data, li jirriżultaw mill-ksur, wara l-ipproċessar tad-data personali, tad-dritt tiegħu li jingħata aċċess għall-informazzjoni prevista fl-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-regolament, jikkostitwixxu dannu kkawżat mill-“ipproċessar li jikser dan ir-Regolament”, b’tali mod li jwassal għall-obbligu tal-kontrollur tad-data li jagħti kumpens għad-dannu mġarrab? |
|
4. |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tielet domanda: l-Artikolu 82 tal-GDPR jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li l-kumpens għad-dannu kkawżat lil persuna leża minn korp ta’ entità legali, li jaġixxi fil-kuntest ta’ kompetenza amministrattiva ta’ implimentazzjoni tal-liġi, ma jistax jiġi invokat kontra l-korp innifsu? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3034/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)