European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3023

10.6.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ April 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – E. T. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-213/24  (1) , Grzera  (2) )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9(1) - Kunċetti ta’ “persuna taxxabbli” u ta’ “attività ekonomika” - Bejgħ ta’ art agrikola għall-iżvilupp residenzjali - Preparazzjoni għall-bejgħ minn mandatarju awtorizzat jaġixxi bħala operatur professjonist - Komunjoni tal-akkwisti bejn konjuġi proprjetarji)

(C/2025/3023)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E. T.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

tista’ titqies bħala persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li teżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti persuna li tittrasferixxi art li inizjalment tkun tifforma parti mill-patrimonju personali tagħha billi tafda l-preparazzjoni tal-bejgħ lil operatur professjonist, li jwettaq, fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ din il-persuna, passi attivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-art billi juża, għal dan il-bejgħ, mezzi simili għal dawk użati minn produttur, minn kummerċjant jew minn fornitur ta’ servizzi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ bejgħ ikklassifikata bħala attività ekonomika fis-sens ta’ din id-direttiva, ma jipprekludix li l-komunjoni tal-akkwisti ffurmata mill-konjuġi koproprjetarji titqies bħala persuna taxxabbli li teżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti, jekk dawn il-konjuġi jidhru, fir-rigward ta’ terzi, li jkunu wettqu flimkien it-tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ artijiet li jappartjenu lil din il-komunjoni, li tikkostitwixxi attività ekonomika, u jekk l-imsemmija komunjoni ssostni r-riskju ekonomiku marbut mal-eżerċizzju ta’ din l-attività.


(1)  ĠU C, C/2024/3594.

(2)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3023/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)