European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2953

3.6.2025

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2953)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni C(2023) 5 u C(2024) 57

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2025) 3255

is-27 ta’ Mejju 2025

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (“4-tert-OPnEO”)

PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PRC DeSoto International Inc., Oceanenweg 2, 1047 BB Amsterdam

REACH/25/29/0/R1

Imballaġġ mill-ġdid tal-formulazzjonijiet tat-twebbis li fihom 4-tert-OPnEO bħala aġent tensjoattiv f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0,1 % w/w, biex jintużaw f’siġillanti tal-polisulfur b’żewġ partijiet fis-settur ajruspazjali u tad-difiża u fil-ktajjen tal-provvista assoċjati

04/01/2029

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.

PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PPG Industries (UK) Ltd., Oceanenweg 2, 1047 BB Amsterdam

REACH/25/29/1/R1

PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PRC DeSoto International Inc., Oceanenweg 2, 1047 BB Amsterdam

REACH/25/29/2/R1

Taħlit ta’ komponenti tas-siġillanti tal-polisulfur bażi ma’ komponent tat-twebbis li fih l-4-OPnEO, li jirriżulta f’taħlitiet li jkun fihom anqas minn 0,1 % w/w ta’ 4-OPnEO għall-użijiet ajruspazjali u għad-difiża li huma eżenti mill-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 56(6), il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fis-settur tal-ajruspazju u tad-difiża u fil-katini tal-provvista assoċjati

PPG Europe B.V. fil-kapaċità ġuridika tagħha bħala Rappreżentant Uniku ta’ PPG Industries (UK) Ltd., Oceanenweg 2, 1047 BB Amsterdam

REACH/25/29/3/R1


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2953/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)