|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2843 |
2.6.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fis-7 ta’ Marzu 2025 – Umweltorganisation VIRUS – Verein Projektwerkstatt für Umwelt und Soziales et vs Autobahnen- und Schnellstraßen-Finanzierungs-AG (Asfinag)
(Kawża C-189/25, Virus II)
(C/2025/2843)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Umweltorganisation VIRUS – Verein Projektwerkstatt für Umwelt und Soziales, Umweltschutzorganisation Global 2000, Bürgerinitiative “Marchfeld-Groß Enzersdorf”, Bürgerinitiative “Rettet die Lobau – Natur statt Beton”, Bürgerinitiative “Lebenswertes Neu Essling”, Agrargemeinschaft Mannswörth, C. K. et
Konvenut u applikant għall-proġett: Autobahnen- und Schnellstraßen-Finanzierungs-AG (Asfinag)
Awtoritajiet ikkonċernati: Amt der Wiener Landesregierung, Abteilung Wasserrecht MA58; Amt der Niederösterreichischen Landesregierung, Gruppe Wirtschaft, Sport und Tourismus, Abteilung Anlagenrecht – WST1
Muniċipalitajiet li jistgħu jimplimentaw il-proġett: Stadt Wien, Stadtgemeinde Groß-Enzersdorf, Stadtgemeinde Schwechat
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2001/42”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-anness għal dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali (lista) li tiddikjara bħala “Toroq Federali” sezzjonijiet tat-toroq permezz tad-determinazzjoni ta’ ċerti punti ġeografiċi (punti tal-bidu, [passaġġ] intermedju, tmiem), liema determinazzjoni tistabbilixxi, b’mod vinkolanti, id-dritt ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għad-determinazzjoni tal-linja tat-triq fil-kuntest ta’ proġett speċifiku li jkun ser jiġi ppreżentat għal awtorizzazzjoni fil-futur u tiddefinixxi l-kompetenza tal-awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni, jistabbilixxi “qafas għall-kunsens futur għall-iżvilupp” tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2011/92”), minkejja li din id-dispożizzjoni leġiżlattiva tkun tipprovdi għal kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-proġett, inklużi b’mod partikolari, is-sigurtà fit-toroq, l-iskop funzjonali jew l-impatt ambjentali, iżda dawn il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni ma jagħmlu madankollu l-ebda riferiment għad-determinazzjoni tas-sezzjoni tat-triq permezz ta’ punti ġeografiċi? |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
|
2) |
L-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ewwel att preparatorju formali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ikun sar meta dokumenti, li għandhom jitħejjew abbażi tad-dritt speċifiku rilevanti applikabbli fl-Istat Membru qabel ma jsir tibdil għal pjan, kienu fil-proċess ta’ tħejjija u, matul it-tħejjija tagħhom, ġew ippreżentati diversi drabi lill-awtoritajiet reġjonali, lill-muniċipalitajiet lokali u lill-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni involuti u kienu diskussi minn grupp ta’ esperti? |
|
3) |
L-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-awtorizzazzjoni għal proġett speċifiku tingħata f’diversi stadji skont id-Direttiva 2001/42, pjan li l-kriterji u l-modalitajiet tiegħu jikkostitwixxu direttament il-bażi biss għall-ewwel awtorizzazzjoni jistabbilixxi wkoll il-qafas għall-awtorizzazzjonijiet l-oħra neċessarji għat-twettiq tal-proġett? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.
(2) ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2012, L 18, p. 7 u fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2843/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)