|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2795 |
15.5.2025 |
Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma għall-2025-2027 (“Programm ta’ Ħidma 2025”) ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)
(C/2025/2795)
B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-“Programm ta’ Ħidma 2025” ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).
Permezz tad-Deċiżjoni C(2025) 2779 tal-14 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni adottat il-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq, li jinkludi s-sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati.
Dawn huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-snin korrispondenti mill-awtorità baġitarja jew, jekk il-baġit għal sena speċifika ma jiġix adottat, kif previst fis-sistema ta’ parti minn kull tnax proviżorja.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tħassar jew li tirrettifika l-azzjonijiet.
Dan il-programm ta’ ħidma, li jinkludi l-iskadenzi u l-baġits għall-azzjonijiet, huwa disponibbli permezz tas-sit web tal-Portal għall-Finanzjament u l-Offerti tal-Kummissjoni Ewropea (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/horizon) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-azzjonijiet, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal għall-Finanzjament u l-Offerti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2795/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)