European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2791

16.5.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/887, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/886 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

(C/2025/2791)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/887 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (3), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/886 (4) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi ddeżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797, u fir-Regolament (UE) 2019/796 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew Stati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi.

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-15 ta' Jannar 2026, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.

(2)   ĠU L, 2025/887, 13.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/887/oj.

(3)   ĠU L 129 I, 17.05.2019, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/886, 13.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/886/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2791/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)