|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2641 |
19.5.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Frar 2025 – Canal Sea Services SRL, Maritime Pilot SRL, Asociația Piloților Maritimi din România “Euxin Pilot”, Black Sea Pilots SRL, Asociația Piloților Maritimi “Trident”, Black Waters SA, Asociația Piloților Maritimi Independenți “Tomis”, RJ, NC, FR vs Ministerul Transporturilor, Infrastructurii și Comunicațiilor, Compania Națională “Administrația Porturilor Maritime” SA
(Kawża C-117/25, Canal Sea Services et)
(C/2025/2641)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Canal Sea Services SRL, Maritime Pilot SRL, Asociația Piloților Maritimi din România “Euxin Pilot”, Black Sea Pilots SRL, Asociația Piloților Maritimi “Trident”, Black Waters SA, Asociația Piloților Maritimi Independenți “Tomis”, RJ, NC, FR
Konvenuti: Ministerul Transporturilor, Infrastructurii și Comunicațiilor, Compania Națională “Administrația Porturilor Maritime” SA
Domanda preliminari
Abbażi taL-Artikolu 107(1) TFUE u r-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li miżura adottata minn Stat Membru intiża sabiex is-servizzi portwarji obbligatorji ta’ pilotaġġ jiġu pprovduti esklużivament minn ċerti entitajiet tal-Istat, anki jekk dawn is-servizzi kienu preċedentement ipprovduti wkoll minn impriżi privati oħra (li ma kinux tal-Istat), tistabbilixxi monopolju legali taħt id-dritt tal-Unjoni, li jikkostitwixxi forma permissibbli ta’ deroga mis-suq kompetittiv, jew, għall-kuntrarju, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, li teskludi l-kompetizzjoni fis-suq u għas-suq?
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2641/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)