European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2611

6.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11830 — UNICREDIT / BANCO BPM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2611)

1.   

Fl-24 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

UniCredit S.p.A. (“UniCredit”, l-Italja),

Banco BPM S.p.A. (“Banco BPM”, l-Italja).

UniCredit se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Banco BPM kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mnedija fit-28 ta’ April 2025.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

UniCredit tipprovdi servizzi ta’ operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji kummerċjali u privati, servizzi ta’ bank tal-investiment, servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ assi u tal-assigurazzjoni fl-Italja u madwar id-dinja,

Banco BPM tipprovdi servizzi ta’ operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji kummerċjali, servizzi ta’ bank tal-investiment, servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ assi u tal-assigurazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M. 11830 — UNICREDIT / BANCO BPM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2611/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)